Salm
Għanja taʼ David.
35 Ġeħova, iddefendi l-każ tiegħi kontra dawk li jopponuni;
Iġġieled kontra dawk li qed jiġġieldu kontrija.
3 Għolli l-lanza u l-mannara* tal-gwerra tiegħek kontra dawk li qed jiġru warajja.
Għidli:* “Jien se nsalvak.”
4 Jalla jiġu umiljati u mġegħlin jistħu dawk li qed jipprovaw joqtluni.*
Jalla jaħarbu ddiżonorati dawk li qed jippjanaw biex jeqirduni.
5 Jalla jsiru bħal qoxra taʼ żerriegħa fir-riħ;
Jalla l-anġlu taʼ Ġeħova jkeċċihom.
6 Jalla minn fejn jgħaddu jkun mudlam u jiżloq,
Hekk kif l-anġlu taʼ Ġeħova jiġri warajhom.
7 Għax għalxejn b’xejn ħbew xibka biex jaqbduni;
Għalxejn b’xejn ħaffru ħofra għalija.
8 Jalla jiġi fuqhom diżastru għal għarrieda;
Jalla jinqabdu fix-xibka li ħbew għalija;
Jalla jaqgħu fiha u jinqerdu.
10 B’qalbi kollha se ngħid:
“Min hu bħalek Ġeħova?
Int issalva lill-batut minn dak li hu iktar b’saħħtu minnu;
Teħles lill-batut u l-fqir minn dawk li jisirquhom.”
11 Irġiel mill-agħar ġew u taw xhieda kontrija;
Akkużawni b’affarijiet li ma nafx bihom.
12 Huma jpattuli t-tajjeb bil-ħażin.
Għalhekk, qed inħossni ddisprat.
13 Imma meta kienu ma jifilħux, jien ilbist ħwejjeġ tal-ixkora
U umiljajt ruħi bis-sawm.
Meta t-talb tiegħi ma ġiex imwieġeb,
14 Jien kont imdejjaq bħal xi ħadd li mietlu sieħbu jew ħuh;
B’qalbi sewda jien inżilt mal-art bħal xi ħadd li qed jibki lil ommu.
15 Imma meta kelli l-inkwiet jien, huma ferħu u nġabru flimkien;
Huma nġabru flimkien u nħbew biex jattakkawni;
Ma qagħdux kwieti meta attakkawni.
16 Dawk li m’għandhomx rispett lejn Alla jwaqqgħuni għaċ-ċajt bi ħdura,*
Huma jheżżu snienhom għalija.
17 Ġeħova, kemm se ddum tħares biss?
18 Imbagħad jien se nirringrazzjak fil-kongregazzjoni l-kbira;
Se nfaħħrek fost ħafna nies.
19 Tħallihomx jifirħu minħabba fija lil dawk li għalxejn b’xejn huma l-għedewwa tiegħi;
Tħallix lil dawk li jobogħduni għalxejn jiddieħqu bija.
20 Għax huma ma jitkellmux bil-paċi,
Imma jippjanaw bil-qerq kontra dawk li jgħixu fil-paċi.
21 Huma jiftħu ħalqhom beraħ biex jakkużawni,
Billi jgħidu: “Iva! Iva! Rajniek tagħmel dan.”
22 Int rajt x’għamlu, Ġeħova. Tibqax kwiet.
Ġeħova, toqgħodx ’il bogħod minni.
23 Jekk jogħġbok, agħti kasi u ddefendini,
Ġeħova Alla tiegħi, iddefendi l-każ tiegħi.
24 Ġeħova Alla tiegħi, iġġudikani skont il-livelli ġusti tiegħek;
Tħallix lill-għedewwa jifirħu minħabba t-tbatija tiegħi.
25 Jalla qatt ma jgħidu f’qalbhom: “Ħadna dak li ridna!”
Jalla qatt ma jgħidu: “Qridnieh.”
26 Jalla dawk li jifirħu minħabba l-inkwiet tiegħi
Jiġu ddiżonorati u mġegħlin jistħu.
Jalla dawk li jaħsbu li huma ħafna aħjar minni jistħu u jkunu umiljati.
27 Imma ħa jgħajtu bil-ferħ dawk li jixtiequ li niġi ddikjarat ġust;
Jalla jibqgħu jgħidu:
“Ħa jiġi mfaħħar bil-kbir Ġeħova, li jieħu pjaċir bil-paċi tal-qaddej tiegħu.”