Eżekjel
34 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza kontra r-rgħajja taʼ Israel. Ipprofetizza, u għid lir-rgħajja, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għar-rgħajja taʼ Israel,+ li qed jitimgħu lilhom infushom!+ Ir-rgħajja mhux lill-merħla suppost jitimgħu?+ 3 Intom tieklu x-xaħam,+ u tilbsu s-suf. Toqtlu+ l-annimal smin.+ Imma lill-merħla ma titimgħuhiex. 4 Lil dawk morda ma saħħaħtuhomx,+ u lill-muġugħa ma fejjaqtuhiex, u lill-miksura ma nfaxxajtuhiex, u lill-imferrxa ma ġibtuhiex lura, u lill-mitlufa ma pprovajtux issibuha,+ imma żammejtuhom sottomessi bil-ħruxija, iva, b’tirannija.+ 5 U bil-mod il-mod dawn xterdu għax ma kienx hemm ragħaj,+ u saru ikel għal kull bhima salvaġġa tar-rabaʼ, u baqgħu mxerrdin.+ 6 In-nagħaġ tiegħi baqgħu jiġġerrew fuq il-muntanji kollha u fuq kull għolja kbira;+ u n-nagħaġ tiegħi+ xterdu fuq wiċċ l-art kollha, bla ma kien hemm ħadd li jfittixhom u ħadd li jipprova jsibhom.
7 “‘“Għalhekk, intom ir-rgħajja, isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, 8 ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, “żgur li talli n-nagħaġ tiegħi saru xi ħaġa biex tinħataf bħala priża u n-nagħaġ tiegħi baqgħu jkunu ikel għal kull bhima salvaġġa tar-rabaʼ, għax ma kienx hemm ragħaj, u r-rgħajja tiegħi ma fittxewlix in-nagħaġ, imma r-rgħajja baqgħu jitimgħu lilhom infushom,+ u ma temgħulix in-nagħaġ,”’ 9 għaldaqstant, intom ir-rgħajja, isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova. 10 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontra r-rgħajja,+ u se nitlob lura n-nagħaġ tiegħi minn idejhom u ma nħallihomx iktar jitimgħu n-nagħaġ tiegħi,+ u r-rgħajja ma jitimgħux iktar lilhom infushom;+ u neħles lin-nagħaġ tiegħi minn ħalqhom, u ma jkunux ikel għalihom.’”+
11 “‘Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nfittex lin-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom.+ 12 Bħalma dak li jitmaʼ l-merħla tiegħu jieħu ħsiebha+ dakinhar li jsib ruħu qalb in-nagħaġ tiegħu li jkunu tferrxu band’oħra,+ bl-istess mod nieħu ħsieb in-nagħaġ tiegħi; u neħlishom mill-postijiet kollha li jkunu xterdu fihom fil-jum taʼ sħab u dalma ħoxna.+ 13 U noħroġhom+ mill-popli u niġborhom flimkien mill-pajjiżi u nġibhom f’arthom+ u nitmagħhom fuq il-muntanji taʼ Israel, ħdejn in-nixxigħat u ħdejn il-postijiet mgħammrin kollha fil-pajjiż.+ 14 F’mergħa tajba nitmagħhom, u fuq il-muntanji għoljin taʼ Israel jgħammru.+ Hemmhekk jimteddu f’post tajjeb,+ u minn mergħa abbundanti jieklu fuq il-muntanji taʼ Israel.”
15 “‘“Jien stess se nitmaʼ n-nagħaġ tiegħi,+ u jien stess se nara li jimteddu,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 16 “Lill-mitlufa se nfittixha,+ u lill-imferrxa nġibha lura, u lill-miksura ninfaxxaha u lill-muġugħa nsaħħaħha, imma lis-smina+ u lill-waħda b’saħħitha neqridhom għalkollox u nitmagħhom il-ġudizzju.”+
17 “‘U lilkom, nagħaġ tiegħi, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa, bejn l-imtaten u l-bdabad.+ 18 Hija daqshekk ħaġa żgħira għalikom li tieklu mill-aqwa mergħa+ imma l-bqija tal-mergħat tgħaffġuhom b’saqajkom, u li tixorbu mill-ilmijiet ċari imma dawk li jkun fadal tniġġsuhom billi tirfsuhom b’saqajkom? 19 U għandhom in-nagħaġ tiegħi jieklu mill-mergħa li għaffiġtu intom b’saqajkom u jixorbu mill-ilma li niġġistu bl-irfis taʼ saqajkom?”
20 “‘Għaldaqstant, hekk qalilhom il-Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa smina u nagħġa magħluba, 21 talli b’ġenbejkom u bi spallejkom qgħadtu timbottaw u bi qrunkom qgħadtu trossu l-morda sakemm xerridtuhom barra.+ 22 U nsalva n-nagħaġ tiegħi, u ma jibqgħux jinħatfu iktar bħala priża;+ u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa. 23 U nqajjem fuqhom ragħaj wieħed,+ u jitmagħhom, iva, il-qaddej tiegħi David.+ Hu jitmagħhom, u hu jkun ir-ragħaj tagħhom.+ 24 U jien stess, Ġeħova, insir Alla tagħhom,+ u l-qaddej tiegħi David ikun kap ewlieni f’nofshom.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.
25 “‘“U nagħmel magħhom patt taʼ paċi,+ u neqred mill-pajjiż il-bhima salvaġġa li tagħmel il-ħsara,+ u jgħammru fix-xagħri fis-sigurtà u jorqdu fil-foresti.+ 26 U nagħmel lilhom u l-inħawi taʼ madwar l-għolja tiegħi barka,+ u nniżżel ix-xita qawwija fi żmienha. Xita qawwija taʼ barkiet ikun hemm.+ 27 U s-siġra tar-rabaʼ trid tagħti frottha,+ u l-art se tagħti l-prodott tagħha,+ u huma jkunu fis-sigurtà f’arthom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nkisser il-madmad tagħhom+ u nkun ħlisthom minn id dawk li kienu qed jużawhom bħala lsiera.+ 28 U ma jinħatfux iktar bħala priża mill-ġnus;+ u l-bhima salvaġġa taʼ l-art ma tiblagħhomx, u jgħammru fis-sigurtà, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+
29 “‘“U se nipprovdilhom post għat-taħwil li jkun magħruf,+ u ma jmutux iktar bil-ġuħ fil-pajjiż,+ u ma jġarrbux iktar l-umiljazzjoni mill-ġnus.+ 30 ‘U se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova Alla tagħhom, qiegħed magħhom+ u li huma l-poplu tiegħi, id-dar taʼ Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’+
31 “‘U intom, nagħaġ tiegħi,+ in-nagħaġ tal-mergħa tiegħi, intom bnedmin. Jien Alla tagħkom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”