Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
68 Ħa jaġixxi Alla, ħa jinxterdu l-għedewwa tiegħu,
U ħa jaħarbu minn quddiemu dawk li jobogħduh.
2 Keċċihom ’l hemm bħalma r-riħ itajjar id-duħħan;
Jalla l-ħżiena jisparixxu minn quddiem Alla
Bħalma x-xemaʼ tinħall bin-nar.
Ismu hu Jah!* Ifirħu quddiemu.
6 Alla jagħti dar lil min hu waħdu;
Jeħles lill-ħabsin u jgħinhom jirnexxu.
Imma dawk taʼ rashom iebsa* jkollhom jgħixu f’art niexfa.
8 L-art theżżet;
Niżlet ix-xita mis-sema minħabba fik;
Alla t’Iżrael, il-Muntanja Sinaj theżżet minħabba fik.
10 Huma għexu fit-tined tiegħek;
Alla tagħna, int ipprovdejt għall-foqra għax qalbek tajba.
11 Ġeħova jagħti l-kmand;
In-nisa li jxandru l-aħbar tajba huma armata kbira.
12 Ir-rejiet u l-armati tagħhom jaħarbu.
Il-mara li tibqaʼ d-dar tirċievi sehem mill-affarijiet tal-għedewwa.
13 Anki jekk ikollkom tgħaddu l-lejl ħdejn ħuġġieġa,*
Se jkollkom ħamiema li l-ġwienaħ tagħha huma miksijin bil-fidda
U r-rix tal-ġwienaħ tagħha hu tad-deheb fin.*
15 Il-muntanja tal-Basan hi muntanja t’Alla;
Il-muntanja tal-Basan hi muntanja b’ħafna għoljiet.
16 Muntanji bl-għoljiet, għala qed tħarsu b’għira
Lejn il-muntanja li Alla għażel* bħala post fejn jgħix?
Ġeħova se jgħix hemmhekk għal dejjem.
17 Alla għandu eluf u eluf ta’ karrijiet tal-gwerra.
Ġeħova mar fil-post qaddis mis-Sinaj.
18 Int tlajt fl-għoli;
Ħadt irġiel bħala lsiera;
Ħadthom bħala rigali,
Iva Jah, Alla tagħna, ħadt anki lil dawk taʼ rashom iebsa sabiex int tgħix fosthom.
19 Ħa jkun imfaħħar Ġeħova, li jġorr it-toqol tagħna kuljum,
L-Alla l-veru li jsalvana. (Sela)
22 Ġeħova qal: “Se nġibhom lura mill-Basan;
Se ntellagħhom minn qiegħ il-baħar,
23 Sabiex intom timxu fuq id-demm tagħhom,
U l-klieb tagħkom jilagħqu d-demm tal-għedewwa.”
24 Alla tiegħi, in-nies se jaraw il-parata tar-rebħa tal-poplu tiegħek,
Il-parata tal-Alla tiegħi, ir-Re tiegħi, li sejra lejn il-post qaddis.
25 Il-kantanti jimxu fuq quddiem,
Warajhom it-tfajliet idoqqu t-tanburlini,
U mbagħad dawk li jdoqqu l-istrumenti tal-korda.
26 Faħħru lil Alla fil-folol miġburin flimkien;*
Faħħru lil Ġeħova, intom li ngħatajtu l-ħajja minn Missier Iżrael.
27 Hemmhekk Benjamin, l-iżgħar wieħed, qed irażżanhom,
Anki l-kapijiet taʼ Ġuda bil-folla storbjuża tagħhom,
Il-kapijiet taʼ Żebulun, u l-kapijiet taʼ Naftali.
28 L-Alla tagħkom iddeċieda li intom se tkunu b’saħħitkom.
Alla li aġixxejt għalina, uri s-saħħa tiegħek.
29 Ir-rejiet se jġibulek ir-rigali
Fit-tempju tiegħek f’Ġerusalemm.
30 Ikkontrolla l-bhejjem slavaġ li jgħixu qalb il-qasab,
U l-merħla tal-barrin u ż-żgħar tagħhom,
Sakemm in-nies imilu quddiemek u jġibu* biċċiet tal-fidda.
Imma lil dawk li jieħdu pjaċir bil-gwerer xerridhom.
31 Mill-Eġittu se jinġiebu affarijiet tal-bronż;*
In-nies taʼ Kus se jħaffu biex jagħtu rigali lil Alla.
33 Il-wieħed li jgħaddi mill-ogħla sema li ilha minn żmien twil ilu.
Il-leħen qawwi tiegħu jinstemaʼ qisu ragħad.
34 Faħħru lil Alla għas-saħħa tiegħu.
Hu se juri l-kobor tiegħu m’Iżrael
U s-saħħa tiegħu mis-sema.*
35 In-nies għandhom jibżgħu u jirrispettaw lill-Alla li qiegħed fil-post qaddis tiegħu.
Hu l-Alla t’Iżrael, li jagħti s-saħħa u l-qawwa lill-poplu tiegħu.
Ħa jkun imfaħħar Alla.