LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Rivelazzjoni 1:1-22:21
  • Rivelazzjoni lil Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rivelazzjoni lil Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni lil Ġwanni

Rivelazzjoni lil Ġwanni

1 Rivelazzjoni*+ minn Ġesù Kristu, li tahielu Alla,+ biex juri lill-​ilsiera tiegħu+ dak li jrid iseħħ dalwaqt.+ Hu bagħat lill-​anġlu tiegħu,+ u permezz taʼ dan l-​anġlu ppreżentaha b’sinjali+ lill-​ilsir tiegħu Ġwanni,+ 2 li xehed dwar il-​kelma li ta+ Alla u dwar ix-​xiehda li ta Ġesù Kristu,+ u dwar dak kollu li ra. 3 Hieni+ min jaqra b’leħen għoli+ u dawk li jisimgħu l-​kliem taʼ din il-​profezija+ u josservaw dak li hemm miktub fiha;+ għax qorob iż-​żmien stabbilit.+

4 Ġwanni lis-​sebaʼ kongregazzjonijiet+ li hemm fid-​distrett taʼ l-​Asja:

Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand “Dak li hu u li kien u li ġej,”+ u mis-​sebaʼ spirti+ li qegħdin quddiem it-​tron tiegħu, 5 u mingħand Ġesù Kristu, “ix-​Xhud Leali,”*+ “L-​ewwel imwieled mill-​imwiet,”+ u “Il-​Ħakkiem tas-​slaten taʼ l-​art.”+

Lil dak li jħobbna+ u li ħallna minn dnubietna permezz taʼ demmu stess+— 6 u għamilna saltna,+ qassisin+ għal Alla tiegħu u Missieru—iva, lilu tkun il-​glorja u s-​setgħa għal dejjem.+ Amen.

7 Ara! Hu ġej mas-​sħab,+ u kull għajn tarah,+ u dawk li nifduh;+ u t-​tribujiet kollha taʼ l-​art iħabbtu fuq sidirhom bin-​niket minħabba fih.+ Iva, Amen.

8 “Jien l-​Alfa u l-​Omega,”*+ jgħid Alla Ġeħova, “Dak li hu u li kien u li ġej,+ li Jistaʼ Kollox.”+

9 Jien Ġwanni, ħukom, li qed nieħu sehem magħkom fit-​tribulazzjoni+ u fis-​saltna+ u fis-​sabar+ taʼ Ġesù,+ kont fuq il-​gżira msejħa Patmos talli tkellimt dwar Alla u xhedt dwar Ġesù.+ 10 B’ispirazzjoni+ sibt ruħi+ f’jum il-​Mulej,+ u smajt warajja leħen+ qawwi bħal taʼ trumbetta 11 li qal: “Dak li tara iktbu+ f’romblu u ibagħtu lis-​sebaʼ kongregazzjonijiet,+ f’Efesu+ u fi Żmirna+ u f’Pergamu+ u fi Tjatira+ u f’Sardi+ u f’Filadelfja+ u f’Laodiċija.”+

12 U dort biex nara taʼ min kien il-​leħen li kien qed ikellimni, u, x’ħin dort, rajt sebaʼ gandlieri tad-​deheb,+ 13 u f’nofs il-​gandlieri xi ħadd bħal bin il-​bniedem,+ liebes libsa li kienet tasal sa saqajh u madwar sidru kellu ħżiem tad-​deheb. 14 Iktar minn hekk, rasu u xagħru kienu bojod+ bħal suf abjad, bħas-​silġ,* u għajnejh bħal fjamma nar;+ 15 u saqajh kienu bħal ram aħmar pur+ li jleqq meta jkun fil-​forn; u leħnu+ kien bħall-​ħoss taʼ ħafna ilmijiet. 16 U f’idu l-​leminija kellu sebaʼ kwiekeb,+ u minn fommu kien ħiereġ sejf b’żewġt ixfar,+ twil u jaqtaʼ, u wiċċu kien bħax-​xemx meta tiddi fil-​qawwa tagħha.+ 17 U meta rajtu, waqajt ħdejn saqajh bħal wieħed mejjet.

U poġġa idu l-​leminija fuqi u qalli: “Tibżax.+ Jien l-​Ewwel+ u l-​Aħħar,+ 18 u l-​ħaj;+ u kont mejjet,+ imma, ara, issa jien ħaj għal dejjem taʼ dejjem,+ u għandi l-​imfietaħ tal-​mewt+ u tal-​Qabar.*+ 19 Għalhekk, ikteb dak li rajt, u dak li hu u dak li se jseħħ wara dan.+ 20 Is-sigriet sagru tas-​sebaʼ kwiekeb+ li rajtli f’idi l-​leminija u tas-​sebaʼ gandlieri tad-​deheb+ hu dan: Is-​sebaʼ kwiekeb ifissru l-​anġli* tas-​sebaʼ kongregazzjonijiet, u s-​sebaʼ gandlieri jfissru sebaʼ kongregazzjonijiet.+

2 “Lill-​anġlu+ tal-​kongregazzjoni f’Efesu+ iktiblu: Dan jgħid dak li jżomm is-​sebaʼ kwiekeb+ f’idu l-​leminija, li jimxi f’nofs is-​sebaʼ gandlieri tad-​deheb,+ 2 ‘Naf l-​għemejjel tiegħek,+ u t-​taħbit u s-​sabar tiegħek, u li ma ġġerragħhomx lill-​ħżiena, u li tgħarbel+ lil dawk li jgħidu li huma appostli,+ imma m’humiex, u sibt li huma giddibin. 3 Ukoll, qed turi s-​sabar,+ u ssaportejt minħabba ismi+ u m’għejejtx.+ 4 Madankollu, għandi dan kontrik, li int tlaqt l-​imħabba li kellek fil-​bidu.+

5 “‘Għalhekk, ftakar minn xiex waqajt, u indem+ u agħmel l-​għemejjel li kont tagħmel qabel. Jekk ma tagħmilx dan, niġi għandek+ u nneħħi l-​gandlier tiegħek+ minn postu, jekk ma tindimx. 6 Imma int għandek dan, li tobgħod+ l-​għemejjel tas-​setta taʼ Nikola,+ li jien ukoll nobgħod. 7 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet: Lil min jirbaħ+ nagħtih jiekol mis-​siġra tal-​ħajja,+ li qiegħda fil-​ġenna t’Alla.’

8 “U lill-​anġlu+ tal-​kongregazzjoni fi Żmirna iktiblu: Dan jgħid ‘l-​Ewwel u l-​Aħħar,’+ li kien mejjet u reġaʼ ħa l-​ħajja,+ 9 ‘Naf it-​tribulazzjoni u l-​faqar tiegħek—imma int sinjur+—u d-​dagħwa taʼ dawk li jgħidu li huma Lhud,+ u m’humiex, iżda huma sinagoga taʼ Satana.+ 10 Tibżax minn dak li se ssofri dalwaqt.+ Ara! Ix-​Xitan+ jibqaʼ jixħet lil xi wħud minnkom il-​ħabs sabiex tiġu provati bis-​sħiħ,+ u sabiex ikollkom tribulazzjoni+ għal għaxart ijiem. Agħti prova tal-​fedeltà tiegħek sal-​mewt,+ u nagħtik il-​kuruna tal-​ħajja.+ 11 Min għandu widnejn ħa jismaʼ+ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet: Min jirbaħ+ żgur ma ssirlux ħsara mit-​tieni mewt.’+

12 “U lill-​anġlu tal-​kongregazzjoni f’Pergamu iktiblu: Dan jgħid dak li għandu x-​xabla b’żewġt ixfar, twila u taqtaʼ,+ 13 ‘Naf fejn qed tgħammar, jiġifieri, fejn hemm it-​tron taʼ Satana; iżda qed tibqaʼ żżomm sod maʼ ismi,+ u ma ċħadtx il-​fidi tiegħek fija+ saħansitra fi żmien Antipa, ix-​xhud tiegħi+ li wera l-​fedeltà u nqatel+ ħdejkom, fejn qed jgħammar Satana.

14 “‘Minkejja dan, għandi xi ftit affarijiet kontrik, li hemmhekk għandek min iżomm sod mat-​tagħlim taʼ Balgħam,+ li beda jgħallem lil Balak+ kif iqiegħed tfixkil quddiem ulied Israel, biex dawn jieklu affarijiet sagrifikati lill-​idoli u jagħmlu ż-​żína.+ 15 Għandek ukoll lil min bl-​istess mod iżomm sod mat-​tagħlim tas-​setta taʼ Nikola.+ 16 Għalhekk, indem.+ Jekk ma tindimx, niġi għandek malajr, u niġġildilhom+ bix-​xabla twila taʼ fommi.+

17 “‘Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu lill-​kongregazzjonijiet:+ Lil min jirbaħ+ nagħtih ftit mill-​manna l-​moħbija,+ u nagħtih ċagħqa bajda, u fuq iċ-​ċagħqa isem ġdid+ miktub li ħadd ma jkun jafu ħlief min jirċivih.’+

18 “U lill-​anġlu tal-​kongregazzjoni fi Tjatira+ iktiblu: Dan jgħid l-​Iben+ t’Alla, li għandu għajnejh bħal fjamma nar,+ u saqajh bħal ram aħmar pur,+ 19 ‘Naf l-​għemejjel tiegħek, u l-​imħabba+ u l-​fidi u l-​ministeru u s-​sabar tiegħek, u li l-​għemejjel tiegħek+ taʼ dan l-​aħħar huma iktar kotrana minn dawk taʼ qabel.+

20 “‘Minkejja dan, għandi dan kontrik, li int tittollera lil dik il-​mara Ġeżabel,+ li ssejjaħ lilha nfisha profetessa, u tgħallem+ lill-​ilsiera tiegħi+ u tqarraq bihom biex jagħmlu ż-​żína+ u jieklu affarijiet sagrifikati lill-​idoli.+ 21 U jien tajtha żmien biex tindem,+ imma ma tridx tindem miż-​żína tagħha.+ 22 Ara! Dalwaqt nixħitha f’qiegħ taʼ sodda, u lil dawk li jagħmlu adulterju magħha nixħithom fi tribulazzjoni kbira, jekk ma jindmux mill-​għemejjel tagħha. 23 U lil uliedha noqtolhom b’mard li jġib il-​mewt, sabiex il-​kongregazzjonijiet kollha jkunu jafu li jien hu dak li jgħarbel il-​kliewi u l-​qlub, u nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+

24 “‘Madankollu, ngħid lill-​oħrajn fostkom li qegħdin fi Tjatira, kulmin m’għandux dan it-​tagħlim, dawk li ma sarux jafu l-​“affarijiet profondi taʼ Satana,”+ bħalma jgħidu huma: Ma nqiegħed ebda piż ieħor fuqkom.+ 25 Xorta waħda, sakemm niġi żommu sod dak li għandkom.+ 26 U lil min jirbaħ u josserva l-​għemejjel tiegħi sat-​tmiem+ nagħtih l-​awtorità fuq il-​ġnus,+ 27 u jirgħa lin-​nies b’xettru tal-​ħadid+ sabiex jitkissru biċċiet bħal reċipjenti tal-​fuħħar,+ bħalma jien irċivejt l-​awtorità mingħand Missieri, 28 u nagħtih il-​kewkba taʼ fil-​għodu.+ 29 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet.’+

3 “U lill-​anġlu+ tal-​kongregazzjoni f’Sardi iktiblu: Dan jgħid dak li għandu s-​sebaʼ spirti+ t’Alla u s-​sebaʼ kwiekeb,+ ‘Naf l-​għemejjel tiegħek, li għandek il-​fama li int ħaj, imma int mejjet.+ 2 Oqgħod għassa,+ u saħħaħ+ lil dawk li baqaʼ u li kienu se jmutu, għax l-​għemejjel tiegħek ma sibthomx imwettqin bis-​sħiħ quddiem Alla tiegħi.+ 3 Għalhekk, ibqaʼ żomm f’moħħok dak li rċivejt+ u li smajt, u ibqaʼ osservah,+ u indem.+ Ċertament li jekk ma tistenbaħx,+ niġi bħal ħalliel,+ u żgur ma tkunx taf f’liema siegħa niġi fuqek.+

4 “‘Minkejja dan, għandek xi ftit ismijiet+ f’Sardi li ma niġġsux+ ħwejjiġhom, u se jimxu miegħi lebsin ħwejjeġ bojod,+ għax jistħoqqilhom.+ 5 B’hekk, min jirbaħ+ ikun imżejjen bi ħwejjeġ bojod;+ u żgur ma nħassarlux ismu mill-​ktieb tal-​ħajja,+ imma nirrikonoxxi ismu quddiem Missieri+ u quddiem l-​anġli tiegħu.+ 6 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet.’

7 “U lill-​anġlu+ tal-​kongregazzjoni f’Filadelfja iktiblu: Dan jgħid dak li hu qaddis,+ li hu veru,+ li għandu l-​muftieħ taʼ David,+ li jiftaħ biex ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq biex ħadd ma jiftaħ, 8 ‘Naf l-​għemejjel tiegħek+—ara, ftaħtlek quddiemek bieb+ li ħadd ma jistaʼ jagħlqu—naf li għandek xi ftit qawwa, u żammejt kelmti u ma ċħadtx ismi.+ 9 Ara! Inġiegħel lil dawk mis-​sinagoga taʼ Satana li jgħidu li huma Lhud,+ u m’humiex, iżda qed jigdbu+—ara, inġegħelhom jiġu u jmilu+ f’riġlejk u nġegħelhom ikunu jafu li ħabbejtek. 10 Talli żammejt il-​kelma dwar is-​sabar tiegħi,+ jien ukoll inżommok+ mis-​siegħa tal-​prova, li trid tiġi fuq l-​art abitata kollha, biex tgħaddi mill-​prova lil dawk kollha li jgħixu fuq l-​art.+ 11 Jien ġej malajr.+ Ibqaʼ żomm sod dak li għandek,+ sabiex ħadd ma jiħodlok il-​kuruna tiegħek.+

12 “‘Min jirbaħ—nagħmlu kolonna+ fit-​tempju+ t’Alla tiegħi,+ u żgur ma joħroġx minnu iktar, u nikteb fuqu isem Alla tiegħi u isem il-​belt t’Alla tiegħi, Ġerusalemm+ il-​ġdida li tinżel mis-​sema mingħand Alla tiegħi, u l-​isem il-​ġdid tiegħi.+ 13 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet.’

14 “U lill-​anġlu tal-​kongregazzjoni f’Laodiċija+ iktiblu: Dan jgħid l-​Amen,+ ix-​xhud+ leali*+ u veru,+ il-​bidu tal-​ħolqien li għamel Alla.+ 15 ‘Naf l-​għemejjel tiegħek, li la int kiesaħ u lanqas sħun. Nixtieq li kont kiesaħ inkella sħun. 16 Għalhekk, għax int fietel, u la int sħun+ u lanqas kiesaħ,+ nobżqok minn ħalqi. 17 Peress li tgħid: “Jien sinjur+ u ksibt ir-​rikkezzi u ma jonqosni xejn affattu,” imma ma tafx li int miżerabbli u miskin u fqir u agħma+ u għarwien, 18 nagħtik parir li tixtri mingħandi deheb+ irfinut bin-​nar biex issir sinjur, u ħwejjeġ bojod biex tilbes u ma jidhirx l-​għajb taʼ l-​għera tiegħek,+ u ingwent taʼ l-​għajnejn biex tidlek għajnejk+ ħalli tara.

19 “‘Lil kulmin għandi affezzjoni lejh inwiddbu u niddixxiplinah.+ Għalhekk, kun żeluż u indem.+ 20 Ara! Jien qiegħed wara l-​bieb+ u qed inħabbat. Jekk xi ħadd jismaʼ leħni u jiftaħ il-​bieb,+ nidħol f’daru u niekol l-​ikla taʼ fil-​għaxija miegħu u hu miegħi. 21 Lil min jirbaħ+ nagħtih li joqgħod bil-​qiegħda miegħi fuq it-​tron tiegħi,+ bħalma jien irbaħt u qgħadt bil-​qiegħda+ maʼ Missieri fuq it-​tron tiegħu.+ 22 Min għandu widnejn ħa jismaʼ dak li jgħid l-​ispirtu+ lill-​kongregazzjonijiet.’”+

4 Ara! Wara dan rajt bieb miftuħ fis-​sema, u l-​ewwel leħen li smajt kien bħal taʼ trumbetta,+ ikellimni u jgħidli: “Itlaʼ hawn fuq,+ u nurik dak li jrid iseħħ.”+ 2 Wara dan, minnufih sibt ruħi fil-​qawwa taʼ l-​ispirtu: u, ara, kien hemm tron+ f’postu fis-​sema,+ u fuq it-​tron kien hemm wieħed bil-​qiegħda.+ 3 U d-​dehra+ taʼ dak li kien bil-​qiegħda kienet bħal ħaġra tad-​djaspru+ u ħaġra prezzjuża taʼ lewn aħmar, u madwar it-​tron kien hemm qawsalla+ li kienet tidher bħall-​iżmerald.+

4 U madwar it-​tron kien hemm erbgħa u għoxrin tron, u fuq dawn it-​tronijiet+ rajt erbgħa u għoxrin+ anzjan+ bil-​qiegħda lebsin ħwejjeġ bojod,+ u fuq rashom kellhom kuruni tad-​deheb.+ 5 U mit-​tron kienu ħerġin sajjetti+ u ilħna u ragħad;+ u kien hemm sebaʼ msiebaħ+ bin-​nar jaqbad quddiem it-​tron; dawn ifissru s-​sebaʼ spirti+ t’Alla. 6 U quddiem it-​tron kien hemm qisu baħar+ tal-​ħġieġ bħall-​kristall.

U fin-​nofs ħdejn it-​tron u madwar it-​tron kien hemm erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ mimlijin għajnejn quddiem u wara. 7 U l-​ewwel ħliqa ħajja kienet bħal iljun,+ u t-​tieni ħliqa ħajja kienet bħal għoġol,+ u t-​tielet ħliqa ħajja+ kellha wiċċ bħal taʼ bniedem, u r-​rabaʼ ħliqa ħajja+ kienet bħal ajkla ttir.+ 8 U kull waħda mill-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ kellha sitt ġwienaħ+ li dawramejt u minn taħt kienu mimlijin għajnejn.+ U lejl u nhar bla mistrieħ kienu jgħidu: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Alla Ġeħova,+ li Jistaʼ Kollox,+ li kien u li hu+ u li ġej.”

9 U kulmeta l-​ħlejjaq ħajjin kienu jagħtu glorja u unur u radd il-​ħajr+ lil Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron,+ Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem,+ 10 l-erbgħa u għoxrin anzjan+ kienu jinxteħtu quddiem Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron u jagħtu qima+ lil Dak li jgħix għal dejjem taʼ dejjem, u jitfgħu l-​kuruni tagħhom quddiem it-​tron, u jgħidu: 11 “Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja+ u l-​unur+ u l-​qawwa,+ għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha,+ u bir-​rieda tiegħek+ eżistew u nħolqu.”+

5 U fl-​id il-​leminija taʼ Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron+ rajt romblu miktub minn ġewwa u minn barra,+ siġillat+ tajjeb b’sebaʼ siġilli. 2 U rajt anġlu b’saħħtu jxandar b’leħen għoli: “Min jistħoqqlu jiftaħ ir-​romblu u jħoll is-​siġilli tiegħu?” 3 Imma la fis-​sema la fuq l-​art u lanqas taħt l-​art ma kien hemm min kien kapaċi jiftaħ ir-​romblu u jara x’fih. 4 U nfexxejt f’biki kbir għax ma nstab ħadd li kien jistħoqqlu jiftaħ ir-​romblu u jara x’fih.+ 5 Imma wieħed mill-​anzjani qalli: “Tibqax tibki. Ara! L-​Iljun tat-​tribù taʼ Ġuda,+ l-​għerq+ taʼ David,+ rebaħ+ u jistaʼ jiftaħ ir-​romblu u s-​sebaʼ siġilli tiegħu.”

6 U wieqaf fin-​nofs ħdejn it-​tron+ u f’nofs l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-​anzjani+ rajt ħaruf+ li kien qisu ġie maqtul+ u li kellu sebat iqrun u sebaʼ għajnejn, u dawn l-​għajnejn ifissru s-​sebaʼ spirti+ t’Alla li ntbagħtu maʼ l-​art kollha. 7 U mar u minnufih ħadu mill-​id il-​leminija taʼ Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron.+ 8 U meta ħa r-​romblu, l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin u l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ inxteħtu quddiem il-​Ħaruf, u kull wieħed kellu arpa+ u bwieqi tad-​deheb mimlijin inċens, u l-​inċens+ ifisser it-​talb+ tal-​qaddisin. 9 U kantaw għanja ġdida+ u qalu: “Int jistħoqqlok li tieħu r-​romblu u tiftaħ is-​siġilli tiegħu, għax qatluk u b’demmek+ xtrajt+ għal Alla+ bnedmin minn kull tribù u lsien u poplu u ġens, 10 u għamilthom saltna+ u qassisin+ għal Alla tagħna,+ u se jsaltnu+ għal fuq l-​art.”

11 U rajt, u smajt il-​leħen taʼ ħafna anġli li kienu madwar it-​tron u l-​ħlejjaq ħajjin u l-​anzjani, u l-​għadd tagħhom kien mirjadi taʼ mirjadi*+ u eluf t’eluf,+ 12 u qalu b’leħen għoli: “Il-​Ħaruf li nqatel+ jistħoqqlu li jirċievi l-​qawwa u r-​rikkezzi u l-​għerf u s-​saħħa u l-​unur u l-​glorja u l-​barka.”+

13 U kull ħliqa fis-​sema u fuq l-​art u taħt l-​art+ u fuq il-​baħar, u kulma fihom, smajthom jgħidu: “Lil Dak li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron+ u lill-​Ħaruf+ ikunu l-​barka u l-​unur+ u l-​glorja+ u s-​setgħa għal dejjem taʼ dejjem.” 14 U l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin bdew jgħidu: “Amen!” u l-​anzjani+ nxteħtu jagħtu qima.+

6 U rajt meta l-​Ħaruf+ fetaħ wieħed mis-​sebaʼ siġilli,+ u smajt lil wieħed mill-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ jgħid b’leħen qisu ragħad: “Ejja!”+ 2 U rajt, u, ara, żiemel abjad;+ u dak li kien riekeb+ fuqu kellu qaws;+ u ngħatatlu kuruna,+ u ħareġ jirbaħ+ u jtemm ir-​rebħa tiegħu.+

3 U meta fetaħ it-​tieni siġill, smajt lit-​tieni ħliqa ħajja+ tgħid: “Ejja!” 4 U ħareġ żiemel ieħor, lewn in-​nar; u lil dak li kien riekeb fuqu ngħatalu li jneħħi l-​paċi minn fuq l-​art sabiex joqtlu lil xulxin; u ngħatatlu xabla kbira.+

5 U meta fetaħ+ it-​tielet siġill, smajt lit-​tielet ħliqa ħajja+ tgħid: “Ejja!” U rajt, u, ara, żiemel iswed; u dak li kien riekeb fuqu kellu miżien+ f’idu. 6 U smajt leħen qisu f’nofs+ l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ jgħid: “Kilo qamħ jiswa dinar,*+ u tliet kilojiet xgħir jiswew dinar; u ibżaʼ għaż-​żejt taż-​żebbuġa u għall-​inbid.”+

7 U meta fetaħ ir-​rabaʼ siġill, smajt leħen ir-​rabaʼ ħliqa ħajja+ jgħid: “Ejja!” 8 U rajt, u, ara, żiemel aħdar safrani; u dak li kien riekeb fuqu kien jismu Mewt. U l-​Qabar*+ kien ġej eżatt warajh. U ngħatatilhom l-​awtorità fuq ir-​rabaʼ parti taʼ l-​art, biex joqtlu b’sejf twil+ u b’nuqqas taʼ ikel+ u b’mard li jġib il-​mewt u bil-​bhejjem salvaġġi+ taʼ l-​art.

9 U meta fetaħ il-​ħames siġill, taħt l-​artal+ rajt l-​erwieħ+ taʼ dawk li nqatlu+ minħabba l-​kelma t’Alla u minħabba x-​xogħol taʼ xiehda+ li kellhom. 10 U għajtu b’leħen għoli u qalu: “Mulej Sovran+ qaddis u veru,+ kemm se ddum ma tiġġudika+ lil dawk li jgħammru fuq l-​art u titħallas taʼ demmna?”+ 11 U ngħatat libsa bajda+ lil kull wieħed minnhom; u ntqalilhom biex jistrieħu għal ftit ieħor, sakemm ikun imtela wkoll l-​għadd taʼ l-​ilsiera sħabhom u ħuthom li kienu se jinqatlu+ dalwaqt bħalma kienu nqatlu huma wkoll.

12 U rajt meta fetaħ is-​sitt siġill, u seħħ terremot kbir; u x-​xemx swiedet bħad-​drapp taʼ l-​ixkejjer+ mix-​xagħar tal-​mogħoż, u l-​qamar kollu sar bħad-​demm,+ 13 u l-​kwiekeb tas-​sema waqgħu fuq l-​art bħalma siġra tat-​tin twaqqaʼ t-​tin mhux misjur tagħha meta tixxejjer minn riħ qawwi. 14 U s-​sema telaq bħal romblu li qed jiġi mgerbeb,+ u kull muntanja u kull gżira tneħħew minn posthom.+ 15 U s-​slaten taʼ l-​art u l-​kbarat u l-​kmandanti militari u s-​sinjuri u n-​nies b’saħħithom u kull ilsir u kull ħieles inħbew fl-​għerien u fil-​blat+ tal-​muntanji. 16 U bdew jgħidu lill-​muntanji u lill-​blat: “Aqgħu fuqna+ u aħbuna minn wiċċ Dak li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron+ u mill-​korla tal-​Ħaruf,+ 17 għax wasal il-​jum il-​kbir+ tal-​korla tagħhom,+ u min jistaʼ jibqaʼ wieqaf?”+

7 Wara dan rajt erbaʼ anġli+ weqfin fl-​erbaʼ rokniet taʼ l-​art, iżommu sew l-​erbat irjieħ+ taʼ l-​art, biex l-​ebda riħ ma jonfoħ fuq l-​art jew fuq il-​baħar jew fuq xi siġra.+ 2 U rajt anġlu ieħor tielaʼ minn fejn titlaʼ x-​xemx,+ li kellu s-​siġill taʼ l-​Alla l-​ħaj;+ u għajjat b’leħen qawwi lill-​erbaʼ anġli li ngħatalhom li jagħmlu ħsara lill-​art u lill-​baħar, 3 u qalilhom: “Tagħmlux ħsara lill-​art jew lill-​baħar jew lis-​siġar, sakemm inkunu mmarkajna bis-​siġill+ lill-​ilsiera t’Alla tagħna fuq ġbinhom.”+

4 U smajt l-​għadd taʼ dawk li ġew immarkati bis-​siġill, mija u erbgħa u erbgħin elf,+ immarkati minn kull tribù+ taʼ wlied Israel:+

5 Mit-tribù taʼ Ġuda+ tnax-il elf immarkati;

mit-tribù taʼ Ruben+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Gad+ tnax-il elf;

6 mit-tribù t’Aser+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Naftali+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Manasse+ tnax-il elf;

7 mit-tribù taʼ Simegħon+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Levi+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Issakar+ tnax-il elf;

8 mit-tribù taʼ Żebulun+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Ġużeppi+ tnax-il elf;

mit-tribù taʼ Benjamin+ tnax-il elf immarkati bis-​siġill.+

9 Wara dan rajt, u, ara, folla kbira,+ li ebda bniedem ma setaʼ jgħoddha, minn kull ġens+ u tribù u poplu+ u lsien,+ weqfin quddiem it-​tron+ u quddiem il-​Ħaruf, lebsin ilbiesi bojod;+ u f’idejhom kellhom friegħi tal-​palm.+ 10 U bdew jgħajtu b’leħen qawwi u jgħidu: “Is-​salvazzjoni nafuha lil Alla tagħna,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron,+ u lill-​Ħaruf.”+

11 U l-​anġli kollha+ kienu weqfin madwar it-​tron u l-​anzjani+ u l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin,+ u nxteħtu wiċċhom fl-​art quddiem it-​tron u taw qima lil Alla,+ 12 u qalu: “Amen! Il-​barka u l-​glorja u l-​għerf u r-​radd il-​ħajr u l-​unur u l-​qawwa+ u s-​saħħa jkunu lil Alla tagħna għal dejjem taʼ dejjem. Amen.”+

13 Għaldaqstant, wieħed mill-​anzjani+ qalli: “Dawn li lebsin ilbiesi bojod,+ min huma u minfejn ġew?” 14 U minnufih għedtlu: “Sidi, int taf.” U qalli: “Dawn huma l-​uħud li ħarġu mit-​tribulazzjoni l-​kbira,+ għax ħaslu l-​ilbiesi tagħhom u għamluhom bojod+ fid-​demm+ tal-​Ħaruf. 15 Huwa għalhekk li qegħdin quddiem+ it-​tron t’Alla; u qed jagħtuh servizz sagru+ lejl u nhar fit-​tempju tiegħu; u Dak li qiegħed bil-​qiegħda fuq it-​tron+ jifrex it-​tinda tiegħu+ fuqhom. 16 Qatt iktar m’huma se jkunu bil-​ġuħ jew bil-​għatx; lanqas tisreġ fuqhom ix-​xemx jew sħana tikwi,+ 17 għax il-​Ħaruf,+ li qiegħed ħdejn it-​tron, jirgħahom,+ u jiggwidahom lejn għejun taʼ l-​ilmijiet+ tal-​ħajja. U Alla jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom.”+

8 U meta fetaħ+ is-​sebaʼ siġill,+ waqaʼ skiet fis-​sema għal madwar nofs siegħa. 2 U rajt lis-​sebaʼ anġli+ li kienu weqfin quddiem Alla, u lil dawn ngħatawlhom sebaʼ trumbetti.

3 U ġie anġlu ieħor u qagħad ħdejn l-​artal,+ u kellu inċensier tad-​deheb; u ngħatatlu kwantità kbira taʼ inċens+ biex joffrih mat-​talb tal-​qaddisin kollha fuq l-​artal tad-​deheb li kien hemm quddiem it-​tron. 4 U d-​duħħan taʼ l-​inċens telaʼ minn id l-​anġlu mat-​talb+ tal-​qaddisin quddiem Alla. 5 U minnufih l-​anġlu ħa l-​inċensier, u mlieh bi ftit min-​nar+ taʼ l-​artal u waddbu fuq l-​art.+ U kien hemm ragħad+ u ilħna u sajjetti+ u theżżiż taʼ l-​art.+ 6 U s-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ+ trumbetti+ tħejjew biex idoqquhom.

7 U l-​ewwel wieħed daqq it-​trumbetta tiegħu. U kien hemm silġ u nar+ imħalltin bid-​demm, u twaddbu fuq l-​art; u terz mill-​art inħaraq,+ u terz mis-​siġar inħaraq, u l-​ħaxix aħdar+ kollu nħaraq.

8 U t-​tieni anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U xi ħaġa bħal muntanja+ kbira taqbad bin-​nar twaddbet fil-​baħar.+ U terz mill-​baħar sar demm;+ 9 u miet terz mill-​ħlejjaq tal-​baħar li kellhom ir-​ruħ,*+ u tfarrak terz mid-​dgħajjes.

10 U t-​tielet anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U waqgħet mis-​sema kewkba kbira taqbad bħal torċa,+ u waqgħet fuq terz mix-​xmajjar u fuq l-​għejun taʼ l-​ilmijiet.+ 11 U isem il-​kewkba kien Absint. U terz mill-​ilmijiet inbidel f’absint, u ħafna mill-​bnedmin mietu minħabba l-​ilmijiet, għax dawn kienu saru morri.+

12 U r-​rabaʼ anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu. U ntlaqat terz mix-​xemx u terz mill-​qamar u terz mill-​kwiekeb, sabiex terz minnhom jiddallam+ u l-​jum ma jkollux dawl għal terz+ minnu, u l-​lejl l-​istess.

13 U rajt, u smajt ajkla+ ttir f’nofs is-​sema+ u tgħid b’leħen għoli: “Gwaj, gwaj, gwaj+ għal dawk li jgħammru fuq l-​art minħabba l-​bqija tad-​daqq tat-​trumbetti tat-​tliet anġli li dalwaqt idoqqu t-​trumbetti tagħhom!”+

9 U l-​ħames anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U rajt kewkba+ li kienet waqgħet mis-​sema għal fuq l-​art; u ngħatalu l-​muftieħ+ tal-​ħofra taʼ l-​abbiss.+ 2 U fetaħ il-​ħofra taʼ l-​abbiss, u mill-​ħofra telaʼ duħħan+ bħad-​duħħan taʼ forn kbir,+ u bid-​duħħan tal-​ħofra ddallmet ix-​xemx+ kif ukoll l-​arja. 3 U mid-​duħħan ħarġu ġurati+ fuq l-​art; u ngħataw awtorità, l-​istess awtorità li għandhom l-​iskorpjuni+ taʼ l-​art. 4 U ntqalilhom biex la jagħmlu ħsara lill-​ħaxix taʼ l-​art, la lil xi pjanta, u lanqas lil xi siġra, imma biss lil dawk il-​bnedmin li ma kinux immarkati bis-​siġill t’Alla fuq ġbinhom.+

5 U lill-​ġurati ngħatalhom li ma joqtluhomx, imma li lil dawn jitturmentawhom+ għal ħames xhur, u t-​turment tagħhom kien bħal turment minn skorpjun+ meta jaħbat għal bniedem. 6 U f’dawk il-​jiem il-​bnedmin ifittxu l-​mewt+ imma żgur ma jsibuhiex, u jkunu jixtiequ li jmutu imma l-​mewt tibqaʼ taħrab minnhom.

7 U d-​dehra tal-​ġurati kienet tixbah lil żwiemel+ imħejjijin għall-​battalja; u fuq rashom kellhom qishom kuruni tad-​deheb, u wiċċhom kien bħal wiċċ il-​bnedmin,+ 8 u xagħarhom kien bħal xagħar in-​nisa.+ U snienhom kienu bħal dawk taʼ l-​iljuni;+ 9 u kellhom kurazzi+ bħal kurazzi tal-​ħadid. U l-​ħoss taʼ ġwinħajhom kien bħall-​ħoss taʼ karrijiet+ b’ħafna żwiemel jiġru għall-​battalja.+ 10 Ukoll, kellhom denb u niggieża bħal skorpjuni;+ u f’denbhom kellhom l-​awtorità biex iweġġgħu lill-​bnedmin għal ħames xhur. 11 Fuqhom kellhom sultan, l-​anġlu taʼ l-​abbiss.+ Bl-​Ebrajk kien jismu Abaddon,* imma bil-​Grieg kien jismu Apolljon.*+

12 Gwaj wieħed għadda. Ara! Wara dan ġejjin żewġ gwajijiet oħra.+

13 U s-​sitt anġlu+ daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U smajt leħen+ ħiereġ mill-​qrun taʼ l-​artal tad-​deheb+ li kien hemm quddiem Alla 14 u qal lis-​sitt anġlu, li kellu t-​trumbetta: “Ħoll lill-​erbaʼ anġli+ li hemm marbutin+ ħdejn ix-​xmara kbira Ewfrat.”+ 15 U nħallu l-​erbaʼ anġli, li kienu tħejjew għas-​siegħa u l-​jum u x-​xahar u s-​sena, biex joqtlu terz mill-​bnedmin.

16 U l-​għadd taʼ l-​armati tal-​kavallerija kien żewġ mirjadi taʼ mirjadi:* Jien smajt l-​għadd tagħhom. 17 U dan hu kif rajt liż-​żwiemel fil-​viżjoni, u lil dawk li kienu rekbin fuqhom: kellhom kurazzi ħomor bħan-​nar u blu bħall-​ġjaċint u sofor bħall-​kubrit; u ras iż-​żwiemel kienet bħal ras l-​iljuni,+ u minn ħalqhom kien ħiereġ nar u duħħan u kubrit.+ 18 B’dawn it-​tliet kastigi nqatel terz mill-​bnedmin, bin-​nar u d-​duħħan u l-​kubrit li ħareġ minn ħalqhom. 19 Għax l-​awtorità taż-​żwiemel kienet f’ħalqhom u f’denbhom; għax denbhom kien bħal serp+ u kellu ras, u bih kienu jagħmlu l-​ħsara.

20 Imma l-​bqija tal-​bnedmin li ma nqatlux b’dawn il-​kastigi ma nidmux minn għemil idejhom,+ u baqgħu jqimu lid-​demonji+ u l-​idoli tad-​deheb u l-​fidda+ u r-​ram aħmar u l-​ġebel u l-​injam, li la jistgħu jaraw, la jisimgħu, u lanqas jimxu;+ 21 u la nidmu mill-​qtil tagħhom,+ la mill-​prattiki spiritistiċi tagħhom,+ la miż-​żína tagħhom, u lanqas mis-​serq tagħhom.

10 U rajt anġlu b’saħħtu+ ieħor nieżel mis-​sema, imżejjen bi sħaba,+ u fuq rasu kellu qawsalla, u wiċċu kien bħax-​xemx,+ u saqajh+ kienu bħal kolonni tan-​nar, 2 u f’idu kellu romblu ċkejken miftuħ. U tefaʼ siequ l-​leminija fuq il-​baħar, u x-​xellugija fuq l-​art,+ 3 u għajjat b’leħen għoli bħal meta jgħajjat iljun.+ U meta għajjat, is-​sebaʼ ragħdiet+ semmgħu leħinhom.

4 Issa meta tkellmu s-​sebaʼ ragħdiet, kont se nibda nikteb; imma smajt leħen mis-​sema+ jgħidli: “Issiġilla dak+ li qalu s-​sebaʼ ragħdiet, u tiktbux.” 5 U l-​anġlu li rajt wieqaf fuq il-​baħar u fuq l-​art għolla idu l-​leminija lejn is-​sema,+ 6 u ħalef b’Dak li jgħix+ għal dejjem taʼ dejjem,+ li ħalaq is-​sema u kulma fih u l-​art+ u kulma fiha u l-​baħar u kulma fih,+ u qal: “Mhux se jkun hemm dewmien+ iktar; 7 imma fil-​jiem li jinstemaʼ s-​sebaʼ anġlu,+ meta dan ikun se jdoqq it-​trumbetta tiegħu,+ jitwettaq għalkollox is-​sigriet sagru+ t’Alla skond l-​aħbar tajba li hu xandar lill-​ilsiera tiegħu, il-​profeti.”+

8 U l-​leħen+ li smajt ġej mis-​sema reġaʼ kellimni u qalli: “Mur, ħu r-​romblu miftuħ li qiegħed f’id l-​anġlu li hu wieqaf fuq il-​baħar u fuq l-​art.”+ 9 U tlaqt ħdejn l-​anġlu u għedtlu biex jagħtini r-​romblu ċkejken. U qalli: “Ħudu u kulu,+ u jagħmillek żaqqek morra, imma f’ħalqek ikun ħelu bħall-​għasel.” 10 U ħadt ir-​romblu ċkejken minn id l-​anġlu u kiltu,+ u f’ħalqi kien ħelu bħall-​għasel;+ imma x’ħin kiltu, għamilli żaqqi morra. 11 U qaluli: “Trid terġaʼ tipprofetizza dwar popli u ġnus u ilsna u ħafna slaten.”+

11 U ngħatatli qasba bħal ħatar+ waqt li qalli: “Qum u kejjel is-​santwarju tat-​tempju+ t’Alla u l-​artal u lil dawk li jqimu fih. 2 Imma l-​bitħa taʼ barra+ s-​santwarju tat-​tempju ħalliha u tkejjilhiex, għax ngħatat lill-​ġnus,+ u dawn se jgħaffġu taħt saqajhom il-​belt qaddisa+ għal tnejn u erbgħin xahar.+ 3 U se nġiegħel liż-​żewġ+ xhieda tiegħi jipprofetizzaw+ għal elf, mitejn u sittin jum lebsin l-​ixkora.”+ 4 Dawn huma simbolizzati miż-​żewġ siġriet taż-​żebbuġ+ u ż-​żewġ gandlieri,+ u qegħdin weqfin quddiem il-​Mulej taʼ l-​art.+

5 U jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-​ħsara, joħroġ nar minn ħalqhom u jiblaʼ lill-​għedewwa tagħhom;+ u jekk xi ħadd ikun irid jagħmlilhom il-​ħsara, b’dan il-​mod ikollu jinqatel. 6 Huma għandhom l-​awtorità li jagħlqu s-​sema+ biex ma tagħmilx xita+ matul il-​jiem li jipprofetizzaw fihom, u għandhom l-​awtorità fuq l-​ilmijiet biex ibiddluhom f’demm+ u biex jolqtu l-​art b’kull xorta taʼ kastig kulmeta jridu huma.

7 U meta jkunu temmew ix-​xiehda tagħhom, il-​bhima salvaġġa li titlaʼ mill-​abbiss+ tiggwerralhom u tirbħilhom u toqtolhom.+ 8 U l-​iġsma mejtin tagħhom ikunu fit-​triq il-​prinċipali tal-​belt il-​kbira, li f’sens spiritwali tissejjaħ Sodoma+ u Eġittu, fejn il-​Mulej tagħhom ukoll ġie msammar maʼ zokk.+ 9 U n-​nies tal-​popli u tat-​tribujiet u taʼ l-​ilsna u tal-​ġnus+ iħarsu lejn l-​iġsma mejtin tagħhom għal tlett ijiem u nofs,+ u ma jħallux li l-​iġsma mejtin tagħhom jitqiegħdu f’qabar. 10 U dawk li jgħammru fuq l-​art jithennew+ minħabba fihom u jieħdu pjaċir, u jibagħtu rigali lil xulxin,+ għax dawn iż-​żewġ profeti kienu jitturmentaw lil dawk li jgħammru fuq l-​art.

11 U wara t-​tlett ijiem u nofs+ daħal fihom spirtu taʼ ħajja mingħand Alla,+ u waqfu fuq saqajhom, u waqaʼ biżaʼ kbir fuq dawk li rawhom. 12 U semgħu leħen għoli+ mis-​sema jgħidilhom: “Itilgħu hawn fuq.”+ U telgħu s-​sema fis-​sħaba, u l-​għedewwa tagħhom rawhom. 13 U f’dik is-​siegħa seħħ terremot kbir, u waqaʼ wieħed minn kull għaxra+ tal-​belt; u sebat elef bniedem inqatlu bit-​terremot, u l-​bqija beżgħu u taw glorja lill-​Alla tas-​sema.+

14 It-tieni gwaj+ għadda. Ara! It-​tielet gwaj ġej bil-​ħeffa.

15 U s-​sebaʼ anġlu daqq it-​trumbetta tiegħu.+ U fis-​sema kien hemm ilħna għoljin li bdew jgħidu: “Is-​saltna tad-​dinja saret is-​saltna tal-​Mulej tagħna+ u tal-​Kristu* tiegħu,+ u hu jsaltan għal dejjem taʼ dejjem.”+

16 U l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ li kienu bil-​qiegħda fuq it-​tronijiet tagħhom quddiem Alla nxteħtu wiċċhom+ fl-​art u taw qima lil Alla,+ 17 u bdew jgħidu: “Irroddulek ħajr,+ Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ Dak li hu+ u li kien, għax int ħadt il-​qawwa kbira tiegħek+ u bdejt issaltan.+ 18 Imma l-​ġnus imtlew bil-​korla, u ġiet il-​korla tiegħek, u wasal iż-​żmien stabbilit biex jiġu ġudikati l-​mejtin, u biex tippremja+ lill-​ilsiera tiegħek il-​profeti+ u lill-​qaddisin u lil dawk li jibżgħu minn ismek, żgħar u kbar,+ u biex teqred+ lil dawk li qed jeqirdu l-​art.”+

19 U nfetaħ is-​santwarju tat-​tempju t’Alla li qiegħed fis-​sema,+ u l-​arka+ tal-​patt tiegħu dehret fis-​santwarju tat-​tempju tiegħu.+ U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad u theżżiż taʼ l-​art u silġ oħxon.

12 U deher sinjal kbir+ fis-​sema, mara+ mżejna bix-​xemx, u bil-​qamar taħt saqajha, u b’kuruna taʼ tnax-il kewkba fuq rasha, 2 u kienet tqila. U bdiet tgħajjat bl-​uġigħ+ u bl-​agunija tagħha biex tiled.

3 U deher sinjal ieħor fis-​sema, u, ara, dragun kbir lewn in-​nar,+ b’sebat irjus u għaxart iqrun, u fuq irjusu sebaʼ dijademi; 4 u denbu+ kaxkar terz mill-​kwiekeb+ tas-​sema, u waddabhom ’l isfel lejn l-​art.+ U d-​dragun baqaʼ wieqaf quddiem il-​mara+ li kienet waslet biex tiled,+ sabiex, malli tiled, jiblaʼ+ lit-​tarbija tagħha.

5 U wildet iben,+ tifel, li għandu jirgħa lill-​ġnus kollha b’xettru tal-​ħadid.+ U t-​tarbija tagħha ttieħdet lejn Alla u lejn it-​tron tiegħu.+ 6 U l-​mara ħarbet fix-​xagħri,+ fejn kellha post imħejji minn Alla, biex hemmhekk jitimgħuha+ għal elf, mitejn u sittin jum.+

7 U faqqgħet gwerra fis-​sema: Mikiel+ u l-​anġli tiegħu tqabdu mad-​dragun, u d-​dragun u l-​anġli tiegħu tqabdu 8 imma ma rebaħx, u ma kienx għad hemm post għalihom fis-​sema. 9 Għalhekk, twaddab għal isfel id-​dragun il-​kbir,+ is-​serp oriġinali,+ dak li hu msejjaħ Xitan+ u Satana,+ li qed iqarraq bl-​art abitata kollha;+ twaddab ’l isfel lejn l-​art,+ u l-​anġli tiegħu twaddbu għal isfel miegħu. 10 U smajt leħen għoli fis-​sema jgħid:

“Issa bdew iseħħu s-​salvazzjoni+ u l-​qawwa+ u s-​saltna t’Alla tagħna+ u l-​awtorità tal-​Kristu tiegħu,+ għax twaddab għal isfel l-​akkużatur taʼ ħutna, dak li lejl u nhar jakkużahom quddiem Alla tagħna!+ 11 U huma rebħulu+ minħabba d-​demm tal-​Ħaruf+ u minħabba l-​kelma li xehdu dwarha,+ u ma ħabbewx ħajjithom*+ saħansitra meta ġew wiċċ imbwiċċ mal-​mewt. 12 Għalhekk, ifirħu smewwiet u intom li tgħammru fihom!+ Gwaj+ għall-​art u għall-​baħar,+ għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”+

13 Issa meta d-​dragun ra li kien twaddab ’l isfel lejn l-​art,+ ippersegwita lill-​mara+ li wildet lit-​tifel. 14 Imma lill-​mara ngħatawlha ż-​żewġ ġwienaħ taʼ l-​ajkla l-​kbira,+ sabiex ittir fix-​xagħri+ lejn postha; hemmhekk tiġi mitmugħa+ għal żmien u żminijiet u nofs żmien+ ’il bogħod minn wiċċ is-​serp.+

15 U s-​serp qalaʼ minn ħalqu bħal xmara ilma+ wara l-​mara, biex jgħarraqha bix-​xmara.+ 16 Imma l-​art ġiet biex tgħin lill-​mara,+ u l-​art fetħet ħalqha u belgħet ix-​xmara li d-​dragun kien qalaʼ minn ħalqu. 17 U d-​dragun imtela bil-​korla għall-​mara,+ u mar biex jiggwerra kontra l-​bqija taʼ nisilha, dawk li josservaw il-​kmandamenti t’Alla u li għandhom ix-​xogħol li jixhdu+ dwar Ġesù.

13 U waqaf fuq ir-​ramel+ tal-​baħar.

U rajt bhima salvaġġa+ tielgħa mill-​baħar,+ b’għaxart iqrun+ u b’sebat irjus,+ u fuq qrunha kellha għaxar dijademi, u fuq irjusha kellha ismijiet midgħija.+ 2 Issa l-​bhima salvaġġa li rajt kienet bħal leopard,+ imma saqajha kienu bħal taʼ ors,+ u ħalqha kien bħal ħalq taʼ ljun.+ U d-​dragun+ ta lill-​bhima l-​qawwa u t-​tron tagħha u awtorità kbira.+

3 U rajt waħda minn irjusha qisha midruba għall-​mewt, imma l-​ferita fatali+ fiqitilha, u l-​art kollha marret wara l-​bhima salvaġġa b’ammirazzjoni. 4 U taw qima lid-​dragun għax kien ta l-​awtorità lill-​bhima salvaġġa, u taw qima lill-​bhima salvaġġa bil-​kliem: “Min hu bħall-​bhima salvaġġa, u min jistaʼ jitqabad magħha?” 5 U ngħatalha fomm li jgħid kliem taʼ kburija+ u taʼ dagħa,+ u ngħatatilha awtorità biex taġixxi għal tnejn u erbgħin xahar.+ 6 U fetħet fommha biex tidgħi kontra Alla,+ biex tidgħi b’ismu u bil-​post fejn jgħammar, u anki b’dawk li jgħammru fis-​sema.+ 7 U ngħatalha+ li tiggwerra kontra l-​qaddisin u tirbħilhom,+ u ngħatatilha awtorità fuq kull tribù u poplu u lsien u ġens. 8 U dawk kollha li jgħammru fuq l-​art iqimuha; ħadd minnhom, sa mit-​tisjis tad-​dinja,+ m’għandu ismu miktub fir-​romblu+ tal-​ħajja tal-​Ħaruf li nqatel.+

9 Min għandu widnejn, ħa jismaʼ.+ 10 Min għandu jmur fil-​jasar, fil-​jasar imur.+ Min joqtol bis-​sejf, bis-​sejf irid jinqatel.+ Hawn hu fejn il-​qaddisin+ jeħtieġu s-​sabar+ u l-​fidi.+

11 U rajt bhima salvaġġa+ oħra tielgħa mill-​art,+ u kellha żewġt iqrun bħal ħaruf, imma bdiet titkellem bħal dragun.+ 12 U kienet teżerċita l-​awtorità kollha taʼ l-​ewwel bhima salvaġġa+ quddiemha stess. U ġiegħlet lill-​art u lil dawk li jgħammru fiha jqimu lill-​ewwel bhima salvaġġa li l-​ferita fatali tagħha fiqitilha.+ 13 U kienet twettaq sinjali kbar,+ biex saħansitra ġġiegħel in-​nar jinżel mis-​sema għal fuq l-​art quddiem għajnejn il-​bnedmin.

14 U kienet tqarraq b’dawk li jgħammru fuq l-​art, minħabba s-​sinjali li ngħatat biex twettaq quddiem il-​bhima salvaġġa, waqt li tgħid lil dawk li jgħammru fuq l-​art biex jagħmlu xbieha+ tal-​bhima salvaġġa li kellha l-​ferita tas-​sejf+ iżda stejqret. 15 U ngħatalha li tagħti n-​nifs lix-​xbieha tal-​bhima salvaġġa, sabiex ix-​xbieha tal-​bhima salvaġġa titkellem u ġġiegħel li jinqatel kulmin ma jkunx irid iqim lix-​xbieha+ tal-​bhima salvaġġa.

16 U ġiegħlet li l-​bnedmin kollha,+ iż-​żgħar u l-​kbar, l-​għonja u l-​foqra, u l-​ħelsin u l-​ilsiera, issirilhom marka f’idhom il-​leminija jew fuq ġbinhom,+ 17 u biex ħadd ma jkun jistaʼ jixtri jew ibigħ ħlief min ikollu l-​marka, isem+ il-​bhima salvaġġa jew in-​numru taʼ isimha.+ 18 Hawn jidħol l-​għerf: Min għandu l-​intelliġenza ħa jikkalkula n-​numru tal-​bhima salvaġġa, għax hu n-​numru taʼ bniedem;+ u n-​numru tagħha hu sitt mija u sitta u sittin.+

14 U rajt, u, ara, il-​Ħaruf+ wieqaf fuq il-​Muntanja Sijon,+ u miegħu kien hemm mija u erbgħa u erbgħin elf+ li kellhom ismu u isem Missieru+ miktubin fuq ġbinhom. 2 U smajt ħoss ġej mis-​sema bħall-​ħoss taʼ ħafna ilmijiet+ u bħall-​ħoss taʼ ragħad qawwi; u l-​ħoss li smajt kien bħal taʼ kantanti li jakkumpanjaw lilhom infushom u jdoqqu l-​arpi tagħhom.+ 3 U kienu qed ikantaw+ bħal għanja ġdida+ quddiem it-​tron u quddiem l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ u l-​anzjani;+ u ħadd ma setaʼ jitgħallem dik l-​għanja ħlief il-​mija u erbgħa u erbgħin elf+ li nxtraw+ mill-​art. 4 Dawn huma dawk li ma tniġġsux man-​nisa;+ fil-​fatt, huma safjin.*+ Dawn huma dawk li jibqgħu mexjin wara l-​Ħaruf kulfejn imur.+ Dawn inxtraw+ minn fost il-​bnedmin bħala l-​ewwel frott+ għal Alla u għall-​Ħaruf, 5 u ebda gidba ma nstabet f’fommhom;+ huma bla difett.+

6 U rajt anġlu ieħor itir f’nofs is-​sema,+ u kellu aħbar tajba+ taʼ dejjem biex ixandarha bħala bxara taʼ ferħ lil dawk li jgħammru fuq l-​art, u lil kull ġens u tribù u lsien u poplu,+ 7 u qal b’leħen għoli: “Ibżgħu minn Alla+ u agħtuh glorja,+ għax waslet is-​siegħa biex jagħmel il-​ġudizzju,+ u għalhekk qimu lil Dak li għamel+ is-​sema u l-​art u l-​baħar u l-​għejun taʼ l-​ilmijiet.”+

8 Imbagħad ġie anġlu ieħor, it-​tieni wieħed, u qal: “Waqgħet! Waqgħet+ Babilonja+ l-​Kbira, dik li ġiegħlet lill-​ġnus kollha jixorbu mill-​inbid+ tar-​rabja, l-​inbid taż-​żína tagħha!”+

9 Imbagħad ġie warajhom anġlu ieħor, it-​tielet wieħed, u qal b’leħen għoli: “Min iqim il-​bhima salvaġġa+ u x-​xbieha tagħha,+ u jirċievi marka fuq ġbinu jew fuq idu,+ 10 jixrob hu wkoll mill-​inbid tar-​rabja t’Alla li jitferraʼ, mhux imħallat, fil-​kies tal-​korla tiegħu,+ u jiġi turmentat+ bin-​nar u l-​kubrit+ quddiem l-​anġli mqaddsa u quddiem il-​Ħaruf. 11 U d-​duħħan tat-​turment tagħhom jitlaʼ għal dejjem taʼ dejjem,+ u lejl u nhar m’għandhomx mistrieħ, dawk li jqimu l-​bhima salvaġġa u x-​xbieha tagħha, u kulmin jirċievi l-​marka+ taʼ isimha. 12 Hawn hu fejn jeħtieġu s-​sabar il-​qaddisin,+ dawk li josservaw il-​kmandamenti t’Alla+ u l-​fidi+ taʼ Ġesù.”

13 U smajt leħen ġej mis-​sema jgħidli: “Ikteb: Henjin dawk li jmutu+ f’unjoni mal-​Mulej+ minn dan iż-​żmien ’il quddiem.+ Iva, jgħid l-​ispirtu, ħa jistrieħu mit-​taħbit tagħhom, għax dak li għamlu jmur dritt magħhom.”

14 U rajt, u, ara, sħaba bajda, u fuq is-​sħaba xi ħadd bil-​qiegħda bħal bin il-​bniedem,+ b’kuruna tad-​deheb+ fuq rasu u minġel misnun f’idu.

15 U ħareġ anġlu ieħor mis-​santwarju tat-​tempju, u għajjat b’leħen għoli lil dak li kien bil-​qiegħda fuq is-​sħaba: “Daħħal il-​minġel tiegħek u aħsad,+ għax waslet is-​siegħa biex tibda taħsad, għax il-​prodott+ taʼ l-​art misjur għalkollox.”+ 16 U dak li kien bil-​qiegħda fuq is-​sħaba medd il-​minġel tiegħu lejn l-​art, u l-​art sarilha l-​ħsad.

17 U ħareġ anġlu ieħor mis-​santwarju tat-​tempju li qiegħed fis-​sema,+ u hu wkoll kellu minġel misnun.

18 U ħareġ jerġaʼ anġlu ieħor mill-​artal u kellu awtorità fuq in-​nar.+ U għajjat b’leħen għoli lil dak li kellu l-​minġel misnun u qallu: “Daħħal il-​minġel misnun tiegħek u aqtaʼ l-​għenieqed tad-​dielja taʼ l-​art,+ għax l-​għeneb tagħha sar.” 19 U l-​anġlu+ medd il-​minġel tiegħu lejn l-​art u qataʼ d-​dielja+ taʼ l-​art, u tefagħha fil-​magħsar taʼ l-​inbid il-​kbir tar-​rabja t’Alla.+ 20 U l-​magħsar taʼ l-​inbid intgħasar barra l-​belt,+ u mill-​magħsar ħareġ demm m’ogħla l-​ilġiem taż-​żwiemel,+ fuq medda t’elf u sitt mitt stadju.+

15 U rajt fis-​sema sinjal ieħor,+ kbir u taʼ l-​għaġeb, sebaʼ anġli+ b’sebaʼ kastigi.+ Dawn huma taʼ l-​aħħar, għax permezz tagħhom tintemm ir-​rabja+ t’Alla.+

2 U rajt bħal baħar tal-​ħġieġ+ imħallat bin-​nar, u lil dawk li ħarġu rebbiħin+ fuq il-​bhima salvaġġa u fuq ix-​xbieha tagħha+ u fuq in-​numru+ taʼ isimha rajthom weqfin ħdejn il-​baħar tal-​ħġieġ,+ u kellhom l-​arpi+ t’Alla. 3 U kienu qed ikantaw l-​għanja taʼ Mosè,+ l-​ilsir t’Alla, u l-​għanja tal-​Ħaruf,+ u jgħidu:

“Kbar u taʼ l-​għaġeb l-​għemejjel tiegħek,+ Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox.+ Ġusti u veri triqatek,+ Sultan taʼ l-​eternità.+ 4 Min tassew ma jibżax minnek,+ Ġeħova,+ u ma jigglorifikax lil ismek,+ għax int biss leali?+ Il-​ġnus kollha jiġu u jqimu quddiemek,+ għax id-​digrieti ġusti tiegħek saru evidenti.”+

5 U wara dan rajt, u fis-​sema nfetaħ+ is-​santwarju tat-​tinda+ tax-​xiehda,+ 6 u mis-​santwarju ħarġu s-​sebaʼ anġli+ bis-​sebaʼ kastigi,+ u kienu lebsin għażel+ nadif u jiddi, u madwar sidirhom kellhom ħżiem tad-​deheb. 7 U wieħed mill-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ ta lis-​sebaʼ anġli sebaʼ bwieqi tad-​deheb mimlijin bir-​rabja t’Alla,+ li jgħix għal dejjem taʼ dejjem.+ 8 U s-​santwarju mtela bid-​duħħan minħabba l-​glorja t’Alla+ u minħabba l-​qawwa tiegħu, u ħadd ma setaʼ jidħol fis-​santwarju sakemm intemmew is-​sebaʼ kastigi+ tas-​sebaʼ anġli.

16 U smajt leħen għoli+ ġej mis-​santwarju jgħid lis-​sebaʼ anġli: “Morru u ferrgħu s-​sebaʼ bwieqi tar-​rabja+ t’Alla fuq l-​art.”

2 U l-​ewwel wieħed+ telaq u ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq l-​art.+ U pjaga+ taʼ wġigħ u bla fejqan ġiet fuq il-​bnedmin li kellhom il-​marka tal-​bhima salvaġġa+ u li kienu qed iqimu x-​xbieha tagħha.+

3 U t-​tieni wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq il-​baħar.+ U dan sar demm+ bħal taʼ bniedem mejjet, u mietet kull ruħ ħajja, iva, dak li kien hemm fil-​baħar.+

4 U t-​tielet wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xmajjar+ u l-​għejun taʼ l-​ilmijiet. U dawn saru demm.+ 5 U smajt l-​anġlu li kien fuq l-​ilmijiet jgħid: “Int, Dak li hu u li kien,+ il-​Leali,+ int ġust, għax ħadt dawn id-​deċiżjonijiet,+ 6 għax huma xerrdu d-​demm tal-​qaddisin u tal-​profeti,+ u int tajthom demm+ x’jixorbu. Hekk ħaqqhom.”+ 7 U smajt l-​artal jgħid: “Iva, Alla Ġeħova, li Tistaʼ Kollox,+ veri u ġusti huma d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek.”+

8 U r-​rabaʼ wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xemx; u x-​xemx ngħatalha li tikwi+ lill-​bnedmin bin-​nar. 9 U l-​bnedmin inkwew bi sħana kbira, imma dgħaw bl-​isem+ t’Alla, li għandu l-​awtorità+ fuq dawn il-​kastigi, u ma nidmux sabiex jagħtuh glorja.+

10 U l-​ħames wieħed ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq it-​tron tal-​bhima salvaġġa.+ U saltnatha ddallmet,+ u bdew jigdmu lsienhom bl-​uġigħ, 11 imma huma dgħaw+ bl-​Alla tas-​sema minħabba l-​uġigħ u l-​pjagi tagħhom, u ma nidmux minn għemilhom.

12 U s-​sitt wieħed+ ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq ix-​xmara l-​kbira Ewfrat,+ u l-​ilma tagħha nixef,+ sabiex titħejja t-​triq għas-​slaten+ li jiġu minn tlugħ ix-​xemx.

13 U rajt tliet espressjonijiet imnebbħin,+ li ma kinux nodfa u li kienu qishom żrinġijiet,+ ħerġin minn ħalq id-​dragun+ u minn ħalq il-​bhima salvaġġa+ u minn ħalq il-​profeta falz.+ 14 Fil-fatt, dawn huma espressjonijiet imnebbħin+ mid-​demonji u jwettqu sinjali+ u jmorru għand is-​slaten+ taʼ l-​art abitata kollha,+ biex jiġbruhom flimkien għall-​gwerra+ tal-​jum il-​kbir+ t’Alla li Jistaʼ Kollox.+

15 “Ara! Jien ġej bħal ħalliel.+ Hieni min jibqaʼ mqajjem+ u jżomm ħwejġu, sabiex ma jimxix għarwien u n-​nies jaraw l-​għajb tiegħu.”+

16 U ġabruhom flimkien lejn il-​post li bl-​Ebrajk jissejjaħ Ħar–Magedon.*+

17 U s-​sebaʼ wieħed ferraʼ l-​bieqja tiegħu fuq l-​arja.+ Għal dan, mis-​santwarju ħareġ leħen għoli+ ġej mit-​tron, u qal: “Dan seħħ!” 18 U kien hemm sajjetti u ilħna u ragħad, u sar terremot kbir+ li bħalu qatt ma sar minn mindu l-​bniedem beda jeżisti fuq l-​art,+ terremot tassew mifrux,+ tassew kbir. 19 U l-​belt il-​kbira+ nqasmet fi tliet partijiet, u l-​bliet tal-​ġnus waqgħu; u Babilonja l-​Kbira+ ġiet miftakra quddiem Alla, sabiex jagħtiha l-​kies taʼ l-​inbid tar-​rabja tal-​korla tiegħu.+ 20 Ukoll, kull gżira ħarbet, u ma nstabux muntanji.+ 21 U silġ oħxon+ b’kull silġa tiżen madwar talent niżel mis-​sema fuq il-​bnedmin, u l-​bnedmin dgħaw+ b’Alla minħabba l-​kastig tas-​silġ,+ għax il-​kastig kien kbir b’mod mhux tas-​soltu.

17 U wieħed mis-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ bwieqi+ ġie jkellimni u qalli: “Ejja ħa nurik il-​ġudizzju fuq il-​prostituta l-​kbira+ li qiegħda bil-​qiegħda fuq ħafna ilmijiet+ 2 u li żnew magħha s-​slaten taʼ l-​art,+ waqt li dawk li jabitaw fuq l-​art sikru bl-​inbid taż-​żína tagħha.”+

3 U ħadni f’xagħri bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu.+ U lmaħt mara bil-​qiegħda fuq bhima salvaġġa+ lewn l-​iskarlat li kienet mimlija ismijiet midgħija+ u li kellha sebat irjus+ u għaxart iqrun. 4 U l-​mara kienet imdandna bil-​porpra+ u l-​iskarlat+ u mżejna bid-​deheb u l-​ħaġar prezzjuż u l-​perli+ u f’idha kellha kies tad-​deheb+ li kien mimli bil-​qżiżijiet+ u l-​ħmieġ taż-​żína tagħha.+ 5 U fuq ġbinha kien hemm miktub isem, misteru:+ “Babilonja l-​Kbira, omm il-​prostituti+ u l-​qżiżijiet taʼ l-​art.”+ 6 U rajt li l-​mara kienet fis-​sakra bid-​demm+ tal-​qaddisin u bid-​demm tax-​xhieda taʼ Ġesù.+

U x’ħin ilmaħtha stagħġibt bi stagħġib kbir.+ 7 Għalhekk, l-​anġlu qalli: “Għala stagħġibt? Ħa ngħidlek il-​misteru tal-​mara+ u tal-​bhima salvaġġa li qed iġġorrha u li għandha s-​sebat irjus u l-​għaxart iqrun:+ 8 Il-bhima salvaġġa li rajt kienet,+ imma m’hijiex, u madankollu waslet biex titlaʼ mill-​abbiss,+ u għandha l-​qerda tistennieha. U meta jaraw kif il-​bhima salvaġġa kienet, imma m’hijiex, u madankollu tkun preżenti, dawk li jgħammru fuq l-​art jistagħġbu b’ammirazzjoni, imma isimhom ma nkitibx fir-​romblu tal-​ħajja+ sa mit-​tisjis tad-​dinja.+

9 “Hawn tidħol l-​intelliġenza flimkien maʼ l-​għerf:+ Is-​sebat irjus+ ifissru sebaʼ muntanji,+ li fuqhom qiegħda bil-​qiegħda l-​mara. 10 U hemm sebaʼ slaten: ħamsa waqgħu,+ wieħed qiegħed hawn,+ u l-​ieħor għadu ma wasalx,+ imma meta jasal irid jibqaʼ għal żmien qasir.+ 11 U l-​bhima salvaġġa li kienet imma m’hijiex,+ hi stess hija sultan ieħor, it-​tmien wieħed, imma toħroġ mis-​sebgħa, u sejra għall-​qerda.

12 “U l-​għaxart iqrun li rajt ifissru għaxar slaten,+ li għadhom ma rċivewx saltna, imma jirċievu l-​awtorità bħala slaten għal siegħa waħda mal-​bhima salvaġġa. 13 Dawn għandhom ħsieb wieħed, u għalhekk jagħtu l-​qawwa u l-​awtorità tagħhom lill-​bhima salvaġġa.+ 14 Dawn jitqabdu mal-​Ħaruf,+ imma, peress li hu Sid tas-​sidien u Sultan tas-​slaten,+ il-​Ħaruf jirbħilhom.+ Anki dawk li huma msejħin u magħżulin u leali miegħu jirbħulhom.”+

15 U qalli: “L-​ilmijiet li rajt, fejn qiegħda bil-​qiegħda l-​prostituta, ifissru popli u folol u ġnus u ilsna.+ 16 U l-​għaxart iqrun+ li rajt, u l-​bhima salvaġġa,+ dawn se jobogħdu lill-​prostituta+ u jħarbtuha u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha u jaħarquha għalkollox bin-​nar.+ 17 Għax Alla daħħlilhom fi qlubhom li jwettqu l-​ħsieb tiegħu,+ saħansitra li jwettqu l-​ħsieb wieħed tagħhom billi jagħtu s-​saltna tagħhom lill-​bhima salvaġġa,+ sakemm ikun twettaq il-​kliem t’Alla.+ 18 U l-​mara+ li rajt tfisser il-​belt il-​kbira li għandha saltna fuq is-​slaten taʼ l-​art.”+

18 Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-​sema, b’awtorità kbira;+ u l-​art iddawlet bil-​glorja tiegħu.+ 2 U għajjat b’leħen qawwi+ u qal: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja l-​Kbira,+ u saret post fejn jgħammru d-​demonji u moħba għal kull nifs+ mhux nadif u moħba għal kull tajra mhix nadifa u mibgħuda!+ 3 Għax minħabba l-​inbid tar-​rabja, l-​inbid taż-​żína tagħha, il-​ġnus kollha sfaw vittmi,+ u s-​slaten taʼ l-​art żnew+ magħha u l-​merkanti taʼ l-​art li jivvjaġġaw+ stagħnew minħabba l-​qawwa tal-​lussu li għexet fih bla mistħija.”+

4 U smajt leħen ieħor mis-​sema jgħid: “Oħorġu minnha, poplu tiegħi,+ jekk ma tridux tieħdu sehem magħha fi dnubietha,+ u jekk ma tridux tirċievu parti mill-​kastigi tagħha. 5 Għax dnubietha nġemgħu u għolew sas-​sema,+ u Alla ftakar fl-​atti taʼ inġustizzja tagħha.+ 6 Roddulha saħansitra bħalma raddet hi,+ u agħmlulha d-​doppju, iva, id-​doppju taʼ dak li għamlet;+ fil-​kies+ li ħalltet fih ħalltulha+ d-​doppju.+ 7 Daqskemm igglorifikat lilha nfisha u għexet f’lussu bla mistħija, daqshekk ieħor agħtuha turment u niket.+ Għax f’qalbha qed tgħid, ‘Jien qiegħda bil-​qiegħda bħala sultana,+ u m’iniex armla,+ u qatt ma se nara niket.’+ 8 Huwa għalhekk li f’jum wieħed jiġu l-​kastigi tagħha,+ mewt, niket, u ġuħ, u tinħaraq għalkollox bin-​nar,+ għax Alla Ġeħova, li ġġudikaha, hu b’saħħtu.+

9 “U s-​slaten+ taʼ l-​art li żnew magħha u għexu f’lussu bla mistħija se jibku u jħabbtu fuq sidirhom bin-​niket għaliha,+ meta jaraw id-​duħħan+ tal-​ħruq tagħha, 10 waqt li joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-​turment tagħha u jgħidu,+ ‘Jaħasra, jaħasra, il-​belt il-​kbira,+ Babilonja, il-​belt b’saħħitha, għax f’siegħa waħda wasal il-​ġudizzju tiegħek!’+

11 “Ukoll, il-​merkanti taʼ l-​art li jivvjaġġaw+ qed jibku u jitnikktu għaliha,+ għax m’għadx hemm min jixtri l-​merkanzija kollha tagħhom, 12 il-merkanzija+ kollha taʼ deheb u fidda u ħaġar prezzjuż u perli u għażel fin u porpra u ħarir u skarlat; u kull ħaġa magħmula minn injam aromatiku u kull xorta taʼ oġġett taʼ l-​avorju u kull xorta taʼ oġġett magħmul mill-​iktar injam prezzjuż u mir-​ram aħmar u mill-​ħadid u mill-​irħam;+ 13 ukoll kannella u ħwawar mill-​Indja u inċens u żejt ifuħ u inċens abjad u nbid u żejt taż-​żebbuġa u dqiq fin u qamħ u baqar u nagħaġ, u żwiemel u karozzelli u lsiera u erwieħ umani.+ 14 Iva, il-​frott mill-​aqwa li xtaqet ruħek tbiegħed minnek,+ u l-​ħlewwa kollha u l-​ġmiel kollu għabu mingħandek, u n-​nies qatt iżjed ma jsibuhom.+

15 “Il-​merkanti li jivvjaġġaw+ u li jbigħu dawn l-​affarijiet u li stagħnew minn fuqha se joqogħdu ’l bogħod għax jibżgħu mit-​turment tagħha u jibku u jitnikktu+ 16 u jgħidu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-​belt il-​kbira,+ liebsa l-​għażel fin u l-​porpra u l-​iskarlat, u mżejna b’abbundanza t’ornamenti tad-​deheb u ħaġar prezzjuż u perli,+ 17 għax f’siegħa waħda saru ħerba dawn ir-​rikkezzi kollha!’+

“U kull kaptan taʼ bastiment u kull bniedem li jsiefer,+ u baħrin u dawk kollha li jaqilgħu x’jieklu mill-​baħar, qagħdu ’l bogħod+ 18 u, waqt li ħarsu lejn id-​duħħan tal-​ħruq tagħha, għajtu u qalu, ‘Liema belt hi bħall-​belt il-​kbira?’+ 19 U xeħtu t-​trab fuq rashom+ u, waqt li bkew u tnikktu,+ għajtu u qalu, ‘Jaħasra, jaħasra—il-​belt il-​kbira, li fiha dawk kollha li kellhom iġfna fil-​baħar+ stagħnew+ bis-​saħħa taʼ ġidha, għax f’siegħa waħda saret ħerba!’+

20 “Ifraħ minħabba fiha, O sema,+ u anki intom il-​qaddisin+ u intom l-​appostli+ u intom il-​profeti, għax Alla għamel ġudizzju minnha u taha l-​kastig minħabba fikom!”+

21 U anġlu b’saħħtu refaʼ ġebla bħal ġebla kbira+ taʼ mitħna u xeħitha fil-​baħar+ u qal: “Hekk, bil-​ħeffa se tinxteħet għal isfel Babilonja, il-​belt il-​kbira, u qatt iktar ma terġaʼ tinstab.+ 22 U qatt iżjed+ ma jinstemaʼ fik il-​ħoss tal-​kantanti li jakkumpanjaw lilhom infushom fuq l-​arpa u tal-​mużiċisti u tal-​flawtisti u tat-​trumbettieri, u ebda bniedem taʼ xi sengħa ma jerġaʼ jinstab fik, u ebda ħoss taʼ mitħna titħan ma jerġaʼ jinstemaʼ fik, 23 u ebda dawl taʼ musbieħ ma jerġaʼ jiddi fik, u ebda leħen t’għarus u t’għarusa ma jerġaʼ jinstemaʼ fik;+ għax il-​merkanti tiegħek li jivvjaġġaw+ kienu l-​kbarat taʼ l-​art,+ għax il-​ġnus kollha ġew imqarrqin bil-​prattika spiritistika tiegħek.+ 24 Iva, fiha nstab id-​demm+ tal-​profeti+ u tal-​qaddisin+ u taʼ dawk kollha li nqatlu fuq l-​art.”+

19 Wara dan smajt bħal leħen għoli taʼ folla kbira fis-​sema.+ Qalu: “Faħħru lil Jah!*+ Is-​salvazzjoni+ u l-​glorja u l-​qawwa huma t’Alla tagħna,+ 2 għax il-​ġudizzji tiegħu huma veri u ġusti.+ Għax għamel ġudizzju mill-​prostituta l-​kbira li ħassret l-​art biż-​żína tagħha, u vvendika ruħu minnha għad-​demm taʼ l-​ilsiera tiegħu.”+ 3 U minnufih qalu għat-​tieni darba: “Faħħru lil Jah!+ Iva, id-​duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ għal dejjem taʼ dejjem.”+

4 U l-​erbgħa u għoxrin anzjan+ u l-​erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ inxteħtu jagħtu qima lil Alla li qiegħed bil-​qiegħda+ fuq it-​tron, u qalu: “Amen! Faħħru lil Jah!”+

5 Ukoll, ħareġ leħen mit-​tron u qal: “Faħħru lil Alla tagħna, intom l-​ilsiera kollha tiegħu,+ li tibżgħu minnu, kemm żgħar u kemm kbar.”+

6 U smajt bħal leħen taʼ folla kbira u bħal ħoss taʼ ħafna ilmijiet u bħal ħoss taʼ ragħad qawwi. Qalu: “Faħħru lil Jah,+ għax Ġeħova Alla tagħna, li Jistaʼ Kollox,+ beda jsaltan.+ 7 Ħa nithennew u nifirħu bil-​kbir, u ħa nagħtuh il-​glorja,+ għax wasal+ iż-​żwieġ+ tal-​Ħaruf, u martu ħejjiet ruħha.+ 8 Iva, ngħatalha li tiżżejjen b’għażel fin, nadif, u jiddi, għax l-​għażel fin jirrappreżenta l-​atti ġusti tal-​qaddisin.”+

9 U qalli: “Ikteb: Henjin dawk li huma mistidnin+ għall-​ikla taʼ fil-​għaxija taż-​żwieġ tal-​Ħaruf.”+ Ukoll, qalli: “Dan il-​kliem t’Alla hu veru.”+ 10 Għal dan inxtħett f’riġlejh biex inqimu.+ Iżda qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk!+ Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li għandhom ix-​xogħol li jagħtu xiehda dwar Ġesù.+ Qim lil Alla;+ għax l-​għoti taʼ xiehda dwar Ġesù hu li jnebbaħ l-​ipprofetizzar.”+

11 U rajt is-​sema jinfetaħ, u, ara, żiemel abjad.+ U dak li kien riekeb fuqu kien jismu Leali*+ u Veru,+ u kien jiġġudika u jiggwerra bil-​ġustizzja.+ 12 Għajnejh fjamma nar,+ u fuq rasu kien hemm ħafna dijademi.+ Kellu isem+ miktub li ħadd ħliefu ma kien jafu, 13 u kien imżejjen b’mantar imraxxax bid-​demm,+ u ismu kien Il-​Kelma+ t’Alla. 14 Ukoll, l-​armati li kienu fis-​sema marru warajh fuq żwiemel bojod, u kienu lebsin għażel fin, abjad, u nadif. 15 U minn fommu kienet ħierġa xabla twila li taqtaʼ,+ biex bih jidrob lill-​ġnus, u jirgħahom b’xettru tal-​ħadid.+ Għasar ukoll il-​magħsar taʼ l-​inbid+ tar-​rabja tal-​korla t’Alla+ li Jistaʼ Kollox. 16 U fuq il-​mantar tiegħu, iva, fuq koxxtu, kellu isem miktub, Sultan tas-​slaten u Sid tas-​sidien.+

17 U rajt ukoll anġlu wieqaf fix-​xemx, u għajjat b’leħen għoli u qal lill-​għasafar+ kollha li jtiru f’nofs is-​sema: “Ejjew ’l hawn, inġabru għall-​ikla l-​kbira taʼ fil-​għaxija t’Alla, 18 biex tieklu l-​laħam+ tas-​slaten u l-​laħam tal-​kmandanti militari u l-​laħam tan-​nies b’saħħithom+ u l-​laħam taż-​żwiemel+ u tar-​rikkieba tagħhom, u l-​laħam taʼ kulħadd, tal-​ħielsa u taʼ l-​ilsiera, taż-​żgħar u tal-​kbar.”

19 U rajt il-​bhima salvaġġa+ u s-​slaten+ taʼ l-​art u l-​armati tagħhom miġburin biex jiggwerraw+ kontra dak li kien riekeb fuq iż-​żiemel+ u kontra l-​armata tiegħu. 20 U l-​bhima salvaġġa+ nqabdet, u magħha nqabad ukoll il-​profeta falz+ li kien iwettaq quddiemha s-​sinjali+ li bihom qarraq lil dawk li rċivew il-​marka+ tal-​bhima salvaġġa u lil dawk li jagħtu qima lix-​xbieha tagħha.+ Waqt li kienu għadhom ħajjin, xeħtuhom it-​tnejn fl-​għadira tan-​nar jaqbad bil-​kubrit.+ 21 Imma l-​bqija nqatlu bix-​xabla twila taʼ dak li kien riekeb fuq iż-​żiemel,+ ix-​xabla li kienet ħierġa minn fommu.+ U l-​għasafar+ kollha mtlew+ b’laħamhom.+

20 U rajt anġlu nieżel mis-​sema bil-​muftieħ taʼ l-​abbiss+ u b’katina kbira f’idu. 2 U ħataf lid-​dragun,+ is-​serp oriġinali,+ li hu x-​Xitan+ u Satana,+ u rabtu għal elf sena. 3 U xeħtu fl-​abbiss,+ li mbagħad għalqu fih u ssiġillah, biex ma jqarraqx iktar bil-​ġnus sakemm jintemmu l-​elf sena. Wara dan ikollu jinħall għal ftit taż-​żmien.+

4 U rajt tronijiet,+ u kien hemm dawk li qagħdu bil-​qiegħda fuqhom, u ngħatatilhom il-​qawwa li jiġġudikaw.+ Iva, rajt l-​erwieħ taʼ dawk maqtulin bil-​mannara minħabba li xehdu dwar Ġesù u tkellmu dwar Alla, iva, dawk li la kienu qiemu lill-​bhima salvaġġa+ u lanqas lix-​xbieha tagħha+ u li ma kinux irċivew il-​marka fuq ġbinhom u fuq idhom.+ U ħadu l-​ħajja u saltnu+ mal-​Kristu għal elf sena. 5 (Il-bqija tal-​mejtin+ ma ħadux il-​ħajja qabel ma ntemmew l-​elf sena.)+ Dan hu l-​ewwel+ irxoxt. 6 Hieni+ u qaddis+ hu min għandu sehem mill-​ewwel irxoxt; fuq dawn it-​tieni mewt+ m’għandhiex awtorità,+ imma jkunu qassisin+ t’Alla u tal-​Kristu, u jsaltnu miegħu għall-​elf sena.+

7 Issa malli jintemmu l-​elf sena, Satana jinħall mill-​ħabs tiegħu, 8 u joħroġ biex iqarraq b’dawk il-​ġnus fl-​erbaʼ rokniet taʼ l-​art, Gog u Magog, biex jiġborhom għall-​gwerra. L-​għadd tagħhom hu bħar-​ramel tal-​baħar.+ 9 U avanzaw mal-​wisaʼ kollha taʼ l-​art u dawru l-​kamp tal-​qaddisin+ u l-​belt maħbuba.+ Imma niżel nar mis-​sema u belagħhom.+ 10 U x-​Xitan+ li kien qed iqarraq bihom ġie mixħut fl-​għadira tan-​nar u l-​kubrit, fejn kien hemm diġà l-​bhima salvaġġa+ u l-​profeta falz;+ u jiġu turmentati lejl u nhar għal dejjem taʼ dejjem.

11 U rajt tron kbir abjad u lil dak li kien bil-​qiegħda fuqu.+ Minn quddiemu ħarbu l-​art u s-​sema,+ u ma nstabx post għalihom. 12 U rajt il-​mejtin, il-​kbar u ż-​żgħar,+ weqfin quddiem it-​tron, u nfetħu r-​rombli. U nfetaħ romblu ieħor, ir-​romblu tal-​ħajja.+ U l-​mejtin ġew ġudikati fuq dak li kien miktub fir-​rombli skond l-​għemejjel tagħhom.+ 13 U l-​baħar radd il-​mejtin li kienu fih, u l-​mewt u l-​Qabar* raddew il-​mejtin+ li kienu fihom, u ġew ġudikati individwalment skond l-​għemejjel tagħhom.+ 14 U l-​mewt+ u l-​Qabar ġew mixħutin fl-​għadira tan-​nar. Din tfisser it-​tieni mewt,+ l-​għadira tan-​nar.+ 15 Iktar minn hekk, kulmin ma nstabx miktub fil-​ktieb tal-​ħajja+ ġie mixħut fl-​għadira tan-​nar.+

21 U rajt sema ġdid+ u art ġdida;+ għax is-​sema taʼ qabel+ u l-​art taʼ qabel+ kienu għaddew, u l-​baħar+ ma kienx għadu jeżisti. 2 Rajt ukoll il-​belt qaddisa,+ Ġerusalemm il-​Ġdida, nieżla mis-​sema+ mingħand Alla u mħejjija bħal għarusa+ mżejna għal żewġha.+ 3 U smajt leħen għoli ġej mit-​tron u qal: “Ara! It-​tinda+ t’Alla hi mal-​bnedmin, u hu jgħammar+ magħhom, u huma jkunu l-​popli tiegħu.+ U Alla stess ikun magħhom.+ 4 U jixxottalhom kull demgħa+ minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt,+ u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.+ L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.”+

5 U Dak li kien bil-​qiegħda fuq it-​tron+ qal: “Ara! Qed nagħmel kollox ġdid.”+ Qalli wkoll: “Ikteb, għax dan il-​kliem hu żgur u veru.” 6 U qalli: “Dan seħħ! Jien l-​Alfa u l-​Omega,* il-​bidu u t-​tmiem.+ Lil kulmin hu bil-​għatx nagħtih jixrob b’xejn mill-​għajn taʼ l-​ilma tal-​ħajja.+ 7 Kulmin jirbaħ jiret dawn l-​affarijiet, u jien inkun Alla tiegħu+ u hu jkun ibni.+ 8 Imma l-​beżżiegħa u dawk li m’għandhomx fidi+ u dawk li huma moqżieża fi ħmieġhom+ u l-​qattilin+ u ż-​żienja+ u dawk li jipprattikaw l-​ispiritiżmu u l-​idolatri+ u l-​giddibin kollha,+ sehemhom ikun fl-​għadira taqbad bin-​nar+ u l-​kubrit.+ Din tfisser it-​tieni mewt.”+

9 U ġie wieħed mis-​sebaʼ anġli li kellhom is-​sebaʼ bwieqi li kienu mimlijin bl-​aħħar sebaʼ kastigi+ u kellimni u qalli: “Ejja ’l hawn ħa nurik l-​għarusa, il-​mara tal-​Ħaruf.”+ 10 Għalhekk, ħadni bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu lejn muntanja kbira u għolja,+ u wrieni l-​belt il-​qaddisa,+ Ġerusalemm, nieżla mis-​sema mingħand Alla+ 11 u kellha l-​glorja t’Alla.+ Id-​dija tagħha kienet bħal ħaġra l-​iktar prezzjuża, bħal ħaġra tad-​djaspru tleqq daqs il-​kristall.+ 12 Kellha sur kbir+ u għoli u tnax-il bieb, u mal-​bibien kien hemm tnax-il anġlu, u kien hemm minquxin l-​ismijiet tat-​tnax-il tribù taʼ wlied Israel.+ 13 Fil-lvant kien hemm tliet bibien, u fit-​tramuntana tliet bibien, u fin-​nofsinhar tliet bibien, u fil-​punent tliet bibien.+ 14 Is-sur tal-​belt kellu wkoll tnax-il ġebla tal-​pedament,+ u fuqhom kien hemm it-​tnax-il isem tat-​tnax-il appostlu+ tal-​Ħaruf.

15 Issa dak li kien qed ikellimni kellu f’idu qasba tad-​deheb+ bħal riegla biex biha jkejjel il-​belt u l-​bibien u s-​sur tagħha.+ 16 U l-​belt kienet kwadra, u t-​tul tagħha kien daqs il-​wisaʼ tagħha. U kejjel il-​belt+ bil-​qasba, tnax-il elf stadju; it-​tul u l-​wisaʼ u l-​għoli tagħha kienu ndaqs. 17 Ukoll, kejjel is-​sur tagħha, mija u erbgħa u erbgħin kubitu, skond il-​kejl taʼ bniedem, fl-​istess ħin il-​kejl t’anġlu. 18 Issa s-​sur tagħha kien mibni bid-​djaspru,+ u l-​belt kienet deheb pur bħal ħġieġ ċar. 19 Il-pedamenti+ tas-​sur tal-​belt kienu mżejnin b’kull xorta taʼ ħaġar prezzjuż:+ l-​ewwel pedament kien djaspru,+ it-​tieni żaffir,+ it-​tielet kalċedonju, ir-​rabaʼ żmerald,+ 20 il-ħames sardoniċi, is-​sitta sardju, is-​sebaʼ krisolitu,+ it-​tmienja berill, id-​disaʼ topazju,+ l-​għaxar krisoprasu, il-​ħdax ġjaċint, it-​tnax ametist.+ 21 Ukoll, it-​tnax-il bieb kienu tnax-il perla; kull wieħed mill-​bibien kien magħmul minn perla waħda.+ U t-​triq il-​prinċipali tal-​belt kienet deheb pur, bħal ħġieġ trasparenti.

22 U fiha ma rajtx tempju,+ għax Alla Ġeħova+ li Jistaʼ Kollox+ kien it-​tempju tagħha,+ kif ukoll il-​Ħaruf.+ 23 U l-​belt la kellha bżonn ix-​xemx u lanqas il-​qamar biex jiddu fuqha, għax il-​glorja t’Alla dawlitha,+ u l-​musbieħ tagħha kien il-​Ħaruf.+ 24 U l-​ġnus jimxu fid-​dawl tagħha,+ u s-​slaten taʼ l-​art iġibu fiha l-​glorja tagħhom.+ 25 U l-​bibien tagħha ma jingħalqu xejn matul il-​jum,+ għax il-​lejl ma jkunx jeżisti hemmhekk.+ 26 U jġibu fiha l-​glorja u l-​unur tal-​ġnus.+ 27 Imma kulma hu mniġġes u kulmin jibqaʼ jagħmel affarijiet moqżieża+ u jgħid il-​gideb+ żgur ma jidħolx fiha;+ jidħlu biss dawk li huma miktubin fir-​romblu tal-​ħajja tal-​Ħaruf.+

22 U wrieni xmara taʼ ilma tal-​ħajja,+ ċar daqs il-​kristall, ħierġa mit-​tron t’Alla u tal-​Ħaruf,+ 2 u nieżla min-​nofs it-​triq il-​prinċipali tagħha. U fuq kull naħa tax-​xmara kien hemm siġar+ tal-​ħajja li jipproduċu l-​frott tnax-il darba fis-​sena, billi jagħtu l-​frott tagħhom kull xahar.+ U l-​weraq tas-​siġar kien għall-​fejqan tal-​ġnus.+

3 U ma jkunx hemm iktar saħta,+ imma fil-​belt ikun hemm it-​tron t’Alla+ u tal-​Ħaruf,+ u l-​ilsiera tiegħu jagħtuh servizz sagru;+ 4 u jaraw wiċċu,+ u ismu jkun fuq ġbinhom.+ 5 Ukoll, ma jkunx hemm iżjed lejl,+ u la jkollhom bżonn id-​dawl tal-​musbieħ u lanqas id-​dawl tax-​xemx, għax Alla Ġeħova jitfaʼ d-​dawl+ fuqhom, u jsaltnu għal dejjem taʼ dejjem.+

6 U qalli: “Dan il-​kliem hu żgur u veru;+ iva, Ġeħova l-​Alla taʼ l-​espressjonijiet imnebbħin+ tal-​profeti+ bagħat lill-​anġlu tiegħu biex juri lill-​ilsiera tiegħu dak li jrid iseħħ dalwaqt.+ 7 U, ara! Jien ġej malajr.+ Hieni kulmin josserva kliem il-​profezija taʼ dan ir-​romblu.”+

8 Kont jien, Ġwanni, li smajt u rajt dawn l-​affarijiet. U wara li smajt u rajt, inxtħett inqim+ f’riġlejn l-​anġlu li wrieni dawn l-​affarijiet. 9 Imma qalli: “Oqgħod attent! Tagħmilx hekk! Jien sempliċement ilsir bħalek u bħal ħutek li huma profeti+ u bħal dawk li qed josservaw il-​kliem taʼ dan ir-​romblu. Qim lil Alla.”+

10 Qalli wkoll: “Tissiġillax il-​kliem tal-​profezija taʼ dan ir-​romblu, għax qorob iż-​żmien stabbilit.+ 11 Min mhux qed jagħmel is-​sewwa, ħa jkompli ma jagħmilx is-​sewwa;+ u min hu maħmuġ, ħa jkompli jitħammeġ;+ imma min hu sewwa,+ ħa jkompli jagħmel is-​sewwa, u min hu qaddis, ħa jkompli jitqaddes.+

12 “‘Ara! Jien ġej malajr,+ u l-​ħlas+ li nagħti jkun miegħi, biex nagħti lil kull wieħed skond għemilu.+ 13 Jien l-​Alfa u l-​Omega,*+ l-​ewwel u l-​aħħar,+ il-​bidu u t-​tmiem. 14 Henjin dawk li jaħslu lbieshom,+ biex ikollhom l-​awtorità li jmorru lejn is-​siġar tal-​ħajja+ u li jidħlu fil-​belt mill-​bibien tagħha.+ 15 Barra hemm il-​klieb+ u dawk li jipprattikaw l-​ispiritiżmu+ u ż-​żienja+ u l-​qattilin u l-​idolatri u kulmin iħobb jgħid il-​gideb.’+

16 “‘Jien, Ġesù, bgħatt lill-​anġlu tiegħi biex jixhdilkom dwar dawn l-​affarijiet għall-​kongregazzjonijiet. Jien l-​għerq+ u n-​nisel+ taʼ David, u l-​kewkba tiddi taʼ fil-​għodu.’”+

17 U l-​ispirtu+ u l-​għarusa+ jibqgħu jgħidu: “Ejja!” U kulmin jismaʼ ħa jgħid: “Ejja!”+ U kulmin hu bil-​għatx ħa jiġi;+ u kulmin jixtieq ħa jieħu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.+

18 “Jien nixhed lil kulmin jismaʼ l-​kliem tal-​profezija taʼ dan ir-​romblu: Jekk xi ħadd iżid+ maʼ dawn l-​affarijiet, Alla jżidlu l-​kastigi+ li huma miktubin f’dan ir-​romblu; 19 u jekk xi ħadd ineħħi mill-​kliem tar-​romblu taʼ din il-​profezija, Alla jneħħilu sehmu mis-​siġar tal-​ħajja+ u mill-​belt il-​qaddisa+ li dwarhom hemm miktub f’dan ir-​romblu.

20 “Dak li jixhed dwar dawn l-​affarijiet jgħid, ‘Iva; jien ġej malajr.’”+

“Amen! Ejja, Mulej Ġesù.”

21 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun mal-​qaddisin.+

Letteralment, “kxif, ħaġa mgħarrfa.” Bil-​Grieg, Apokalipsis; bil-​Latin, Apokalipsis.

Letteralment, “Fidil.”

L-Alfa u l-​Omega huma l-​ewwel ittra u l-​aħħar ittra taʼ l-​alfabet Grieg.

Letteralment, “borra.”

Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.

Jew, “il-​messaġġiera.”

Letteralment, “fidil.”

Jew, “għaxart elef għal għaxriet t’eluf.”

Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.

Bil-Grieg, “Ħades.”

Jew, “il-​ħajja.”

Bl-Ebrajk, “qerda.”

Bil-Grieg, “qerried.”

Jew, “għoxrin elf għal għaxart elef,” jiġifieri, 200,000,000.

Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “ruħhom.”

Letteralment, “verġni.”

Jew, “Armageddon.” Bl-​Ebrajk, “Muntanja taʼ Megiddo.”

Jew, “Ħallelujah.” Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “Fidil.”

Bil-Grieg, “Ħades.” F’vers 14 ukoll. Ara Appendiċi 4.

Ara Ri 1:8, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ri 1:8, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja