It-Tielet Ittra taʼ Ġwanni
1 Jien għandi ż-żmien* u qed nikteb lilek għażiż Gaju, li jien vera nħobb.
2 Għażiż ħija, jien nitlob biex ikollok saħħa tajba u biex f’ħajtek* kollox imur sew kif inhu issa. 3 Għax jien tgħidx kemm fraħt meta ġew xi aħwa u qaluli li int leali lejn il-verità, billi qed tgħix fi qbil magħha. 4 L-iktar ħaġa li tagħmilni ferħan* hi li nismaʼ li t-tfal tiegħi qed jgħixu fi qbil mal-verità.
5 Għażiż ħija, int turi lealtà f’dak li tagħmel mal-aħwa, avolja ma tkunx tafhom. 6 Huma qalu lill-kongregazzjoni dwar kemm turi mħabba. Iktar tard meta jitilqu, jekk jogħġbok agħmel l-aħjar li tistaʼ biex tgħinhom b’mod li jogħġob lil Alla. 7 Għax huma marru jxandru dwar l-isem t’Alla, u ma stennew xejn mingħand in-nies tal-popli. 8 Għalhekk, aħna obbligati li nuru ospitalità maʼ nies bħal dawn, biex inkunu ħaddiema sħabhom fil-verità.
9 Qed nikteb din l-ittra lill-kongregazzjoni, imma Dijotrefe, li jħobb ikollu l-aqwa pożizzjoni fostkom, ma jaċċettax b’rispett dak li qed ngħidu. 10 Hu għalhekk li jekk niġi, se nuri li hu qiegħed jigdeb u jitkellem ħażin dwarna man-nies.* U peress li lanqas b’dan ma kien kuntent u ma riedx jilqaʼ lill-aħwa b’rispett, hu pprova jfixkel u jkeċċi mill-kongregazzjoni lil dawk li riedu jilqgħuhom.
11 Għażiż ħija, timitax lil min jagħmel il-ħażin, imma imita lil min jagħmel it-tajjeb. Min jagħmel it-tajjeb ikun qed jimita lil Alla. Min jagħmel il-ħażen ma sarx jaf lil Alla. 12 L-aħwa tkellmu tajjeb dwar Demetriju, u dan hu kkonfermat mill-fatt li jgħix fi qbil mal-verità. Fil-fatt, anki aħna nagħtu xhieda dwaru, u int taf li dak li ngħidu hu veru.
13 Għandi ħafna x’ngħidlek, imma ma nixtieqx nagħmel dan bil-kitba. 14 Qed nittama li ma ndumx ma narak u li nitkellmu wiċċ imb wiċċ.
Jalla jkollok il-paċi.
Il-ħbieb* t’hawn isellu għalik. Sellili għall-ħbieb t’hemm wieħed wieħed.