Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa Punti minn Ħosea ĦOSEA PUNTI MILL-KTIEB 1 Il-mara taʼ Ħosea u t-tfal tagħha (1-9) Ġeżragħel (4), Lo-ruħama (6), u Lo-għammi (9) Alla jrid li l-poplu jkollu ħbiberija tajba miegħu u li jkunu magħqudin (10, 11) 2 L-Iżraelin jiġu kkastigati għax mhumiex leali (1-13) Ġeħova lest li jieħu lura lil Iżrael bħala martu (14-23) “Int tgħajjatli, ʼIr-raġel tiegħiʼ” (16) 3 Ħosea jieħu lura lill-mara tiegħu li ma kinitx leali (1-3) Iżrael se jmur lura għand Ġeħova (4, 5) 4 Il-kawża legali taʼ Ġeħova kontra Iżrael (1-8) Fil-pajjiż m’hemmx għarfien dwar Alla (1) Iżrael iqim allat foloz u jkollu relazzjonijiet sesswali maʼ ħafna nies (9-19) Ix-xewqa li jagħmlu l-immoralità ġġegħelhom jiżvijaw (12) 5 Ġudizzju kontra Efrajm u Ġuda (1-15) 6 Jiġu mistiedna biex jerġgħu lura għand Ġeħova (1-3) L-imħabba u l-lealtà tal-poplu jispiċċaw malajr (4-6) L-imħabba u l-lealtà aħjar mis-sagrifiċċji (6) Il-kondotta tal-mistħija tal-poplu (7-11) 7 Il-ħażen li għamel Efrajm (1-16) Mhux se jaħarbu mix-xibka t’Alla (12) 8 Ibatu l-konsegwenzi tal-idolatrija (1-14) Jiżirgħu r-riħ, u jaħsdu riefnu (7) Iżrael nesa lil Dak li Għamlu (14) 9 Alla jwarrab lil Efrajm minħabba d-dnubiet tiegħu (1-17) Jiddedikaw lilhom infushom lill-alla tal-mistħija (10) 10 Iżrael hu bħal dielja marida li se tinqered (1-15) Jiżirgħu u jaħsdu (12, 13) 11 Alla ħabb lil Iżrael mindu kien tifel (1-12) “Mill-Eġittu għajjatt lil ibni” (1) 12 Efrajm għandu jmur lura għand Ġeħova (1-14) Ġakobb ssara m’Alla (3) Ġakobb beka biex jiġi mbierek minn Alla (4) 13 Efrajm nesa lil Ġeħova (1-16) “Mewt, fejn hi t-tingiża li tweġġaʼ tiegħek?” (14) 14 Jiġu mistiedna biex jerġgħu lura għand Ġeħova (1-3) Ifaħħruh b’dak li jgħidu (2) Alla jfejjaq lil Iżrael u jsiru leali (4-9)