Danjel
10 Fit-tielet sena taʼ Ċiru,+ is-sultan tal-Persja, kien hemm messaġġ rivelat lil Danjel, li semmewh Beltesassar;+ u l-messaġġ kien veru u kien jinvolvi servizz militari kbir.+ U hu fehem il-messaġġ, u kien jifhem dak li jara.+
2 F’dawk il-jiem jien, Danjel, kont imnikket+ għal tliet ġimgħat sħaħ. 3 Ħobż bnin ma kiltx, u ebda laħam jew inbid ma daħal f’ħalqi, u bl-ebda mod ma ndlikt sakemm intemmew it-tliet ġimgħat sħaħ.+ 4 U fl-erbgħa u għoxrin taʼ l-ewwel xahar, waqt li jien kont f’xatt ix-xmara l-kbira, jiġifieri, il-Ħiddekel,+ 5 erfajt għajnejja u ħarist, u, ara, kien hemm wieħed raġel liebes l-għażel,+ b’ġenbejh+ imħażżmin bid-deheb t’Ufaż.+ 6 U ġismu kien bħall-krisolitu,+ wiċċu bħad-dehra taʼ berqa,+ għajnejh bħal torċi tan-nar,+ dirgħajh u saqajh kienu bħad-dehra taʼ ram aħmar ileqq,+ u l-ħoss taʼ kliemu kien bħall-ħoss taʼ folla. 7 U jien, Danjel, rajt din id-dehra waħdi; imma l-irġiel li kienu miegħi ma rawhiex id-dehra.+ Madankollu, qabdithom rogħda kbira, u b’hekk telqu jiġru biex jistaħbew.
8 U jien—jien bqajt waħdi, u rajt din id-dehra kbira. U ma kien baqaʼ fija ebda saħħa, u d-dinjità li kelli fuqi tbiddlet u spiċċat fix-xejn, u ma kienx baqagħli saħħa.+ 9 U bdejt nismaʼ l-ħoss taʼ kliemu; u waqt li kont qed nismaʼ l-ħoss taʼ kliemu, irqadt fil-fond+ fuq wiċċi, b’wiċċi maʼ l-art.+ 10 U, ara, kien hemm id li messitni,+ u bil-mod il-mod ċaqalqitni biex inqum fuq irkopptejja u l-pali taʼ idejja. 11 U qalli:
“O Danjel, raġel maħbub ħafna,+ ifhem il-kliem li qed ngħidlek,+ u qum bil-wieqfa fejn kont wieqaf qabel, għax jien issa ntbgħatt għandek.”
U meta qalli din il-kelma, qomt bil-wieqfa, nirtogħod.
12 U ssokta jgħidli: “Tibżax,+ O Danjel, għax sa mill-ewwel jum li daħħalt f’qalbek li tifhem+ u tumilja ruħek quddiem Alla tiegħek+ kliemek instemaʼ, u jien ġejt minħabba kliemek.+ 13 Imma l-prinċep+ tat-territorju rjali tal-Persja+ waqaf kontrija+ għal wieħed u għoxrin ġurnata, u, ara, Mikiel,*+ wieħed mill-prinċpijiet ewlenin,+ ġie jgħinni; u jien, min-naħa tiegħi, bqajt hemmhekk maġenb is-slaten tal-Persja.+ 14 U ġejt inġiegħlek tifhem x’se jiġrilu l-poplu tiegħek+ fl-aħħar parti tal-jiem,+ għaliex din hija viżjoni+ għall-jiem li għad iridu jiġu.”+
15 Issa meta qalli dan il-kliem, baxxejt wiċċi lejn l-art+ u tbikkimt. 16 U, ara, wieħed li jixbah lil ulied il-bnedmin beda jmissli xofftejja,+ u ftaħt fommi u tkellimt+ u għedt lil dak li kien wieqaf quddiemi: “O sidi,+ minħabba d-dehra bdew jagħtuni l-aċċessjonijiet, u ma kienx baqagħli saħħa.+ 17 Mela, kif setaʼ l-qaddej taʼ sidi jitkellem maʼ sidi?+ U jien s’issa ma kelli fija ebda saħħa, u assolutament ebda nifs ma kien baqaʼ fija.”+
18 U dak li kellu d-dehra taʼ bniedem taʼ l-art reġaʼ messni u saħħaħni.+ 19 Imbagħad qalli: “Tibżax,+ O raġel maħbub ħafna.+ Is-sliem għalik.+ Agħmel il-ħila, iva, agħmel il-ħila.”+ U malli kellimni ħadt saħħti u fl-aħħar għedtlu: “Ħa jitkellem sidi,+ għaliex int saħħaħtni.”+ 20 Għalhekk, issokta jgħidli:
“Taf int tassew għala ġejt għandek? U issa se mmur lura biex niġġieled mal-prinċep tal-Persja.+ Meta nkun sejjer, ara, il-prinċep tal-Greċja jiġi wkoll.+ 21 Madankollu, se ngħidlek l-affarijiet miktubin fil-kitba tal-verità,+ u m’hemm ħadd li qed jappoġġani bis-saħħa f’dan ħlief Mikiel,+ il-prinċep tagħkom.+