Ġob
36 Eliħu kompla jgħid:
2 “Ħu paċenzja bija ftit ieħor, sakemm nispjega,
Għax għandi iktar x’ngħid f’isem Alla.
3 Se ngħid dak li naf bid-dettall,
U se ngħid li l-ġustizzja hi taʼ Dak li Għamilni.
4 Bla dubju mhux qed nigdeb;
Dan il-kliem ġej mingħand dak li għandu għarfien perfett.
5 Bla dubju Alla hu b’saħħtu u ma jabbanduna lil ħadd;
Hu għandu abbiltà kbira li jifhem.
6 Hu mhux se jipproteġi lill-ħżiena,
Imma se jiġġudika b’mod ġust lil dawk li qed ibatu.
8 Jekk huma jibdew ibatu
Għax jidinbu u jiġu marbutin bil-ktajjen,
9 Alla jurihom x’għamlu,
L-iżbalji li għamlu minħabba l-kburija tagħhom.
10 Hu jgħinhom jisimgħu meta jiġu kkoreġuti,
U jgħidilhom biex ma jibqgħux jagħmlu l-ħażin.
11 Jekk jobduh u jaqduh,
Huma se jgawdu l-ġid matul il-bqija taʼ ħajjithom,
U ħajjithom se tkun pjaċevoli.
Lanqas meta jorbothom ma jgħajtu għall-għajnuna.
16 Hu jbiegħdek mit-tbatija;
Jieħdok f’post protett fejn m’hemmx tbatija
U jgħinek tħossok aħjar bl-aqwa ikel.
17 Imbagħad se tkun sodisfatt bil-ġudizzju tal-ħżiena
Meta ssir ġustizzja.
18 Imma oqgħod attent li r-rabja ma ġġegħlekx tivvendika ruħek,*
U tħallix it-tixħim iwasslek biex tagħmel il-ħażin.
19 Kieku jkun għalxejn li tgħajjat għall-għajnuna,
U l-isforzi kollha li tagħmel ma jbegħdukx mill-inkwiet.
20 Tixxennaqx għal-lejl
Meta n-nies jisparixxu minn posthom.
21 Oqgħod attent li ma tagħżilx li tagħmel il-ħażin
Bil-ħsieb li tevita li tbati.
22 Alla qed jiġi onorat minħabba l-qawwa tiegħu;
Hemm xi ħadd li jaf jgħallem daqsu?
24 Tinsiex tfaħħar dak li għamel,
Dak li ħafna nies kantaw dwaru.
25 Il-bnedmin kollha raw x’għamel,
Huma jaraw dan mill-bogħod.
26 Ma nistgħux insiru nafu kemm hi kbira l-qawwa t’Alla
U kemm-il sena ilu jeżisti.
27 Hu jtellaʼ l-qtar tal-ilma;
Imbagħad dan isir xita u nida.
28 Wara, dawn jinżlu mis-sħab
U jagħtu l-ilma lil kulħadd.
32 Hu jgħatti s-sajjetti b’idejh,
U dawn imorru fejn jikkmandahom hu.