Salm
Lid-direttur; taʼ Ġedutun.* Għanja taʼ David.
62 Jien* se nistenna bil-paċenzja lil Alla biex jaġixxi.
Hu se jsalvani.
2 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;
Hu l-post taʼ protezzjoni* tiegħi;
Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.
3 Kemm se ddumu tattakkaw lil xi ħadd sabiex toqtluh?
Intom perikolużi bħal ħajt immejjel li daqt jaqaʼ.*
4 Għax intom tiftiehmu bejnietkom biex tniżżluh mill-pożizzjoni għolja* tiegħu;
Intom tieħdu pjaċir tigdbu.
Taparsi tbierku lil xi ħadd, imma f’qalbkom tkunu qed tisħtuh. (Sela)
6 Fil-fatt, hu l-blata u l-wieħed li jsalvani;
Hu l-post taʼ protezzjoni tiegħi;
Jien qatt mhu se niġi mfixkel għalkollox.
7 Minn Alla jiġu s-salvazzjoni u l-glorja tiegħi.
Hu l-blata b’saħħitha u l-protezzjoni tiegħi.
8 Afda fih il-ħin kollu, poplu tiegħi.
Iftaħ qalbek miegħu.
Alla hu l-protezzjoni tagħna. (Sela)
9 Il-bnedmin huma sempliċi nifs.
In-nies mhux taʼ min jafdahom.
Meta jitqiegħdu flimkien fuq miżien, huma eħfef minn sempliċi nifs.
10 Tafdawx fil-frodi għas-suċċess,
U tittamawx fis-serq biex issiru sinjuri.
Jekk jiżdidilkom il-ġid, torbtux qalbkom miegħu.
11 Jien smajt lil Alla jgħidli darbtejn
Li s-saħħa tiġi mingħandu.