Eżekjel
25 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn ulied Għammon u pprofetizza kontrihom.+ 3 U għid lil ulied Għammon, ‘Isimgħu l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli għedt Ħaħ! għas-santwarju tiegħi, għax ġie profanat, u għall-art taʼ Israel, għax ġiet abbandunata, u għal dar Ġuda, għax marru fl-eżilju,+ 4 għal dan, ara, jien nagħtik lin-nies taʼ l-Orjent biex tkun tagħhom,+ u dawn iwaqqfu fik il-kampijiet tagħhom imdawrin bil-ħitan u jqiegħdu fik it-tined tagħhom. Huma jieklu frottok u jixorbu l-ħalib tiegħek.+ 5 U jien nagħmel lil Rabba+ mergħa għall-iġmla u l-art taʼ wlied Għammon post fejn tistrieħ il-merħla;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’”+
6 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ċapċapt idejk+ u sabbatt saqajk u qgħadt tifraħ u żżeblaħ bil-kbir l-art taʼ Israel,+ 7 hawn jien; meddejt idi fuqek,+ u se nagħtik lill-ġnus biex jaħtfuk bħala priża; u naqtgħek mill-popli u neqirdek mill-pajjiżi.+ Se nġibek fix-xejn,+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.’
8 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Mowab+ u s-Segħir+ qalu: “Ara! Dar Ġuda hi bħall-ġnus l-oħrajn kollha,”+ 9 jien qed nikxef il-ġnub tal-muntanji taʼ Mowab ħdejn il-bliet, ħdejn blietu lejn il-fruntiera tiegħu, id-dekorazzjoni tal-pajjiż, Bet-ġesimot,+ Bagħal-megħon,+ iva, sa Kirjatajm,+ 10 lin-nies taʼ l-Orjent,+ flimkien maʼ wlied Għammon;+ u se nagħti lil Mowab u Għammon lil ħaddieħor, sabiex ulied Għammon ma jkunux miftakrin+ fost il-ġnus. 11 U f’Mowab inwettaq atti taʼ ġudizzju;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+
12 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Edom aġixxa b’vendetta maʼ dar Ġuda u żbaljaw bl-ikrah u vvendikaw ruħhom minnhom,+ 13 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Jien immidd idi wkoll fuq Edom+ u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku,+ u nagħmlu ħerba minn Teman,+ iva, sa Dedan.+ Bis-sejf jaqgħu. 14 ‘U nġib il-vendetta tiegħi fuq Edom b’id il-poplu tiegħi Israel;+ u f’Edom jagħmlu skond ir-rabja tiegħi u skond il-korla tiegħi; u Edom se jkollu jkun jaf x’inhi l-vendetta tiegħi,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’
15 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli l-Filistin aġixxew b’vendetta+ u komplew jivvendikaw ruħhom b’vendetta u b’żebliħ, sabiex iġibu rovina,+ minħabba għadwa li ilha minn dejjem,*+ 16 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed immidd idi kontra l-Filistin,+ u se nqaċċat lill-Keretin+ u neqred il-bqija tan-nies li joqogħdu mal-kosta tal-baħar.+ 17 U nwettaq fihom atti kbar taʼ vendetta, b’ċanfir qalil;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nġib il-vendetta tiegħi fuqhom.”’”+