Salm
Maskil* t’Asaf.
2 Se nkellimkom bi proverbju;
Se ngħid ħaġa moħġaġa taʼ żmien twil ilu.
3 L-affarijiet li smajna u nafu bihom,
Li missirijietna rrakkontawlna,
4 Mhux se naħbuhom mit-tfal tagħna.
Se nirrakkontawhom lill-ġenerazzjoni li ġejja
L-affarijiet kbar li għamel Ġeħova bis-saħħa tiegħu,
L-affarijiet mill-isbaħ li għamel.
5 Hu ta regola f’Ġakobb
U għamel liġi f’Iżrael;
Hu kkmanda lil missirijietna
Biex dawn l-affarijiet jgħiduhom lit-tfal tagħhom;
6 Ħalli l-ġenerazzjoni li jmiss,
It-tfal li għad iridu jitwieldu, isiru jafu dwarhom.
Imbagħad huma jirrakkontawhom lit-tfal tagħhom.
7 B’hekk huma jkunu jistgħu jafdaw f’Alla,
U ma jinsewx dak li għamel,
Imma jobdu l-kmandamenti tiegħu.
8 B’hekk, mhux se jkunu bħal missirijiethom,
Ġenerazzjoni rasha iebsa u ribelluża,
Ġenerazzjoni b’qalb indeċiża*
U mhux leali lejn Alla.
9 L-Efrajmin kienu armati bil-qaws,
Imma f’jum il-battalja rtiraw.
10 Huma ma żammewx mal-patt t’Alla,
U m’obdewx il-Liġi tiegħu.
11 Ukoll, huma nsew dak li kien għamel,
Il-mirakli li għamel quddiemhom.
12 Hu għamel mirakli quddiem missirijiethom
Fl-art tal-Eġittu, ir-reġjun taʼ Sogħan.
13 Hu fired il-baħar biex jgħaddu minnu,
Għamel l-ilmijiet bħal ħajt.
14 Matul il-ġurnata mexxiehom permezz taʼ sħaba
U matul il-lejl permezz tad-dawl tan-nar.
15 Fid-deżert, hu qasam il-blat,
U tahom jixorbu sakemm xebgħu bħallikieku minn ilma fond.
16 Hu ħareġ ilmijiet minn xaqq fil-blat
U dawn bdew ħerġin bħal xmajjar.
17 Iżda huma xorta baqgħu jidinbu kontrih
Billi rribellaw kontra l-Iktar Għoli fid-deżert.
19 Għalhekk, huma bdew igergru kontra Alla,
Billi qalu: “Kapaċi Alla jagħtina ikel fid-deżert?”
20 Hu ta daqqa fuq blata
U ħareġ ħafna ilma.
“Jistaʼ hu jagħtina l-ħobż ukoll,
Jew jistaʼ jagħtina l-laħam?”
21 Meta Ġeħova semagħhom, hu rrabja ħafna.
Hu attakka lil Ġakobb bin-nar
U rrabja bil-kbir kontra Iżrael
22 Għax ma kellhomx fidi fih;
Ma fdawx fl-abbiltà tiegħu li jsalvahom.
23 Għalhekk, hu ta kmand lis-sema mimlija sħab,
U fetaħ bibien is-sema.
24 Hu baqaʼ jibgħat xita taʼ manna biex jieklu;
Tahom il-qamħ tas-sema.
26 Qajjem riħ mil-Lvant
U ġiegħel lir-riħ jonfoħ min-Nofsinhar permezz tal-qawwa tiegħu.
27 Hu bagħtilhom xita taʼ laħam daqs it-trab,
Għasafar daqs ir-ramel taʼ xatt il-baħar.
28 Hu waqqagħhom qalb il-kampijiet tagħhom,
Madwar it-tined kollha.
29 Huma kielu u ffangaw;
Hu tahom dak li xtaqu.
30 Iżda huma xorta riedu iktar,
U waqt li kienu għadhom bl-ikel f’ħalqhom,
31 Alla rrabja ħafna magħhom.
Hu qatel l-iktar irġiel b’saħħithom;
Qatel l-irġiel żgħażagħ t’Iżrael.
32 Minkejja dan, komplew jidinbu iktar
U ma fdawx fl-affarijiet tal-għaġeb li rawh jagħmel.
33 Għalhekk, hu temm il-ħajja tagħhom bħal sempliċi nifs,
U ġab gwaj fuqhom f’daqqa u mietu.
34 Imma kull darba li kien jibda joqtol ftit minnhom, huma kienu jfittxuh;
Huma kienu jduru lura lejn Alla
35 U jiftakru li kien il-Blata tagħhom,
U li l-Alla l-Iktar Għoli kien Dak li Ħelishom.*
36 Imma huma pprovaw iqarrqu bih bi kliemhom
U jigdbulu.
37 Qalbhom ma kinitx leali lejh;
U ma żammewx mal-patt li għamlu miegħu.
38 Imma hu kien ħanin;
Kien jaħfer l-iżball tagħhom u ma jeqridhomx.
Ħafna drabi żamm lura r-rabja tiegħu
Minflok ma rrabja għalkollox.
40 Min jaf kemm-il darba rribellaw kontrih fix-xagħri
U weġġgħuh fid-deżert!
42 Huma ma ftakrux fil-qawwa li għandu,*
Nesew il-ġurnata li salvahom* mill-għadu,
43 Kif wera s-sinjali tiegħu fl-Eġittu
U l-mirakli li għamel fir-reġjun taʼ Sogħan.
44 Nesew kif biddel il-kanali tal-ilma tan-Nil f’demm
Ħalli ma jixorbux minnhom.
45 Hu bagħat fuqhom qtajjaʼ taʼ dubbien li joqros biex iġegħelhom ibatu
U żrinġijiet biex jeqridhom.
46 Hu ta l-prodott tal-għelieqi tagħhom lill-ġurati mġewħin;
Xogħol idejhom tah lill-qtajjaʼ tal-ġurati.
49 Hu wera r-rabja, il-korla, u d-dagħdigħa tiegħu lejhom,
U bagħtilhom anġli biex jaqilgħulhom l-inkwiet u l-ħsara.
50 Hu ma żammx lura r-rabja tiegħu.
Ma żammx lura milli jikkastigahom,* imma qatilhom;
Hu qatilhom bil-pesta.
51 Fl-aħħar, qatel lil kull l-ewwel imwieled tal-Eġittu,
L-ewwel uħud li twieldu fit-tined taʼ Ħam.
52 Imbagħad ħareġ lin-nies tiegħu mill-Eġittu,
U ggwidahom bħal nagħaġ fid-deżert.
55 Hu keċċa l-popli minn quddiemhom,
Qassmilhom il-wirt li kien ġie mkejjel b’ħabel tal-kejl,
U għen lit-tribujiet t’Iżrael jissetiljaw fi djarhom.
56 Imma huma baqgħu jisfidaw* lill-Alla l-Iktar Għoli u jirribellaw kontrih;
Ma tawx kas it-tfakkiriet tiegħu.
57 Huma tbiegħdu minnu u kienu tradituri bħal missirijiethom.
Bħal qaws laxk, ma kinux taʼ min jafdahom.
58 Huma komplew iweġġgħuh billi qiemu allat foloz fil-postijiet għall-qima,
U ġegħluh jirrabja* ħafna bl-istatwi skolpiti li għamlu.
59 Alla ra dan u rrabja ħafna.
Għalhekk, warrab lil Iżrael għalkollox.
60 Fl-aħħar abbanduna t-tabernaklu f’Silo,
It-tinda li kien jgħix fiha fost il-bnedmin.
61 Hu ħalla l-għedewwa jieħdu l-Arka
Li kienet tirrappreżenta l-qawwa u l-glorja tiegħu.
62 Hu ħalla n-nies tiegħu jinqatlu bix-xabla,
U rrabja ħafna mal-wirt tiegħu.
64 Il-qassisin tiegħu nqatlu bix-xabla,
U n-nisa tagħhom ma bkewhomx.
65 Imbagħad Ġeħova bħallikieku qam mill-irqad,
Bħal raġel b’saħħtu li jqum wara li jkun xorob l-inbid.
66 Imbagħad hu keċċa lill-għedewwa;
Iddiżonorahom għal dejjem.
67 Hu warrab lil dawk li jiġu minn Ġużeppi;
M’għażilx it-tribù t’Efrajm.
68 Imma għażel lit-tribù taʼ Ġuda,
Il-Muntanja Sijon, li jħobb.
Hu għamlu ragħaj fuq Ġakobb, il-poplu tiegħu,
U fuq Iżrael, il-wirt tiegħu.
72 Hu ħa ħsiebhom bħal ragħaj b’qalbu kollha,
U mexxiehom bis-sengħa.