Salm
א [Alef]
Ferħan ikun dak li jirrispetta ħafna lil* Ġeħova,
ב [Bet]
Li jieħu pjaċir ħafna bil-kmandamenti tiegħu.
ג [Gimel]
ה [Ħe]
3 F’daru se jkollu ħafna ġid.
ו [Waw]
It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.
ז [Żajin]
4 Għall-ġust hu se jkun bħal dawl fid-dlam.
ח [Ħet]
Hu qalbu tajba,* ħanin, u ġust.
ט [Tet]
5 Min isellef b’mod ġeneruż lil min hu fil-bżonn ikun ferħan.
י [Jod]
Hu jagħmel l-affarijiet bil-ġustizzja.
כ [Kaf]
6 Hu qatt mhu se jitfixkel.
ל [Lamed]
Il-ġust se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.
מ [Mem]
7 Hu mhux se jibżaʼ minn xi aħbar ħażina.
נ [Nun]
Qalbu hi leali, u jafda f’Ġeħova.
ס [Samek]
8 Qalbu hi determinata;* hu ma jibżax.
ע [Għajn]
Fl-aħħar hu se jara lill-għedewwa tiegħu jitilfu.
פ [Pe]
9 Hu ta b’mod ġeneruż; hu ta lill-foqra.
צ [Sade]
It-tajjeb li jagħmel se jibqaʼ mfakkar għal dejjem.
ק [Kof]
Is-saħħa tiegħu se tiżdied* u kulħadd se jirrispettah.
ר [Rex]
10 Il-ħażin se jara dan u jirrabja.
ש [Xin]
Hu se jħossu ddisprat, jiddgħajjef, u mbagħad imut.
ת [Taw]
Il-ħżiena mhux se jaqtgħu xewqithom.