Ġob
21 Ġob wieġeb:
2 Isimgħu sew dak li se ngħidilkom;
Għall-inqas farrġuni b’dan il-mod.
3 Ħudu paċenzja bija sakemm nitkellem;
Wara tistgħu twaqqgħuni għaċ-ċajt.
4 Jien mhux qed ingerger maʼ xi bniedem.
Għax kieku diġà tlift il-paċenzja.
5 Ħarsu lejja u stagħġbu;
U ibqgħu b’ħalqkom magħluq.
6 Meta naħseb minn xiex għaddejt, inħossni mħawwad
U taqbadni rogħda maʼ ġismi kollu.
8 It-tfal tagħhom dejjem ikunu magħhom,
U huma jaraw lil dawk li se jiġu minnhom.
9 Huma protetti fi djarhom u m’għandhomx għalfejn jibżgħu.
U Alla ma jikkastigahomx.
10 Il-barrin tagħhom ikollhom ħafna frieħ
Għax il-baqar ma jkorrux.
11 Is-subien tagħhom jiġru barra bħal merħla nagħaġ,
U t-tfal tagħhom jaqbżu u jilagħbu ferħanin.
12 Huma jkantaw waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpa
U jifirħu xħin jisimgħu l-flawt.
14 Imma lill-Alla l-veru jgħidulu, ‘Ħallina bi kwietna!
Ma nixtiqux insiru nafu dak li tgħallem.
15 Min hu Dak li Jistaʼ Kollox biex aħna naqduh?
X’se nieħdu billi nsiru nafuh?’
16 Imma jien naf li huma m’għandhomx kontroll fuq dak li se jiġri.
Jien bl-ebda mod mhu se naħseb* bħall-ħżiena.
17 Kemm-il darba tintefa l-lampa tal-ħżiena?
Kemm-il darba jiġi diżastru fuqhom?
Kemm-il darba jeqridhom Alla f’mument taʼ rabja?
18 Qatt se jkunu bħal tibna li ttir mar-riħ
U qoxra taʼ żerriegħa li jtajjarha riefnu?
19 Alla se jikkastiga lit-tfal minħabba l-iżball taʼ missierhom.
Imma jalla jikkastiga lilu wkoll ħalli jkun jaf li għamel il-ħażin.
23 Bniedem imut meta jkun għadu b’saħħtu
Meta jkun fil-paċi u ma jkollux inkwiet,
24 Meta koxxtejh ikunu kbar
U l-għadam tiegħu b’saħħtu.*
25 Imma bniedem ieħor imut waqt li jkollu ħafna inkwiet,*
Mingħajr ma jkun esperjenza affarijiet sbieħ.
26 Imma t-tnejn li huma se jmorru lura lejn it-trab,
U jittieklu mid-dud.
28 Għax intom tgħidu, ‘Fejn hi d-dar tar-raġel importanti,
U fejn hi t-tinda li kien joqgħod fiha l-wieħed ħażin?’
29 Ma staqsejtuhomx lil dawk li jivvjaġġaw?
Ma temmnux dak li jgħidu,*
30 Li l-bniedem mill-agħar ma jbatix meta jkun hemm diżastru
U jkun salvat meta Alla jirrabja?
31 Min se jgħidlu f’wiċċu li qabad triq ħażina?
U min se jikkastigah għal dak li għamel?
32 Hu se jindifen f’ċimiterju,
U se jkun hemm l-għassa fuq il-qabar tiegħu.
33 Hu qed jistrieħ fil-paċi fl-art tal-wied.*
U n-nies tad-dinja huma kollha għal warajh*
Bħalma ġara lil ħafna u ħafna nies taʼ qablu.
34 Għalhekk, m’intomx tfarrġuni bi kliemkom,
M’għedtu xejn ħlief gideb.”