Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
21 Ġeħova, ir-re jifraħ bis-saħħa li għandek;
Hu ferħan ħafna għax int issalvah!
2 Int tajtu dak li tixtieq qalbu,
U ma ċaħħadtux minn dak li talbek. (Sela)
4 Hu talbek ħajja twila,
U int tajtu ħajja twila, saħansitra għal dejjem.
5 Il-glorja tiegħu hi kbira għax int salvajtu.
Int tajtu unur u sbuħija.
8 Idek se taqbad lill-għedewwa kollha tiegħek;
Idek il-leminija se taqbad lil dawk li jobogħduk.
9 Fiż-żmien li għażilt, int se teqridhom bħallikieku titfagħhom fin-nar.
Ġeħova, int se tikkastigahom meta tkun irrabjat, u n-nar se jeqridhom.
10 Lit-tfal* tagħhom se tneħħihom minn fuq l-art,
U lil dawk li jiġu minnhom se teqridhom għalkollox.
11 Għax huma kellhom il-ħsieb li jagħmlulek il-ħsara;
Il-pjanijiet ħżiena tagħhom mhux se jirnexxu.
13 Ġeħova, agħmel xi ħaġa u uri s-saħħa tiegħek.
Aħna se nfaħħruk bil-kant* għall-qawwa tiegħek.