Salm
Għanja taʼ David. Maskil.*
3 Meta m’għedt xejn dwar id-dnub tiegħi,
Għadmi ttiekel għax kont ansjuż il-ġurnata kollha.
4 Għax idek* kienet tqila fuqi lejl u nhar.
Saħħti nixfet bħall-ilma li jinxef bis-sħana tas-sajf. (Sela)
5 Fl-aħħar, ammettejt id-dnub tiegħi miegħek;
Ma ħbejtx l-iżball tiegħi.
Jien għedt: “Se nammetti n-nuqqasijiet tiegħi maʼ Ġeħova.”
U int ħfirt l-iżball u d-dnubiet tiegħi. (Sela)
6 Għalhekk, kull min hu leali se jitlob lilek
Waqt li jkun għadu jistaʼ jersaq lejk.
Imbagħad lanqas il-problemi li huma bħal dulluvju ma jilħquh.
7 Int post fejn nistaʼ ninħeba;
Int tipproteġini mill-inkwiet.
Se ddawwarni b’nies li jgħajtu bil-ferħ għax teħlisni. (Sela)
8 Int għedt: “Se nagħtik l-abbiltà li tifhem u ngħallmek kif għandek tgħix.
Se nżomm għajnejja fuqek biex nipproteġik u nagħtik il-pariri.
9 Issirx bħal żiemel jew bagħal, għax dawn ma jifhmux.
Dawn iridu jiġu kkontrollati bi lġiem jew b’ħabel maʼ ħalqhom.
B’hekk biss se jiġu ħdejk.”
11 Ifirħu b’Ġeħova u kunu kuntenti, intom it-tajbin;
Għajtu bil-ferħ, intom taʼ qalb onesta.