Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda fuq noti baxxi.* Għanja taʼ David.
12 Salvani Ġeħova, għax ma baqaʼ ħadd li hu leali;
Dawk li huma ta’ min jafdahom sparixxew minn fost in-nies.
3 Ġeħova se jagħlaq ħalq dawk li jfaħħru lil oħrajn biex jingħoġbu,
Hu se jaqtaʼ lsien dawk li jħobbu jiftaħru
4 U li jgħidu: “Bi kliemna se nieħdu dak li rridu.
Nistgħu ngħidu dak li jogħġobna.
Min hu sidna?”
5 Ġeħova jgħid: “Peress li l-batuti huma maħqurin,
Peress li l-foqra qed jibku,
Jien se naġixxi u nsalvahom minn dawk li jmaqdruhom.”*
6 Dak li jgħid Ġeħova hu perfett;
Kliemu hu bħal fidda rfinuta ġo forn tal-fuħħar,* li ġiet imnaddfa sebaʼ darbiet.
8 Il-ħżiena jmorru fejn iridu,
Għax in-nies jinkuraġġixxu l-korruzzjoni.