Danjel
9 Fl-ewwel sena taʼ Darju,+ bin Aħasweru, minn nisel il-Medin,+ li kien sultan fuq is-saltna tal-Kaldin;+ 2 fl-ewwel sena li beda jsaltan, jien, Danjel, indunajt mill-kotba bl-għadd tas-snin li dwarhom Ġeħova kien kellem lill-profeta Ġeremija,+ biex titwettaq il-ħerba taʼ Ġerusalemm,+ jiġifieri, sebgħin sena.+ 3 U dawwart wiċċi+ lejn Ġeħova, l-Alla l-veru, sabiex infittxu bit-talb,+ bis-suppliki,* bis-sawm, bl-ilbies taʼ l-ixkora, u bl-irmied.+ 4 U bdejt nitlob lil Ġeħova Alla tiegħi u nistqarr u ngħid:+
“Ah! Ġeħova, l-Alla l-veru, il-Wieħed kbir+ li jqanqal il-biżaʼ, li jħares il-patt+ u l-qalb tajba bl-imħabba+ maʼ dawk li jħobbuh u li jħarsu l-kmandamenti tiegħu,+ 5 aħna dnibna+ u żbaljajna u aġixxejna bil-ħażen u rribellajna;+ u tbegħedna mill-kmandamenti tiegħek u mid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.+ 6 U ma tajniex widen lill-qaddejja tiegħek il-profeti,+ li f’ismek kellmu lis-slaten tagħna, lill-prinċpijiet tagħna, lil missirijietna, u lin-nies kollha tal-pajjiż.+ 7 O Ġeħova, tiegħek hu s-sewwa, imma tagħna l-mistħija tal-wiċċ, kif ninsabu llum,+ aħna n-nies taʼ Ġuda u l-abitanti taʼ Ġerusalemm u l-Israelin kollha, dawk qrib u dawk ’il bogħod fil-pajjiżi kollha li xerridthom fihom minħabba l-infedeltà tagħhom li biha aġixxew kontrik.+
8 “O Ġeħova, tagħna hi l-mistħija tal-wiċċ, tas-slaten tagħna, tal-prinċpijiet tagħna, u taʼ missirijietna, għaliex dnibna kontrik.+ 9 Taʼ Ġeħova Alla tagħna huma l-ħniniet+ u l-atti taʼ maħfra,+ għax aħna rribellajna kontrih.+ 10 U ma smajniex minn leħen Ġeħova Alla tagħna biex nimxu mal-liġijiet tiegħu li qegħdilna quddiemna permezz tal-qaddejja tiegħu l-profeti.+ 11 L-Israelin kollha kisru l-liġi tiegħek, u tbiegħdu minnek billi ma semgħux minn leħnek,+ u b’hekk int sawwabt fuqna s-saħta msaħħa bil-ħalfa+ li hi miktuba fil-liġi taʼ Mosè, il-qaddej taʼ l-Alla l-veru, għax dnibna kontra Tiegħu. 12 U wettaq kliemu li kien lissen kontrina+ u kontra l-imħallfin tagħna li ġġudikawna,+ billi ġab fuqna gwaj kbir, li bħalu qatt ma sar taħt is-smewwiet kollha bħal dak li sar f’Ġerusalemm.+ 13 Bħalma hu miktub fil-liġi taʼ Mosè,+ ġie fuqna dan il-gwaj kollu,+ u ma taffejniex il-korla* taʼ Ġeħova Alla tagħna billi dorna lura mill-iżball tagħna+ u billi wrejna d-dehen skond il-verità tiegħek.+
14 “U Ġeħova qagħad għassa għall-gwaj u fl-aħħar ġabu fuqna,+ għax Ġeħova Alla tagħna hu ġust fl-għemejjel kollha tiegħu li għamel; u aħna ma smajniex minn leħnu.+
15 “U issa, O Ġeħova Alla tagħna int li b’id b’saħħitha+ ħriġt lill-poplu tiegħek mill-art taʼ l-Eġittu u għamilt isem għalik innifsek, bħalma hu llum,+ aħna dnibna+ u aġixxejna bil-ħażen. 16 O Ġeħova, skond l-atti kollha taʼ ġustizzja tiegħek,+ jekk jogħġbok, reġġaʼ lura r-rabja tiegħek u l-korla tiegħek mill-belt tiegħek Ġerusalemm, il-muntanja qaddisa tiegħek;+ għax, minħabba dnubietna u minħabba l-iżbalji taʼ missirijietna,+ Ġerusalemm u l-poplu tiegħek huma mżebilħin minn dawk kollha taʼ madwarna.+ 17 U issa, O Alla tagħna, agħti widen għat-talba tal-qaddej tiegħek u għas-suppliki tiegħu, u minħabba ismek, O Ġeħova, agħmel li wiċċek jiddi+ fuq is-santwarju tiegħek li sar ħerba.+ 18 Mejjel widintek, O Alla tiegħi, u ismaʼ.+ Iftaħ għajnejk u ara l-kundizzjonijiet taʼ ħerba li ninsabu fihom aħna u l-belt li fuqha ssejjaħ ismek;+ għax aħna qed inwasslu s-suppliki tagħna quddiemek+ mhux minħabba l-atti ġusti tagħna imma minħabba l-ħniena kbira tiegħek.+ 19 Ismaʼ,+ O Ġeħova. Aħfer,+ O Ġeħova. Agħti kas u aġixxi,+ O Ġeħova. Iddumx,+ minħabba ġieħek stess, O Alla tiegħi, għax ismek issejjaħ fuq il-belt tiegħek u fuq il-poplu tiegħek.”+
20 Waqt li kont għadni qed nitkellem u nitlob u nistqarr dnubi+ u d-dnub tal-poplu tiegħi Israel+ u nħalli s-supplika tiegħi tasal quddiem Ġeħova Alla tiegħi dwar il-muntanja qaddisa+ t’Alla tiegħi, 21 u waqt li kont għadni qed ngħid it-talba, ara, ir-raġel Gabrijel,+ li kont rajt fil-viżjoni fil-bidu,+ għajjien għall-aħħar wasal ħdejja fil-ħin taʼ l-offerta taʼ fil-għaxija li ssir bħala għotja.+ 22 U, biex ifehemni, kellimni u qalli:
“O Danjel, issa jien ġejt biex nagħtik id-dehen u l-abbiltà li tifhem.+ 23 Fil-bidu tas-suppliki tiegħek ħarġet kelma, u jien ġejt biex inħabbarhielek, għaliex int maħbub ferm.+ Għalhekk, ikkunsidra l-kwistjoni,+ u ifhem dak li rajt.
24 “Sebgħin ġimgħa ġew determinati għall-poplu tiegħek+ u għall-belt qaddisa+ tiegħek, sabiex jintemm il-ksur tal-liġi,+ biex jispiċċa d-dnub,+ biex jitpatta l-iżball,+ biex jinġieb is-sewwa għal dejjem,+ biex jiġu timbrati b’siġill+ il-viżjoni u l-profeta, u biex jiġi konsagrat* il-Qaddis tal-Qaddisin.*+ 25 U int għandek tkun taf u jkollok id-dehen li mill-ħruġ tal-kelma+ biex Ġerusalemm tiġi restawrata u mibnija mill-ġdid+ sal-Messija+ l-Mexxej,+ ikun hemm sebaʼ ġimgħat, kif ukoll tnejn u sittin ġimgħa.+ Hi terġaʼ lura u fil-fatt tinbena mill-ġdid, bi pjazza u foss, imma fi żminijiet imwiegħra.
26 “U wara t-tnejn u sittin ġimgħa l-Messija se jinqatel,+ u xejn ma jkollu għalih innifsu.+
“U l-poplu taʼ mexxej li għandu jiġi se jagħmilhom ħerba+ l-belt u l-post qaddis.+ U tmiemu jkun bl-għargħar. U sat-tmiem ikun hemm il-gwerer; u ħerba hi dik li ġiet deċiża.+
27 “U hu jrid iżomm il-patt+ jaħdem għall-ħafna għal ġimgħa waħda;+ u f’nofs din il-ġimgħa se jtemm is-sagrifiċċju u l-offerta li ssir bħala għotja.+
“U fuq il-ġewnaħ taʼ l-affarijiet moqżieża jkun hemm dak li jġib ħerba;+ u sakemm ikun hemm qerda għalkollox, dak li ġie deċiż se jissawwab ukoll fuq dak li jinsab ħerba.”+