Salm
3 Il-ħbula tal-mewt daru miegħi.
Il-Qabar ħatafni taħt idu.*
Jien kont qed inbati u mdejjaq ħafna.
4 Imma tlabt lil Ġeħova billi użajt ismu, u għedtlu:
“Ġeħova, eħlisni!”*
6 Ġeħova jipproteġi lil dawk bla esperjenza.
Jien batejt ħafna u hu salvani.
9 Jien se ngħix u naqdi lil Ġeħova.
10 Għalkemm kont qed inbati ħafna,
Jien tkellimt dwar dak li nemmen għax kelli l-fidi.
11 Meta kont ippanikjat għedt:
“In-nies kollha giddibin.”
12 X’nistaʼ nagħti lil Ġeħova
Għal dak kollu li għamel miegħi?
13 Jien se nixrob mit-tazza biex nirringrazzjah talli salvani.*
Se nfaħħar isem Ġeħova.
14 Jien se nagħmel dak li wegħedt lil Ġeħova
Quddiem il-poplu kollu tiegħu.
15 Ġeħova jweġġaʼ jekk imutu l-leali tiegħu.
16 Ġeħova, nitolbok bil-ħniena għax jien il-qaddej tiegħek.
Jien it-tifel tal-ilsira tiegħek.
Int ħlistni meta kont marbut.
17 Jien se noffrilek is-sagrifiċċju taʼ ringrazzjament;
Se nfaħħar lil ismek, Ġeħova.
18 Jien se nagħmel dak li wegħedt lil Ġeħova
Quddiem il-poplu kollu tiegħu,
19 Fil-btieħi tat-tempju taʼ Ġeħova,
F’nofs Ġerusalemm.
Faħħru lil Jah!*