Isaija
56 Hekk jgħid Ġeħova:
“Ibqgħu agħmlu l-ġustizzja u dak li hu sew,
Għax daqt se nsalvakom
U nurikom kemm jien ġust.
2 Ferħan hu dak li jagħmel
U jobdi l-liġijiet tiegħi,
Li jqis il-ġurnata tas-Sabat bħala ġurnata qaddisa,
U li joqgħod attent li ma jagħmel xejn ħażin.
3 Il-barrani li jqim lil Ġeħova m’għandux jgħid,
‘Ġeħova żgur se jifridni minn mal-poplu tiegħu.’
U l-ewnuku* m’għandux jgħid, ‘Jien bħal siġra niexfa.’”
4 Għax hekk jgħid Ġeħova, “Lill-ewnuki li jobdu s-sabatijiet tiegħi, li jagħmlu dak li nieħu pjaċir bih, u li jżommu mal-patt tiegħi
5 Se nagħtihom post fid-dar tiegħi u ’l ġewwa mis-swar tiegħi, u se niftakar isimhom.
Dawn huma aħjar minn tfal subien u bniet.
Jien se nara li isimhom ikun miktub għal dejjem,
U li ma jiġix fix-xejn.
6 Lill-barranin li jiġu għandi, Ġeħova, biex iqimuni,
Biex iħobbu l-isem tiegħi, Ġeħova,
U biex ikunu l-qaddejja tiegħi,
Lil dawk li jżommu s-Sabat u ma jiddiżonorawhx
U li jżommu mal-patt tiegħi,
7 Ukoll se nġibhom lejn il-muntanja qaddisa tiegħi
U se nferraħhom fid-dar tiegħi tat-talb.
Se naċċetta fuq l-artal tiegħi l-offerti sħaħ tal-ħruq u s-sagrifiċċji tagħhom,
Għax dari se tissejjaħ dar tat-talb għall-popli kollha.”
8 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox,* li qed jiġbor l-imxerrdin t’Iżrael, jgħid:
“Se niġbor oħrajn maʼ dawk li diġà huma miġburin.”
9 Ejjew kulu, intom l-annimali slavaġ kollha,
U l-annimali slavaġ kollha fil-foresta.
10 L-għassiesa tiegħu huma għomja, ħadd minnhom mhu jagħti kas.
Huma bħal klieb muti li ma jistgħux jinbħu.
Qed jonfħu bi lsienhom barra u mimdudin; huma jħobbu jorqdu.
Huma ragħajja li mhux kapaċi jifhmu.
Kulħadd mar għal triqtu;
Kull wieħed minnhom jara kif jistaʼ jagħmel qligħ diżonest u jgħid:
12 “Ejjew, ħa nġib ftit inbid
U nixorbu sakemm niskru.
U għada jkun bħal-lum, imma ħafna aħjar!”