Ġob
24 “Dak li Jistaʼ Kollox għala m’għażilx il-jum taʼ ġudizzju?
Dawk li jafuh għala mhumiex jaraw il-ġurnata tiegħu?
2 In-nies imexxu l-marka tal-fruntiera għal ġol-art taʼ ħaddieħor;
Huma jieħdu l-imrieħel taʼ ħaddieħor biex iżidu maʼ dak li għandhom.
4 Ikeċċu lill-foqra mit-toroq;
Iġegħluhom jaħarbu bil-biżaʼ.
5 Il-foqra joħorġu jfittxu l-ikel bħal ħmir slavaġ fix-xagħri.
Huma jfittxu l-ikel fid-deżert għat-tfal tagħhom.
6 Huma jkollhom jaħdmu fl-għelieqi taʼ ħaddieħor* biex jieklu,
U jlaqqtu mill-għelieqi tad-dwieli tan-nies ħżiena.
7 Huma jqattgħu l-lejl mingħajr ħwejjeġ,
M’għandhomx biex jitgħattew fil-kesħa.
8 Huma mxarrbin għasra bix-xita li nieżla fuq il-muntanja,
Joqogħdu viċin tal-blat għax m’għandhomx fejn jistkennu.
9 It-tfal bla missier jittieħdu minn maʼ sider ommhom;
Il-ħżiena jieħdu l-ħwejjeġ tal-foqra bħala garanzija taʼ self.
11 Fl-eqqel tax-xemx, huma jaħdmu bejn il-ħitan tal-għelieqi fuq l-għoljiet;*
Huma jagħsru l-għeneb, imma xorta jkunu bil-għatx.
12 Dawk li qed imutu, jibqgħu jibku ġol-belt,
U dawk* imweġġgħin serjament jgħajtu għall-għajnuna,
Imma Alla ma jimpurtahx minn dan.*
15 Min jagħmel adulterju jistenna sa ma jidlam,
U jgħid, ‘Min se jarani?’
U jgħatti wiċċu.
Huma jevitaw id-dawl.
17 Huma jibżgħu minn filgħodu daqskemm in-nies jibżgħu minn filgħaxija,
Imma huma mdorrijin b’dak li jbeżżaʼ lin-nies filgħaxija.
18 Minkejja dan, huma jinġarru malajr mill-ilmijiet.*
L-art li għandhom se tkun misħuta.
Mhumiex se jerġgħu lura lejn l-għelieqi tad-dwieli tagħhom.
19 Bħalma l-borra tinħall u tisparixxi meta tkun ħafna sħana,
Hekk se jisparixxi fil-Qabar* dak li jidneb!
Dak li mhuwiex ġust se jitqaċċat bħalma titqaċċat siġra.
21 Il-mara li ma jistax ikollha tfal issir il-vittma tiegħu,
U lill-armla jittrattaha ħażin.
22 Alla se juża s-saħħa tiegħu biex jeqred lil dawk b’saħħithom;
Għalkemm jistaʼ jkollhom pożizzjoni għolja, m’għandhomx garanzija li se jgħixu.
23 Alla jħallihom isiru fiduċjużi u ċerti minn dak li qegħdin jagħmlu,
Imma hu jżomm għajnejh fuq kulma qed jagħmlu.*
24 Huma jkunu importanti għal ftit, imma ma jibqgħux,
Huma bħall-parti taʼ fuq tal-qamħ li tinqataʼ u tinġabar,
Jitqiesu bħal nies komuni u jmutu bħal ħaddieħor.
25 Issa min jistaʼ joħroġni taʼ giddieb
Jew ma jaqbilx maʼ dak li għedt?”