LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 15
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti mid-Dewteronomju

      • Jinħelsu mid-dejn kull sebaʼ sena (1-6)

      • Tingħata għajnuna lill-foqra (7-11)

      • Jinħelsu l-ilsiera kull sebaʼ sena (12-18)

        • Itaqqbu l-widna tal-ilsir b’xifa (16, 17)

      • Jitqaddes l-ewwel ferħ tal-annimali (19-23)

Dewteronomju 15:2

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 15:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 7/2021, p. 4

Dewteronomju 15:7

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “qammiel.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2010, p. 8

Dewteronomju 15:8

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2010, p. 8

Dewteronomju 15:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 19

Dewteronomju 15:19

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “tal-barri.”

Dewteronomju 15:22

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “’il ġewwa mill-bibien.”

Dewteronomju 15:23

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    10/15/2000, pp. 30-31

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
  • 22
  • 23
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 15:1-23

Dewteronomju

15 “Wara kull sebaʼ snin, għandek tagħti ħelsien. 2 Dan hu t-tip taʼ ħelsien: Min jislef għandu jeħles lil Iżraeli ieħor mid-dejn li jkun daħal fih. M’għandux jinsisti biex iħallsu, għax tħabbar ħelsien bil-kmand taʼ Ġeħova. 3 Int tistaʼ tinsisti biex il-barrani jħallsek, imma għandek taħfer id-dejn kollu li ħuk għandu miegħek. 4 Madankollu, ħadd minnkom m’għandu jsir fqir, għax Ġeħova żgur li se jbierkek fl-art li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk. 5 Dan se jagħmlu jekk tobdi bir-reqqa lil Ġeħova l-Alla tiegħek u toqgħod attent li tobdi dawn il-kmandamenti kollha li qed nagħtik illum. 6 Għax Ġeħova l-Alla tiegħek se jbierkek bħalma wiegħdek, u int issellef lil ħafna popli, imma ma jkollokx għalfejn tissellef. Int tiddomina lil ħafna popli, imma huma ma jiddominawkx.

7 “Jekk xi ħadd minn ħutek isir fqir f’waħda mill-bliet tiegħek fl-art li Ġeħova l-Alla tiegħek qed jagħtik, tkunx bla qalb jew idek magħluqa* maʼ ħuk il-fqir. 8 Għax għandek tkun idek miftuħa miegħu b’mod ġeneruż u tisilfu dak li għandu bżonn jew jonqsu. 9 Oqgħod attent li ma jkollokx din l-idea ħażina f’qalbek, ‘Is-sebaʼ sena, is-sena tal-ħelsien, qorbot,’ u għalhekk ma tkunx ġeneruż maʼ ħuk il-fqir u ma tagħtih xejn. Jekk jgħajjat lil Ġeħova u jakkużak, dan ikun dnub min-naħa tiegħek. 10 Għandek tagħtih b’mod ġeneruż u mhux b’nofs qalb, għax hu minħabba f’hekk li Ġeħova l-Alla tiegħek ibierek xogħlok u kulma tagħmel. 11 Għax dejjem se jkun hemm nies foqra fl-art. Huwa għalhekk li qed nikkmandak, ‘Għandek tkun idek miftuħa b’mod ġeneruż maʼ ħuk li jkun batut u fqir f’artek.’

12 “Jekk xi ħadd minn ħutek, Lhudi jew Lhudija, jinbiegħ lilek u jkun qdiek għal sitt snin, fis-sebaʼ sena għandek teħilsu. 13 U meta teħilsu, tibagħtux b’idu vojta. 14 Għandek tagħtih b’mod ġeneruż xi ħaġa mill-merħla, mill-prodott tal-għelieqi, miż-żejt taż-żebbuġa, u mill-inbid tiegħek. Għandek tagħtih skont kemm Ġeħova l-Alla tiegħek bierek lilek. 15 Ftakar li int kont ilsir fl-art tal-Eġittu u li Ġeħova l-Alla tiegħek fdiek.* Huwa għalhekk li llum qed nikkmandak tagħmel dan.

16 “Imma jekk hu jgħidlek li ma jridx jitlaq minn miegħek għax iħobb lilek u lin-nies taʼ darek, peress li kien kuntent kemm dam miegħek, 17 ħudu ħdejn il-bieb u taqqablu widintu b’xifa, u hu jsir l-ilsir tiegħek ħajtu kollha. Għandek tagħmel l-istess lill-ilsira tiegħek. 18 Tqisx li hi xi ħaġa inġusta li teħilsu u jitilqek, għaliex is-servizz li tak għal sitt snin kien jiswa d-doppju taʼ dak taʼ ħaddiem mikri, u Ġeħova l-Alla tiegħek bierkek f’kulma sar.

19 “Int għandek tqaddes għal Ġeħova l-Alla tiegħek kull l-ewwel ferħ raġel mill-imrieħel tal-baqar u n-nagħaġ tiegħek. Tagħmel ebda xogħol bl-ewwel ferħ tal-imrieħel tal-baqar* u lanqas taqtaʼ s-suf tal-ewwel ferħ tal-imrieħel tan-nagħaġ tiegħek. 20 Int u n-nies taʼ darek għandkom tikluh quddiem Ġeħova l-Alla tagħkom minn sena għal sena fil-post li jagħżel Ġeħova. 21 Imma jekk ikollu xi difett, ikun zopp, agħmi, jew ikollu xi difett serju ieħor, toffrihx lil Ġeħova l-Alla tiegħek. 22 Għandek tieklu fil-bliet* tiegħek, kemm il-persuna mhix nadifa u kemm dik nadifa, bħallikieku kien għażżiel jew ċerv. 23 Imma m’għandekx tiekol demmu. Għandek tferrgħu fl-art bħall-ilma.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja