Salm
Għanja taʼ David.
141 Ġeħova, jien ngħajjatlek għall-għajnuna.
Ejja għinni malajr.
Agħti kasi meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
2 Jalla t-talba tiegħi tiġi ppreżentata quddiemek bħall-inċens;
Jalla t-talb mill-qalb tiegħi jkun bħall-offerta taċ-ċereali* taʼ filgħaxija.
3 Ġeħova, għinni nikkontrolla kliemi;
Għinni noqgħod attent għal dak li ngħid.
4 Tħallinix inkun nixtieq nagħmel dak li hu ħażin,
U nieħu sehem f’affarijiet li jagħmlu n-nies mill-agħar;
Jalla qatt ma niekol mill-aqwa ikel tagħhom.
5 Jekk xi ħadd ġust isawwatni, ikun qed jurini mħabba u lealtà;*
Jekk jikkoreġini, ikun qisu qed iferraʼ ż-żejt fuq rasi,
Li mhux se nirrifjutah.
Jien nibqaʼ nitlob għalih anki meta jkun għaddej minn żmien diffiċli.
6 Għalkemm l-imħallfin tan-nies jiġu mitfugħin mill-irdum,
In-nies se jagħtu kas dak li ngħid jien, għax dan hu pjaċevoli.
7 Bħalma xi ħadd li jaħrat iħalli biċċiet tal-ħamrija warajh,
Hekk ġie mxerred l-għadam tagħna ħdejn il-Qabar.*
8 Imma jien nistrieħ fuqek, Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.*
Lejk dort għall-protezzjoni,
Tħallinix immut.*
9 Ipproteġini min-nasba li għamluli,
Min-nases tal-ħżiena.
10 Il-ħżiena se jaqgħu kollha fix-xbieki tagħhom stess,
Imma jien ngħaddi u ma jiġrili xejn.