Salm
Għanja ta’ dawk li jiġu minn Koraħ. Lid-direttur; fuq l-istil taʼ Maħalat,* biex titkanta waħda wara l-oħra. Maskil* taʼ Ħeman l-Eżraħi.
88 Ġeħova, l-Alla li ssalvani,
Jien ngħajjatlek għall-għajnuna lejl u nhar.
2 Ħa tasal għandek it-talba tiegħi.
Ismagħni* meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
4 In-nies diġà qed iqisuni fost dawk li neżlin fil-ħofra;*
Sirt bħal raġel bla saħħa
5 Li tħalla fost il-mejtin.
Sirt bħan-nies maqtulin li qegħdin f’qabar
Li int m’għadekx tiftakarhom
U li m’għadx għandhom l-għajnuna tiegħek.
6 Int qegħedtni fl-iktar ħofra fonda,
F’postijiet mudlama, f’abbiss kbir.
7 Int irrabjat ħafna miegħi.
Qed inħossok tkissirni,
Qisek qed titfaʼ mewġ kbir kontrija. (Sela)
8 Int keċċejt ’il bogħod minni lil dawk li naf;
Int għamiltni bħal xi ħaġa moqżieża għalihom.
Jien inħossni qiegħed f’nassa u ma nistax naħrab.
9 Għajnejja ddgħajfu minħabba t-tbatija tiegħi.
Jien ngħajjatlek għall-għajnuna l-ġurnata kollha, Ġeħova;
Jien lilek nitlob.
10 Jistgħu l-mejtin jaraw il-mirakli tiegħek?
Jistgħu l-mejtin iqumu u jfaħħruk? (Sela)
12 Se jsiru jafu bl-affarijiet meraviljużi tiegħek fid-dlam?
U se jsiru jafu dwar il-ġustizzja tiegħek fl-art taʼ dawk minsijin?
13 Imma jien xorta għadni ngħajjat lilek għall-għajnuna, Ġeħova,
Kull filgħodu t-talba tiegħi tiġi għandek.
Għala taħbi wiċċek minni?
15 Ilni nbati u fil-periklu li mmut
Minn mindu kont żagħżugħ;
Jien qtajt qalbi minħabba l-affarijiet koroh li ħallejtni ngħaddi minnhom.
16 Jien inħossni bla saħħa minħabba r-rabja kbira tiegħek;
Qed twerwirni u minħabba f’hekk daqt immut.
18 Int keċċejt ’il bogħod minni l-ħbieb u lil dawk li jħobbuni;
Qisu d-dlam l-uniku ħabib li għandi.