Salm
Lid-direttur; għall-istrumenti tal-korda. Għanja taʼ David.
61 Alla tiegħi, ismagħni meta ngħajjatlek għall-għajnuna.
Agħti kas it-talba tiegħi.
Ħudni fuq blata għolja.
3 Għax int il-wieħed li tipproteġini,
Torri b’saħħtu li jipproteġini mill-għedewwa tiegħi.
4 Jien se nkun mistieden fit-tinda tiegħek għal dejjem;
Se nistkenn taħt il-ġwienaħ tiegħek. (Sela)
5 Għax int, Alla tiegħi, smajt il-wegħdi li għamilt jien.
Tajtni l-wirt taʼ dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismek.
6 Int se ttawwal il-ħajja tar-re,
U hu se jibqaʼ jgħix għal ħafna snin.