Isaija
4 U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel u jgħidulu:
“Aħna se nieklu l-ħobż tagħna
U se nilbsu l-ħwejjeġ tagħna,
Imma ħallina nissejħu b’ismek
Biex ma nibqgħux niġu ddiżonorati.”*
2 Dakinhar, dak li Ġeħova jnibbet se jkun mill-isbaħ u glorjuż, u għall-Iżraelin li jibqgħu ħajjin, il-prodott tal-art se jkun sabiħ u jkunu kburin bih. 3 Kull min jibqaʼ f’Sijon u Ġerusalemm se jissejjaħ qaddis. Dawk kollha f’Ġerusalemm huma miktubin biex jgħixu hemm.
4 Ġeħova se jaħsel il-ħmieġ tan-nies taʼ Sijon u jlaħlaħ id-demm li ġie mxerred ġo Ġerusalemm. Hu se jiġġudika lil Ġerusalemm u juri kemm hu rrabjat għaliha.* 5 Ukoll, fuq il-Muntanja Sijon u fuq il-post tal-konvenzjonijiet, Ġeħova se joħloq sħaba u duħħan binhar, u fjamma nar qawwija billejl. U fuq il-post glorjuż kollu se jkun hemm il-kenn. 6 U se jkun hemm tinda* għad-dell mis-sħana taʼ matul il-ġurnata u għall-kenn u l-protezzjoni mill-maltemp u x-xita.