Żakkarija
14 “Ara! Ġej jum, li hu taʼ Ġeħova,+ u l-priża tiegħek titqassam f’nofsok. 2 U jien se niġbor lill-ġnus kollha għall-gwerra kontra Ġerusalemm;+ u l-belt se tinqabad+ u d-djar jinsterqu, u n-nisa jiġu stuprati.+ U nofs il-belt tmur fl-eżilju;+ imma dawk li jibqaʼ mill-poplu+ ma jittiħdux mill-belt.+
3 “U Ġeħova se jmur u jiggwerra kontra dawk il-ġnus+ bħal f’jum il-gwerra tiegħu, f’jum il-ġlied.+ 4 U saqajh se jieqfu f’dak il-jum fuq il-muntanja tas-siġar taż-żebbuġ, li qiegħda quddiem Ġerusalemm, fil-lvant;+ u l-muntanja tas-siġar taż-żebbuġ+ tinqasam minn nofsha,+ minn tlugħ ix-xemx u lejn il-punent. Se jkun hemm wied kbir ferm; u nofs il-muntanja jitressaq lejn it-tramuntana, u nofs lejn in-nofsinhar. 5 U intom se taħarbu lejn il-wied tal-muntanji tiegħi;+ għax il-wied tal-muntanji jasal s’Asel. U jkollkom taħarbu, sewwasew bħalma ħrabtu minħabba t-terremot fi żmien Użżija s-sultan taʼ Ġuda.+ U Ġeħova Alla tiegħi se jiġi+ bil-qaddisin kollha miegħu.+
6 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li ma jkun hemm ebda dawl prezzjuż+—l-affarijiet se jkunu għaqdu bil-kesħa.+ 7 U jrid isir jum magħruf bħala li hu taʼ Ġeħova.+ La se jkun nhar u lanqas lejl;+ u jiġri li fil-ħin taʼ fil-għaxija jkun hemm id-dawl.+ 8 U jrid iseħħ f’dak il-jum li ilmijiet ħajjin+ joħorġu minn Ġerusalemm,+ nofshom lejn il-baħar tal-lvant+ u nofshom lejn il-baħar tal-punent.+ Fis-sajf u fix-xitwa se jseħħ.+ 9 U Ġeħova jkun sultan fuq l-art kollha.+ F’dak il-jum Ġeħova se jkun wieħed,+ u ismu wieħed.+
10 “L-art kollha se tiġi mibdula bħall-Għaraba,+ minn Geba+ għal Rimmon+ lejn in-nofsinhar taʼ Ġerusalemm; u din tqum u tkun mgħammra f’postha,+ minn Bieb Benjamin+ sal-post taʼ l-Ewwel Bieb, sal-Bieb tal-Kantuniera, u mit-Torri taʼ Ħananel+ sa l-imgħasar tas-sultan. 11 U nies se jgħammru fiha; u qatt iktar ma se titwarrab għall-qerda,+ u Ġerusalemm tkun mgħammra fis-sigurtà.+
12 “U dan se jkun il-flaġell li bih Ġeħova se jifflaġella lill-popli kollha li se jagħmlu servizz militari kontra Ġerusalemm:+ Kull wieħed se jitmermirlu laħmu għalkollox waqt li jkun wieqaf fuq saqajh;+ u għajnejh se jitmermru għalkollox f’ħofrithom, u lsienu se jitmermer għalkollox f’ħalqu.
13 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li fuqhom ikollhom konfużjoni sħiħa mingħand Ġeħova;+ u kull wieħed minnhom se jaħtaf id sieħbu, u idu se tintrefaʼ kontra id sieħbu. 14 U Ġuda wkoll se jiggwerra kontra Ġerusalemm; u l-għana tal-ġnus kollha taʼ madwar jinġabar, deheb u fidda u lbies b’abbundanza esaġerata.+
15 “U hekk se jkun il-flaġell taż-żiemel, tal-bagħal, tal-ġemel, u tal-ħmar, u taʼ kull xorta t’annimal domestiku li jinzerta jkun f’dawk il-kampijiet, bħal dan il-flaġell.
16 “U jrid iseħħ li kulmin ikun baqaʼ minn fost il-ġnus kollha li ġejjin kontra Ġerusalemm,+ huma jridu wkoll jitilgħu minn sena għal sena+ biex imilu quddiem is-Sultan,+ Ġeħova taʼ l-armati,+ u biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex.+ 17 U jrid iseħħ li kulmin ma jitlax+ mill-familji+ taʼ l-art lejn Ġerusalemm biex imil quddiem is-Sultan, Ġeħova taʼ l-armati, saħansitra fuqu ma tinżel ebda xita qawwija.+ 18 U jekk il-familja taʼ l-Eġittu ma titlax u ma tidħolx, fuqhom ukoll ma se jinżel xejn. Iseħħ il-flaġell li bih Ġeħova jifflaġella lill-ġnus li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex. 19 Dan se jkun il-kastig għad-dnub taʼ l-Eġittu u d-dnub tal-ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-festa taʼ l-għerejjex.+
20 “F’dak il-jum se jkun hemm+ fuq il-ġlieġel taż-żwiemel ‘Il-qdusija hi taʼ Ġeħova!’+ U l-borom kbar+ fid-dar taʼ Ġeħova jridu jsiru bħall-iskutelli+ taʼ quddiem l-artal.+ 21 U kull borma kbira f’Ġerusalemm u f’Ġuda trid issir xi ħaġa qaddisa li hi taʼ Ġeħova taʼ l-armati, u dawk kollha li joffru sagrifiċċju jridu jidħlu u jieħdu minnhom u jgħallu fihom.+ U mhux se jkun hemm iktar xi Kangħani*+ fid-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati f’dak il-jum.”+