Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
13 Ġeħova, kemm se ddum tinsieni? Għal dejjem?
Kemm se ddum taħbi wiċċek minni?
Kemm se jdum jirbaħli l-għadu tiegħi?
3 Ġeħova Alla tiegħi, ħares lejja u wiġibni.
Agħtini saħħti lura* ħalli ma mmutx.
4 B’hekk l-għadu tiegħi ma jgħidx: “Irbaħtlu!”
Tħallix lil dawk taʼ kontrija jifirħu bit-telfa tiegħi.
6 Jien se nkanta lilek, Ġeħova, għax int tippremjani bil-kbir.