Salm
Lid-direttur; fuq il-Gittit.* Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ.
Tant jien ħerqan li mmur hemm li għejejt.
B’qalbi u b’saħħti kollha, jien se nkanta bil-ferħ quddiemek, l-Alla l-ħaj.
3 Anki l-għasafar isibu post fejn joqogħdu fit-tempju tiegħek.
Il-ħuttafa tagħmel bejta biex tieħu ħsieb liż-żgħar tagħha
Ħdejn l-artal kbir tiegħek, Ġeħova tal-armati,
Ir-Re u l-Alla tiegħi!
4 Ferħanin huma dawk li jgħixu fit-tempju tiegħek!
Huma jibqgħu jfaħħruk. (Sela)
5 Ferħanin huma dawk li s-saħħa tagħhom ġejja mingħandek,
Li jixtiequ jkunu fit-toroq li jagħtu għat-tempju tiegħek.
7 Huma jibqgħu mexjin mingħajr ma jegħjew;
Kull wieħed minnhom jidher quddiem Alla f’Sijon.
8 Alla Ġeħova tal-armati, ismaʼ t-talba tiegħi;
Ismagħni Alla taʼ Ġakobb. (Sela)
9 Alla tagħna, int it-tarka tagħna.*
Agħti kas il-magħżul* tiegħek.
10 Aħjar ġurnata fil-btieħi tat-tempju tiegħek milli elf xi mkien ieħor.
Nippreferi noqgħod fuq l-għatba tad-dar tal-Alla tiegħi
Milli ngħix fit-tined tal-ħżiena.
11 Għax Alla Ġeħova jiddi fuqna bħal xemx u jipproteġina bħal tarka;
Hu jagħti l-approvazzjoni u l-glorja.
Ġeħova mhux se jżomm lura xi ħaġa tajba minn dawk li huma bla ħtija.
12 Ferħan ikun min jafda fik, Ġeħova tal-armati.