Salm
Lid-direttur. Mingħand David, il-qaddej taʼ Ġeħova, li ddedika din l-għanja lil Ġeħova dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl. Hu qal:
18 Ġeħova, int tagħtini s-saħħa u jien inħobbok.
2 Ġeħova hu l-blata u l-fortizza tiegħi u Dak li jsalvani.
L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi, li fih nistkenn.
Hu t-tarka u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni,* u l-post taʼ protezzjoni tiegħi.*
3 Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna, il-wieħed li jistħoqqlu tifħir,
U se niġi salvat mill-għedewwa tiegħi.
4 Il-ħbula tal-mewt daru miegħi;
Dulluvju taʼ nies li mhuma tajbin għal xejn werwruni.
6 Meta kont imdejjaq għajjatt lil Ġeħova,
Lill-Alla tiegħi bqajt ngħajjatlu għall-għajnuna.
Mit-tempju tiegħu semaʼ leħni,
U l-għajta tiegħi għall-għajnuna waslet f’widnejh.
7 Imbagħad l-art bdiet tiċċaqlaq u titriegħed;
Il-muntanji theżżu u ċċaqalqu ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.
9 Hu baxxa s-sema hekk kif niżel,
U kien hemm dalma kbira taħt saqajh.
11 Imbagħad tgħatta bid-dlam.
Madwaru kien hemm ilmijiet mudlama
U sħab oħxon bħala kenn.
12 Kien hemm dawl jixgħel quddiemu,
U mis-sħab niżel silġ u ġamar tan-nar.
13 Imbagħad Ġeħova beda jriegħed mis-sema;
Meta l-Iktar Għoli semmaʼ leħnu
Beda nieżel silġ u ġamar tan-nar.
14 Spara l-vleġeġ tiegħu u xerred l-għedewwa;
Faqqaʼ s-sajjetti, u tefagħhom f’konfużjoni.
15 Qiegħ l-ilmijiet* beda jidher;
Il-pedamenti tal-art inkixfu bit-theddida tiegħek
U bin-nifs qawwi minn imnieħrek, Ġeħova.
16 Tani jdejh mill-għoli;
Qabadni u tellagħni minn ilmijiet fondi.
17 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,
Minn dawk li jobogħduni, li kienu iktar b’saħħithom minni.
18 Huma sfidawni f’jum l-inkwiet tiegħi,
Imma Ġeħova kien l-appoġġ tiegħi.
21 Għax jien nagħmel dak li trid int, Ġeħova,
Ma tlaqtx lill-Alla tiegħi, u allura m’aġixxejtx ħażin.
22 Il-ġudizzji kollha tiegħu qegħdin quddiemi;
M’iniex se ninjora l-liġijiet tiegħu.
23 Se nibqaʼ bla ħtija quddiemu,
U se nitbiegħed mill-iżball.
24 Jalla Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja,
Jippremjani skont l-innoċenza tiegħi quddiemu.
25 Maʼ xi ħadd leali, int taġixxi b’lealtà;
Maʼ min hu bla ħtija, timxi bla ħtija;
26 Maʼ min hu sinċier, int tkun sinċier,
Imma maʼ min iqarraq, int tuża l-għaqal.
29 Bl-għajnuna tiegħek nistaʼ niħodha kontra grupp taʼ ħallelin armati;
Bil-qawwa t’Alla nistaʼ nitlaʼ maʼ sur.
Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih.
31 Għax min hu Alla ħlief Ġeħova?
U min hu blata ħlief l-Alla tagħna?
32 L-Alla l-veru hu l-wieħed li jsaħħaħni,
Hu se jagħmel triqti perfetta.
33 Jagħmilli saqajja bħal taʼ ċerva;
Hu jqegħedni fuq postijiet għoljin.
34 Qed jittrennjani għall-gwerra;
Idejja jistgħu jgħawġu qaws tar-ram.
35 Int tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,
Idek il-leminija tappoġġani,
U l-umiltà tiegħek tigglorifikani.
36 Int twessaʼ l-passaġġ għal saqajja,
Sabiex ma naqax.
37 Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nilħaqhom;
Ma niġix lura qabel jinqerdu għalkollox.
38 Se ngħaffiġhom sabiex ma jqumux;
Se jaqgħu taħt saqajja.
39 Int se tagħtini s-saħħa għall-battalja;
Se tixħet taħti lill-għedewwa tiegħi.
41 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’hemmx min isalvahom;
Saħansitra jgħajtu lil Ġeħova, imma ma jwiġibhomx.
42 Jien se nitħanhom bħal trab fin li jtir mar-riħ;
Se narmihom bħal tajn fit-toroq.
43 Int se teħlisni min-nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.
Int se tinkarigani bħala kap tal-popli.
Se jaqdini poplu li ma kontx nafu.
44 Malli jisimgħu bija, jobduni;
Il-barranin se jiġu għandi b’rashom baxxuta.
45 Il-barranin se jaqtgħu qalbhom;
Huma joħorġu jitriegħdu mill-fortizzi tagħhom.
46 Ġeħova hu ħaj! Ħa jkun imfaħħar il-Blata tiegħi!
Ħa jkun onorat l-Alla tiegħi li jsalvani.
47 L-Alla l-veru jagħmel vendetta għalija;
Hu jagħtini l-popli f’idejja.
48 Hu jeħlisni mill-għedewwa rrabjati tiegħi;
Int terfagħni fl-għoli ħalli dawk li jattakkawni ma jilħqunix;
Issalvani mir-raġel vjolenti.