Salm
Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja taʼ David.
2 Minħabba l-għedewwa tiegħek, int urejt is-saħħa li għandek
Permezz tat-tifħir mingħand it-tfal u t-trabi.
Dan għamiltu biex issikket lil dawk li huma kattivi u jiħduha kontrik.
3 Meta nara s-sema tiegħek li int ħlaqt,*
Il-qamar u l-istilel li int għamilt,
4 Jien naħseb: ‘X’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih,
U bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?’
6 Int tajtu awtorità fuq dak li ħlaqt;
U poġġejt kollox taħt il-kontroll tiegħu:
7 In-nagħaġ, il-mogħoż, il-baqar kollha,
L-annimali slavaġ,
8 L-għasafar, il-ħut,
U kulma jgħix fil-baħar.
9 Mulej tagħna Ġeħova, ismek hu kbir mad-dinja kollha!