LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rivelazzjoni 19
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn Rivelazzjoni

      • Faħħru lil Jah għall-ġudizzji tiegħu (1-10)

        • Iż-żwieġ tal-Ħaruf (7-9)

      • Rikkieb fuq żiemel abjad (11-16)

      • L-ikla l-kbira taʼ filgħaxija t’Alla (17, 18)

      • Tinqered il-bhima salvaġġa (19-21)

Rivelazzjoni 19:1

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Rivelazzjoni 19:2

Noti taʼ Taħt

  • *

    Bil-Grieg pornea. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.

Rivelazzjoni 19:3

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Rivelazzjoni 19:4

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

Rivelazzjoni 19:5

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “li tibżgħu minnu.”

Rivelazzjoni 19:6

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “Ħallelujah!” “Jah” hu forma mqassra tal-isem Ġeħova.

  • *

    Ara App. A5.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1993),

    8/1/1993, p. 16

    12/15/1990, p. 12

Rivelazzjoni 19:7

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    6/15/2014, p. 22

    2/15/2014, pp. 8-12

    7/1/1995, p. 21

    8/1/1993, p. 16

Rivelazzjoni 19:9

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/15/2015, pp. 14-15

    2/15/2014, p. 10

Rivelazzjoni 19:10

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    7/15/2009, p. 5

Rivelazzjoni 19:11

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 12/2019, p. 4

Rivelazzjoni 19:12

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “dijademi.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2009, p. 5

Rivelazzjoni 19:13

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew forsi “mraxxin.”

Rivelazzjoni 19:14

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Referenzi għall-Fuljett, 12/2019, p. 4

    It-Torri tal-Għassa,

    2/15/2014, pp. 6-7

    2/15/2009, p. 5

Rivelazzjoni 19:15

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    8/15/1990, p. 4

Rivelazzjoni 19:19

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    5/2020, p. 15

    It-Torri tal-Għassa,

    5/15/2015, p. 27

    3/15/2007, p. 4

Rivelazzjoni 19:20

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “is-sinjali.”

  • *

    Dan jirreferi għal tip taʼ ġebla li taqbad bin-nar.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin, artiklu 76

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
  • 20
  • 21
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni 19:1-21

Ir-Rivelazzjoni li Rċieva Ġwanni (L-Apokalissi)

19 Wara dan smajt leħen għoli qisu taʼ folla kbira fis-sema. Huma qalu: “Faħħru lil Jah!* L-Alla tagħna hu Dak li Jsalva, glorjuż, u b’saħħtu ħafna, 2 għax il-ġudizzji tiegħu huma taʼ min jafdahom u ġusti. Għax hu ġġudika l-prostituta l-kbira li ħassret l-art bl-immoralità sesswali* u vvendika ruħu minnha talli qatlet l-ilsiera tiegħu.” 3 U smajthom jgħidu għat-tieni darba: “Faħħru lil Jah!* Id-duħħan tagħha waqt li qed taqbad jibqaʼ tielaʼ għal dejjem taʼ dejjem.”

4 U l-24 anzjan u l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin niżlu għarkopptejhom u qiemu lil Alla li joqgħod bilqiegħda fuq it-tron, u qalu: “Ammen! Faħħru lil Jah!”*

5 Ukoll, ġie leħen mit-tron u qal: “Faħħru lill-Alla tagħna, intom l-ilsiera kollha tiegħu kbar u żgħar u li tirrispettawh ħafna.”*

6 U jien smajt bħal ħoss taʼ folla kbira, taʼ ħafna ilmijiet, u taʼ ragħad qawwi. Huma qalu: “Faħħru lil Jah,* għax Ġeħova* l-Alla tagħna, li Jistaʼ Kollox, beda jmexxi bħala re! 7 Ejja nifirħu ħafna u nagħtuh glorja, għax wasal iż-żwieġ tal-Ħaruf, u l-mara tiegħu ppreparat lilha nfisha għal dan. 8 Iva, hi ngħatat permess li tilbes ħwejjeġ tal-għażel fin, nodfa, u jleqqu, għax l-għażel fin jirrappreżenta l-affarijiet ġusti li għamlu l-qaddisin.”

9 Hu qalli: “Ikteb: Ferħanin huma dawk li ġew mistiedna għall-ikla taʼ filgħaxija taż-żwieġ tal-Ħaruf.” Qalli wkoll: “Dal-kliem li qal Alla hu veru.” 10 Għal dan jien inżilt għarkopptejja biex inqimu. Imma hu qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk! Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-xogħol li jagħtu xhieda dwar Ġesù. Qim lil Alla! Għax l-iskop tal-profeziji hu li tingħata xhieda dwar Ġesù.”

11 Rajt is-sema tinfetaħ, u kien hemm żiemel abjad. U dak li kien riekeb fuqu kien jismu Leali u Veru, u kien jiġġudika u jiġġieled b’mod ġust. 12 Għajnejh huma bħal fjamma nar, u fuq rasu għandu ħafna kuruni.* Fuqu għandu miktub isem li ħadd ma jafu ħliefu. 13 Hu liebes ħwejjeġ imċappsin* bid-demm, u ismu hu: Il-Kelma t’Alla. 14 L-armati tas-sema kienu warajh fuq żwiemel bojod, u kienu lebsin għażel fin, abjad, u nadif. 15 Minn ħalqu kienet ħierġa xabla twila taqtaʼ li biha se jikkastiga lill-popli, u hu se jirgħahom b’virga tal-ħadid. Iktar minn hekk, hu jagħsar l-għeneb li hemm fil-post fejn jintgħasar l-għeneb tal-Alla li Jistaʼ Kollox. Il-post jirrappreżenta r-rabja kbira ħafna tiegħu. 16 Fuq ħwejġu, iva, fuq koxxtu, għandu isem miktub: Ir-Re tar-rejiet u s-Sid tas-sidien.

17 Jien rajt ukoll anġlu wieqaf fix-xemx, u hu għajjat b’leħen għoli lill-għasafar kollha tas-sema u qalilhom: “Ejjew hawn, inġabru f’daqqa għall-ikla l-kbira taʼ filgħaxija t’Alla, 18 biex tieklu l-laħam tar-rejiet, tal-kmandanti militari, tal-irġiel b’saħħithom, taż-żwiemel u taʼ dawk li jirkbu fuqhom, u l-laħam taʼ kulħadd, tal-ħielsa u l-ilsiera, u taż-żgħar u l-kbar.”

19 U rajt il-bhima salvaġġa, ir-rejiet tal-art, u l-armati tagħhom miġburin flimkien biex jiġġieldu kontra l-wieħed li kien riekeb fuq iż-żiemel u l-armata tiegħu. 20 Il-bhima salvaġġa nqabdet, u magħha nqabad ukoll il-profeta falz li kien jagħmel il-mirakli* quddiemha u li bihom qarraq b’dawk li rċivew il-marka tal-bhima salvaġġa u b’dawk li kienu jagħtu qima lill-istatwa tagħha. Waqt li l-bhima salvaġġa u l-profeta falz kienu għadhom ħajjin, ġew imwaddbin fl-għadira tan-nar li taqbad bil-kubrit.* 21 Imma l-bqija nqatlu bix-xabla twila li kienet ħierġa minn ħalq il-wieħed li kien riekeb fuq iż-żiemel. U l-għasafar kollha mtlew b’laħamhom.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja