LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 13
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Kif għandhom jiġu ttrattati l-apostati (1-18)

Dewteronomju 13:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 13:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “minnu għandkom tibżgħu.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/15/2002, pp. 16-17

Dewteronomju 13:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Dewteronomju 13:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “ħabib li hu bħal ruħek stess.”

Dewteronomju 13:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “intgħamel qaddis permezz taʼ projbizzjoni.”

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 13:1-18

Dewteronomju

13 “Ejja ngħidu li jkun hemm profeta jew xi ħadd li jbassar il-futur permezz tal-ħolm u jagħtik sinjal jew ibassarlek xi ħaġa, 2 u jseħħ is-sinjal jew il-ħaġa li jkun bassar waqt li jgħidlek, ‘Ħa nimxu wara allat oħrajn, allat li ma tafhomx, u ħa naqduhom.’ 3 Int m’għandekx tismaʼ l-kliem taʼ dan il-profeta jew taʼ dak li joħlom, għax Ġeħova l-Alla tagħkom qed jgħaddikom minn prova biex ikun jaf jekk tħobbux lil Ġeħova l-Alla tagħkom b’qalbkom kollha u b’ruħkom* kollha. 4 Għandkom timxu wara Ġeħova l-Alla tagħkom, lilu għandkom tirrispettaw ħafna,* il-kmandamenti tiegħu għandkom tobdu, kliemu għandkom tisimgħu, hu l-wieħed li għandkom taqdu, u miegħu għandkom iżżommu sod. 5 Imma dak il-profeta jew dak li joħlom għandu jinqatel, għax ikun inkuraġġiekom tirribellaw kontra Ġeħova l-Alla tagħkom, li ħariġkom mill-art tal-Eġittu u fdiekom* mill-art fejn kontu lsiera, biex ibegħedkom mit-triq li Ġeħova l-Alla tagħkom ikkmandakom biex timxu fiha. U tridu tneħħu l-ħażen minn ġo nofskom.

6 “Ejja ngħidu li ħuk, ibnek, bintek, l-għażiża martek, jew ħabib tal-qalb,* jipprova jħajrek bil-moħbi u jgħidlek, ‘Ejja mmorru naqdu allat oħrajn.’ Dawn huma allat li la int u lanqas missirijietek ma tafu, 7 mill-allat tal-popli taʼ madwarek li huma qrib u ’l bogħod, minn kwalunkwe parti tal-art. 8 Iċċedix għal li jgħidlek u tismax minnu, lanqas m’għandek titħassru, tħenn għalih, jew tipproteġih. 9 Anzi, qis li toqtlu. Int għandek tkun l-ewwel wieħed li twaddablu l-ġebel, u mbagħad iwaddablu l-ġebel il-poplu kollu. 10 U trid tagħmel hekk sakemm imut, għaliex ipprova jbiegħdek minn Ġeħova l-Alla tiegħek, li ħarġek mill-art tal-Eġittu fejn kont ilsir. 11 Imbagħad Iżrael kollu jismaʼ u jibżaʼ, u ħadd fostok ma jerġaʼ jagħmel ħaġa ħażina bħal din.

12 “Ejja ngħidu li f’waħda mill-bliet li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik biex tgħix fiha, tismagħhom jgħidu 13 li rġiel li mhuma tajbin għal xejn qed jipprovaw ibiegħdu minn Alla lin-nies taʼ belthom billi jgħidu, ‘Ejja naqdu allat oħrajn,’ allat li ma tafhomx. 14 Int trid tfittex dwar il-każ, billi tinvestiga u tistaqsi bir-reqqa. U jekk jiġi kkonfermat li vera saret din il-ħaġa moqżieża fostok, 15 qis li toqtol bix-xabla lil dawk li jgħixu f’din il-belt. Eqred lilha u kulma fiha, anki l-annimali tagħha. 16 Imbagħad iġbor l-affarijiet kollha tagħha f’nofs il-pjazza tagħha u aħraq il-belt, u dawn ikunu bħala offerta sħiħa lil Ġeħova l-Alla tiegħek. Il-belt trid issir ħerba għal dejjem. Qatt m’għandha terġaʼ tinbena. 17 M’għandek tieħu xejn minn dak li hu ddedikat għall-qerda,* sabiex Ġeħova ma jibqax irrabjat miegħek, imma jitħassrek u jurik ħniena, u jkabbar il-poplu tiegħek bħalma ħalef lil missirijietek. 18 Għax int għandek tismaʼ minn Ġeħova l-Alla tiegħek billi tobdi l-kmandamenti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum, u b’hekk tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova l-Alla tiegħek.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja