Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
41 Ferħan ikun min jgħin lill-batut;
Ġeħova se jeħilsu f’jum it-tbatija.
2 Ġeħova se jipproteġih u jżommu ħaj.
Oħrajn se jindunaw li hu ferħan;
Alla qatt mhu se jagħtih f’idejn l-għedewwa* tiegħu.
3 Meta jkun marid fuq is-sodda, Ġeħova mhux se jabbandunah;
Hu se jieħu ħsiebu matul dan iż-żmien.
4 Għax jien għedt: “Ġeħova, ħenn għalija.
Fejjaqni,* għax jien dnibt kontrik.”
5 Bi ħdura l-għedewwa tiegħi jgħidu dwari:
“Iġri jmut ħalli ismu jintesa.”
6 Jekk wieħed minnhom jiġi jarani, ma jkunx sinċier f’dak li jgħid.
Hu jiġbor informazzjoni li tweġġaʼ dwari,
Imbagħad joħroġ u jgħidha lil kulħadd.
7 Dawk kollha li jobogħduni jitkellmu bejniethom minn taħt l-ilsien;
Huma qed jippjanaw li jweġġgħuni u jgħidu:
8 “Ġiet fuqu xi ħaġa tal-biżaʼ;
Issa li qiegħed mixħut fis-sodda, mhux se jirkupra.”
10 Imma int ħenn għalija u fejjaqni, Ġeħova,
Ħalli nkun nistaʼ nikkastigahom għal dak li għamlu.
11 Meta l-għadu tiegħi ma jkunx jistaʼ jirbaħli,
Inkun naf li int ferħan bija.
12 Int se tappoġġani għax jien leali lejk,
U se tkun kuntent bija għal dejjem.
13 Jalla Ġeħova l-Alla t’Iżrael jiġi mfaħħar
Għall-eternità kollha.
Ammen u Ammen.