L-Ewwel Kronaki
6 It-tfal taʼ Levi kienu Gerson, Keħat, u Merari. 2 It-tfal taʼ Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel. 3 It-tfal taʼ Għamram kienu Aron, Mosè, u Mirjam. U t-tfal t’Aron kienu Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar. 4 Elegħażar kellu lil Fineħas, Fineħas kellu lil Abisugħa, 5 Abisugħa kellu lil Bukki, Bukki kellu lil Użżi, 6 Użżi kellu lil Żeraħija, Żeraħija kellu lil Merajot, 7 Merajot kellu lil Amarija, Amarija kellu lil Aħitub, 8 Aħitub kellu lil Sadok, Sadok kellu lil Aħimgħas, 9 Aħimgħas kellu lil Għażarija, Għażarija kellu lil Ġoħanan, 10 u Ġoħanan kellu lil Għażarija. Dan qeda bħala qassis fid-dar li Salamun bena f’Ġerusalemm.
11 Għażarija kellu lil Amarija, Amarija kellu lil Aħitub, 12 Aħitub kellu lil Sadok, Sadok kellu lil Sallum, 13 Sallum kellu lil Ħilkija, Ħilkija kellu lil Għażarija, 14 Għażarija kellu lil Seraja, u Seraja kellu lil Ġeħosadak. 15 Ġeħosadak mar fl-eżilju meta Ġeħova ħa lil Ġuda u lil Ġerusalemm fl-eżilju permezz taʼ Nebukadnessar.
16 It-tfal taʼ Levi kienu Gersom,* Keħat, u Merari. 17 Dawn huma l-ismijiet tat-tfal taʼ Gersom: Libni u Simgħi. 18 It-tfal taʼ Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel. 19 It-tfal taʼ Merari kienu Maħli u Musi.
Dawn kienu l-familji tal-Leviti skont isem missirijiethom: 20 Dawk li jiġu minn Gersom kienu Libni, Ġaħat, Żimma, 21 Ġowaħ, Iddo, Żeraħ, u Ġegħateraj. 22 Dawk li jiġu minn Keħat kienu Għamminadab, Koraħ, Assir, 23 Elkana, Ebjasaf, Assir, 24 Taħat, Urijel, Użżija, u Sagħul. 25 It-tfal taʼ Elkana kienu Għamasaj u Aħimot. 26 Dawk li jiġu minn Elkana ieħor kienu Sofaj, Naħat, 27 Eljab, Ġeroħam, u Elkana. 28 It-tfal taʼ Samwel kienu Ġoel, l-ewwel imwieled, u Abija, it-tieni. 29 Dawk li jiġu minn Merari kienu Maħli, Libni, Simgħi, Użżah, 30 Simegħa, Ħaggija, u Għasaja.
31 David inkariga xi rġiel biex jidderieġu l-kant fid-dar taʼ Ġeħova wara li l-Arka tqiegħdet hemmhekk. 32 Huma kienu jieħdu ħsieb il-kant quddiem it-tabernaklu tat-tinda tal-laqgħa sakemm Salamun bena d-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm. Huma għamlu s-servizz tagħhom skont l-inkarigu li ngħataw. 33 Dawn huma l-irġiel li qdew mat-tfal tagħhom: Mill-Keħatin, Ħeman il-kantant. Ħeman kien bin Ġoel, Ġoel kien bin Samwel, 34 Samwel kien bin Elkana, Elkana kien bin Ġeroħam, Ġeroħam kien bin Eligħel, Eligħel kien bin Togħa, 35 Togħa kien bin Suf, Suf kien bin Elkana, Elkana kien bin Maħat, Maħat kien bin Għamasaj, 36 Għamasaj kien bin Elkana, Elkana kien bin Ġoel, Ġoel kien bin Għażarija, Għażarija kien bin Sofonija, 37 Sofonija kien bin Taħat, Taħat kien bin Assir, Assir kien bin Ebjasaf, Ebjasaf kien bin Koraħ, 38 Koraħ kien bin Isħar, Isħar kien bin Keħat, Keħat kien bin Levi, u Levi kien bin Iżrael.
39 Ħuh Asaf kien joqgħod fuq il-lemin tiegħu. Asaf kien bin Berekija, Berekija kien bin Simegħa, 40 Simegħa kien bin Mikiel, Mikiel kien bin Bagħseja, Bagħseja kien bin Malkija, 41 Malkija kien bin Etni, Etni kien bin Żeraħ, Żeraħ kien bin Għadaja, 42 Għadaja kien bin Etan, Etan kien bin Żimma, Żimma kien bin Simgħi, 43 Simgħi kien bin Ġaħat, Ġaħat kien bin Gersom, u Gersom kien bin Levi.
44 Fuq ix-xellug kien hemm Etan, li jiġi minn ħuhom Merari. Etan kien bin Kisi, Kisi kien bin Għabdi, Għabdi kien bin Malluk, 45 Malluk kien bin Ħasabija, Ħasabija kien bin Amażija, Amażija kien bin Ħilkija, 46 Ħilkija kien bin Amsi, Amsi kien bin Bani, Bani kien bin Semer, 47 Semer kien bin Maħli, Maħli kien bin Musi, Musi kien bin Merari, u Merari kien bin Levi.
48 Ħuthom il-Leviti kienu ġew inkarigati fuq is-servizz* kollu tat-tabernaklu, jiġifieri d-dar tal-Alla l-veru. 49 Aron u t-tfal tiegħu offrew id-duħħan tas-sagrifiċċji fuq l-artal tal-offerta tal-ħruq u fuq l-artal tal-inċens, billi għamlu l-iktar xogħol qaddis, biex jagħmlu tpattija għal Iżrael, bħalma kien ikkmanda Mosè l-qaddej tal-Alla l-veru. 50 Dawn kienu dawk li jiġu minn Aron: Elegħażar, Fineħas, Abisugħa, 51 Bukki, Użżi, Żeraħija, 52 Merajot, Amarija, Aħitub, 53 Sadok, u Aħimgħas.
54 Dawn kienu l-postijiet fejn il-Leviti għexu u fejn kellhom il-kampijiet* fit-territorju tagħhom: Meta tefgħu x-xorti, l-ewwel xorti ġiet fuq dawk li jiġu minn Aron li kienu tal-familja tal-Keħatin. 55 Huma ngħataw Ħebron fl-art taʼ Ġuda, bl-art taʼ madwarha għall-annimali. 56 Imma l-għelieqi tal-belt u l-irħula tagħha tawhom lil Kaleb bin Ġefunne. 57 U lil dawk li jiġu minn Aron tawhom il-bliet* tar-refuġju, jiġifieri Ħebron. U wkoll tawhom Libna bl-art taʼ madwarha għall-annimali, Ġattir, u Estemogħa bl-art taʼ madwarha għall-annimali. 58 Tawhom ukoll Ħilen, Debir, 59 Għasan, u Bet-xemex bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 60 It-tribù taʼ Benjamin tahom Geba, Għalemet, u Għanatot bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. B’kollox, kellhom 13-il belt għall-familji tagħhom.
61 Wara li tefgħu x-xorti, ingħataw għaxart ibliet lill-bqija tal-Keħatin. Huma rċivew il-bliet minn familji taʼ tribujiet oħrajn u minn nofs it-tribù taʼ Manasse.
62 Il-Gersomin skont il-familji tagħhom irċivew 13-il belt mit-tribù taʼ Issakar, t’Aser, taʼ Naftali, u taʼ Manasse fil-Basan.
63 Il-Merarin skont il-familji tagħhom irċivew bix-xorti 12-il belt mit-tribù taʼ Ruben, taʼ Gad, u taʼ Żebulun.
64 B’hekk, l-Iżraelin taw lil-Leviti dawn il-bliet bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 65 Barra minn hekk, taw bix-xorti bliet mit-tribù taʼ Ġuda, taʼ Simegħon, u taʼ Benjamin, li huma msemmijin b’isimhom.
66 Xi familji tal-Keħatin kellhom bliet mit-tribù t’Efrajm bħala t-territorju tagħhom. 67 Huma tawhom il-bliet* tar-refuġju, jiġifieri Sikem bl-art taʼ madwarha għall-annimali fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm. Tawhom ukoll Geżer, 68 Ġokmegħam, Bet-ħoron, 69 Ajjalon, u Gat-rimmon bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 70 Il-familji tal-Keħatin li kien baqaʼ rċivew Għaner u Bilegħam bl-art taʼ madwarhom għall-annimali mingħand nofs it-tribù taʼ Manasse.
71 Il-Gersomin irċivew Golan fil-Basan u Għastarot bl-art taʼ madwarhom għall-annimali mingħand il-familja taʼ nofs it-tribù taʼ Manasse. 72 Mingħand it-tribù taʼ Issakar irċivew Kedes, Daberat, 73 Ramot, u Għanem bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 74 Mingħand it-tribù t’Aser irċivew Masal, Għabdon, 75 Ħukok, u Reħob bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 76 Mingħand it-tribù taʼ Naftali rċivew Kedes fil-Galilija, Ħammon, u Kirjatajm bl-art taʼ madwarhom għall-annimali.
77 Mingħand it-tribù taʼ Żebulun, il-Merarin li kien baqaʼ rċivew Rimmono u Tabor bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 78 Mingħand it-tribù taʼ Ruben, fir-reġjun tal-Ġordan f’Ġeriko lejn il-Lvant tal-Ġordan, irċivew Beser fid-deżert, Ġaħas, 79 Kedemot, u Mefgħat bl-art taʼ madwarhom għall-annimali. 80 U mingħand it-tribù taʼ Gad irċivew Ramot f’Gilegħad, Maħanajm, 81 Ħesbon, u Ġagħżer bl-art taʼ madwarhom għall-annimali.