Salm
94 Ġeħova, int l-Alla li ġġib vendetta kontra l-ħżiena.
Uri min int, ikkastiga l-ħżiena!
2 Aġixxi, Imħallef tal-art.
Agħti lill-kburin dak li ħaqqhom.
3 Ġeħova, kemm se jdumu l-ħżiena jifirħu?
Kemm se jdumu?
4 Huma jpaċpċu u jitkellmu b’mod arroganti;
Il-ħżiena kollha jiftaħru bihom infushom.
5 Huma jgħaffġu lill-poplu tiegħek, Ġeħova,
Huma jaħqru l-wirt tiegħek.
7 Huma jgħidu: “Jah mhux qed jara;
L-Alla taʼ Ġakobb mhux qed jagħti kas.”
8 Intom li ma tirraġunawx, meta se tifhmu?
Intom il-boloh, meta se turu li intom għaqlin?
9 Jistaʼ Dak li għamel il-widna ma jismax?
Jistaʼ Dak li għamel l-għajn ma jarax?
10 Jistaʼ Dak li jikkoreġi lill-popli ma jiddixxiplinax lilkom?
Hu l-Wieħed li jagħti l-għarfien lin-nies.
11 Ġeħova jaf x’jaħsbu l-bnedmin,
U l-ħsibijiet tagħhom huma bħal sempliċi nifs.
12 Jah, min jiġi kkoreġut minnek
U mgħallem mil-liġi tiegħek, se jkun ferħan.
13 B’hekk hu jibqaʼ kalm fi żmien l-inkwiet,
Sakemm il-ħażin jaqaʼ f’ħofra.
14 Għax Ġeħova mhux se jitlaq lill-poplu tiegħu,
U lanqas mhu se jabbanduna lill-wirt tiegħu.
15 Għax l-imħallfin se jerġgħu jieħdu deċiżjonijiet ġusti,
U dawk onesti f’qalbhom se jgħixu fi qbil magħhom.
16 Min se jaqbeż għalija kontra l-ħżiena?
Min se jappoġġani kontra dawk li jagħmlu l-ħażin?
22 Imma Ġeħova se jsir il-post taʼ protezzjoni* tiegħi.
L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi li fih nistkenn.
Ġeħova l-Alla tagħna se jeqridhom.*