Salm
א [Alef]
Jien se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha
ב [Bet]
Fost il-ġusti miġburin flimkien fil-kongregazzjoni.
ג [Gimel]
2 L-affarijiet li għamel Ġeħova huma tal-għaġeb,
ד [Dalet]
Dawn jiġu studjati minn dawk li jieħdu pjaċir bihom.
ה [Ħe]
ז [Żajin]
4 L-affarijiet li għamel tant huma tal-għaġeb li n-nies se jibqgħu jiftakruhom.
ח [Ħet]
Ġeħova hu qalbu tajba* u ħanin.
ט [Tet]
5 Hu jagħti l-ikel lil dawk li jirrispettawh ħafna.*
י [Jod]
Hu jiftakar fil-patt tiegħu għal dejjem.
כ [Kaf]
מ [Mem]
ס [Samek]
8 Huma dejjem taʼ min joqgħod fuqhom, issa u għal dejjem.
ע [Għajn]
Dawn saru għax Alla hu leali u ġust.
פ [Pe]
9 Hu ħeles* lill-poplu tiegħu.
צ [Sade]
Hu kkmanda li l-patt tiegħu jibqaʼ għal dejjem.
ק [Kof]
Ismu hu qaddis u taʼ min jibżaʼ minnu u jirrispettah.
ר [Rex]
10 L-ewwel pass biex wieħed ikun għaref hu li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova.
ש [Sin]
Dawk kollha li jobdu l-liġijiet tiegħu* juru li huma għaqlin.
ת [Taw]
Hu għandu jiġi mfaħħar għal dejjem.