Ġoel
1 Din hi l-kelma taʼ Ġeħova li ġiet+ lil Ġoel, bin Petwel:
2 “Isimgħu dan, intom ix-xjuħ, u agħtu widen, intom ilkoll abitanti taʼ l-art.+ Seħħ dan fi żmienkom, jew saħansitra fi żmien missirijietkom?+ 3 Irrakkontaw dwaru lil uliedkom, u wliedkom lil uliedhom, u wliedhom lill-ġenerazzjoni taʼ warajhom.+ 4 Dak li tħalla mix-xagħat, kielu l-ġurat;+ u dak li tħalla mill-ġurat, kielu l-ġurat li jitkaxkar; u dak li tħalla mill-ġurat li jitkaxkar, kilitu l-wirdiena.+
5 “Stenbħu, intom is-sakranazzi,+ u ibku; u newħu,+ intom ilkoll li tixorbu l-inbid, minħabba l-inbid ħelu,+ għax inqataʼ minn fommkom.+ 6 Għax ġens telaʼ f’arti, setgħan u bla għadd.+ Snienu huma s-snien taʼ ljun,+ u għandu x-xedaq taʼ ljun. 7 Id-dielja tiegħi għamilha ħerba,+ u s-siġra tat-tin tiegħi ġabha zokk.+ Żgur li neżżagħha u rmieha.+ Iż-żraġen tagħha bjadu. 8 Olfoq, bħalma tagħmel verġni mħażżma bl-ilbies taʼ l-ixkora+ minħabba l-għarus taʼ żgħożitha.
9 “L-offerta tal-qmuħ+ u l-offerta tax-xorb+ inqatgħu mid-dar taʼ Ġeħova; il-qassisin, il-ministri+ taʼ Ġeħova, tnikktu.+ 10 Ir-rabaʼ tħarbat,+ l-art saret tal-biki;+ għax il-qmuħ tħarbtu, l-inbid ġdid nixef,+ iż-żejt ġie fix-xejn.+ 11 Il-bdiewa stħaw;+ dawk li jieħdu ħsieb id-dwieli newħu, minħabba l-qamħ u minħabba x-xgħir; għax il-ħsad tar-rabaʼ għab.+ 12 Id-dielja nixfet, u saħansitra s-siġra tat-tin ġiet fix-xejn. Is-siġra tar-rummien, kif ukoll is-siġra tal-palm u s-siġra tat-tuffieħ, is-siġar kollha tar-rabaʼ, nixfu;+ għax il-ferħ għab minn fost ulied il-bnedmin.+
13 “Tħażżmu, intom il-qassisin, u agħtu fuq sidirkom.+ Newħu, intom il-ministri taʼ l-artal.+ Idħlu, qattgħu l-lejl bl-ilbies taʼ l-ixkora, intom il-ministri t’Alla tiegħi; għax l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerta tax-xorb tneħħew minn dar Alla tagħkom.+ 14 Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni.+ Iġimgħu x-xjuħ flimkien, l-abitanti kollha taʼ l-art, lejn id-dar taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u għajtu lil Ġeħova għall-għajnuna.+
15 “O x’jum dan;+ għaliex fil-qrib jum Ġeħova,+ u jiġi bħal qerda minn Dak li Jistaʼ Kollox! 16 Mhux quddiem għajnejna stess inqataʼ l-ikel; minn dar Alla tagħna, l-hena u l-ferħ?+ 17 It-tin niexef tħassar taħt il-pali tagħhom. L-imħażen sfaw abbandunati. Il-matmuriet iġġarrfu, għax il-qmuħ nixfu. 18 O kemm qed jokrob l-annimal domestiku! Kif qed jiġġerrew mifxula l-imrieħel tal-baqar! Għax m’hemm ebda mergħa għalihom.+ Ukoll, l-imrieħel tan-nagħaġ kellhom iġorru l-ħtija.
19 “Lilek, O Ġeħova, insejjaħ jien;+ għax in-nar belaʼ l-mergħat tax-xagħri, u fjamma ħarqet is-siġar kollha tar-rabaʼ.+ 20 Il-bhejjem tar-rabaʼ wkoll jibqgħu jixxennqu għalik,+ għaliex il-kanali taʼ l-ilma nixfu,+ u n-nar belaʼ l-mergħat tax-xagħri.”