It-Tieni Ktieb taʼ Samwel
22 U David qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl. 2 Hu qal:
“Ġeħova hu l-blata u l-fortizza tiegħi u Dak li jsalvani.
3 L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi, li fih nistkenn,
It-tarka u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni,* il-post taʼ protezzjoni tiegħi,*
U l-post fejn nistaʼ naħrab, is-salvatur tiegħi; int li ssalvani mill-vjolenza.
4 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna, il-wieħed li jistħoqqlu tifħir,
U se niġi salvat mill-għedewwa tiegħi.
5 Ġejt imdawwar bil-mewġ tal-mewt;
Dulluvju taʼ nies li mhuma tajbin għal xejn werwruni.
7 Meta kont imdejjaq għajjatt lil Ġeħova,
Lill-Alla tiegħi bqajt ngħajjat.
Imbagħad mit-tempju tiegħu semaʼ leħni,
U l-għajta tiegħi għall-għajnuna waslet f’widnejh.
8 L-art bdiet tiċċaqlaq u titriegħed ’il quddiem u lura;
Is-sema theżżet
U ċċaqalqet ’il quddiem u lura għax kien irrabjat.
10 Hu baxxa s-sema hekk kif niżel,
U kien hemm dalma kbira taħt saqajh.
11 Hu ġie jtir riekeb fuq kerubin.
Kien jidher fuq il-ġwienaħ t’anġlu.*
12 Imbagħad għamel id-dlam madwaru bħala kenn,
B’ilmijiet mudlama u sħab oħxon.
13 Mid-dija taʼ quddiemu beda jaqbad ġamar tan-nar.
14 Imbagħad Ġeħova beda jriegħed mis-sema,
L-Iktar Għoli semmaʼ leħnu.
15 Spara l-vleġeġ tiegħu u xerred l-għedewwa;
Faqqaʼ s-sajjetti, u tefagħhom f’konfużjoni.
16 Qiegħ il-baħar beda jidher;
Il-pedamenti tal-art inkixfu biċ-ċanfira taʼ Ġeħova,
B’nifs qawwi minn imnieħru.
17 Tani jdejh mill-għoli;
Qabadni u tellagħni minn ilmijiet fondi.
18 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,
Minn dawk li jobogħduni, li kienu iktar b’saħħithom minni.
19 Huma sfidawni f’jum id-dwejjaq tiegħi,
Imma Ġeħova kien jappoġġani.
22 Għax jien nagħmel dak li jrid Ġeħova,
Ma tlaqtx lill-Alla tiegħi, u allura m’aġixxejtx ħażin.
23 Il-ġudizzji kollha tiegħu qegħdin quddiemi;
M’iniex se nwarrab mil-liġijiet tiegħu.
24 Se nibqaʼ bla ħtija quddiemu,
U se nitbiegħed mill-iżball.
25 Jalla Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja,
Jippremjani skont l-innoċenza tiegħi quddiemu.
26 Maʼ xi ħadd leali, int taġixxi b’lealtà;
Maʼ min hu bla ħtija, timxi bla ħtija;
27 Maʼ min hu sinċier, int tkun sinċier,
Imma maʼ min iqarraq, int tuża l-għaqal.*
28 Għax int issalva lill-umli,
Imma għajnejk huma kontra s-suppervi, u int tumiljahom.
30 Bl-għajnuna tiegħek nistaʼ niħodha kontra grupp taʼ ħallelin armati;
Bil-qawwa tiegħek nistaʼ nitlaʼ maʼ sur.
Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.
32 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?
U min hu blata ħlief l-Alla tagħna?
33 L-Alla l-veru hu l-fortizza b’saħħitha tiegħi,
U se jagħmel triqti perfetta.
34 Jagħmilli saqajja bħal taʼ ċerva;
Hu jqegħedni fuq postijiet għoljin.
35 Qed jittrennjani għall-gwerra;
Idejja jistgħu jgħawġu qaws tar-ram.
36 Int tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,
U l-umiltà tiegħek tigglorifikani.
37 Int twessaʼ l-passaġġ għal saqajja
Sabiex ma naqax.
38 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nġibhom fix-xejn;
Ma niġix lura qabel jinqerdu għalkollox.
39 U se neqridhom għalkollox u ngħaffiġhom, sabiex ma jqumux;
Huma se jaqgħu taħt saqajja.
40 Int se tagħtini s-saħħa għall-battalja;
Se tixħet taħti lill-għedewwa tiegħi.
42 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’hemmx min isalvahom;
Saħansitra jgħajtu lil Ġeħova, imma ma jwiġibhomx.
43 Jien se nitħanhom bħat-trab fin tal-art;
Infarrakhom u ngħaffiġhom bħal tajn fit-toroq.
44 Int se teħlisni min-nies tiegħi li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.
Se tipproteġini biex inkun il-kap tal-popli;
Poplu li ma kontx naf se jaqdini.
46 Il-barranin se jaqtgħu qalbhom;
Huma joħorġu jitriegħdu mill-fortizzi tagħhom.
47 Ġeħova hu ħaj! Ħa jkun imfaħħar il-Blata tiegħi!
Ħa jkun onorat l-Alla tiegħi, il-blata li ssalvani.
48 L-Alla l-veru jagħmel vendetta għalija;
Hu jagħtini l-popli f’idejja;
49 Hu jeħlisni mill-għedewwa tiegħi.
Int terfagħni fl-għoli ħalli dawk li jattakkawni ma jilħqunix;
Issalvani mir-raġel vjolenti.