LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt Għobadija 1-21
  • Għobadija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għobadija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Għobadija

GĦOBADIJA

1 Il-viżjoni t’Għobadija:*

Hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* dwar Edom:*

“Smajna aħbar mingħand Ġeħova,

Intbagħat xi ħadd fost il-popli:

‘Ejja nippreparaw biex niġġieldu kontrih.’”

 2 “Ġibtek ma tiswa xejn fost il-popli;

Int immaqdar għalkollox.

 3 Il-kburija taʼ qalbek qarrqet bik,

Int li tgħix fil-kenn tal-blat,

Li tgħix fl-għoli, u li qed tgħid f’qalbek,

‘Min jistaʼ jniżżilni fl-art?’

 4 Anki jekk tmur tgħix fl-għoli* bħall-ajkla,

Jew jekk tqiegħed il-bejta tiegħek fost l-istilel,

Jien minn hemmhekk inniżżlek,” jiddikjara Ġeħova.

 5 “Jekk jidħlulek il-ħallelin, jekk jidħlu billejl dawk li jridu jisirquk,

Mhux dak li jridu biss jisirqu?

Jew jekk jidħlulek dawk li jaqtgħu l-għeneb,

Ma jħallux huma xi tilqit?

Imma int se tinqered għalkollox mill-għedewwa tiegħek!*

 6 Kemm ġew imfittxin dawk t’Għesaw!

Kemm fittxew għat-teżori moħbijin tiegħu!

 7 Huma keċċewk ’il barra minn arthom.

Dawk kollha li qegħdin f’patt miegħek qarrqu bik.

L-irġiel li qegħdin fil-paċi miegħek għelbuk.

Dawk li qed jieklu l-ħobż miegħek jagħmlulek nassa,

Imma int ma tindunax biha.

 8 Dakinhar,” jiddikjara Ġeħova,

“Jien żgur li neqred l-għorrief minn Edom,

U neqred lil dawk li għandhom l-għaqal mir-reġjun muntanjuż t’Għesaw.

 9 Teman,* il-gwerriera tiegħek jitwerwru,

Għax kull wieħed fir-reġjun muntanjuż t’Għesaw se jinqered.

10 Minħabba li kont vjolenti maʼ ħuk Ġakobb,

Int se jkollok tistħi

U tinqered għal dejjem.

11 Dakinhar li int qgħadt fil-ġenb tħares,

Dakinhar meta l-istranġieri ħadu l-armata tiegħu bħala skjavi,

Meta l-barranin daħlu fil-belt* tiegħu u tefgħu x-xorti għal Ġerusalemm,

Int għamilt bħalhom.

12 M’għandekx titgħaxxaq b’dak li tara f’jum l-inkwiet taʼ ħuk,

M’għandekx tifraħ dakinhar li jmutu n-nies taʼ Ġuda,

U m’għandekx titkellem b’tant arroganza f’jum id-dwejjaq tagħhom.

13 M’għandekx tidħol minn bieb il-poplu tiegħi f’jum id-diżastru tiegħu,

M’għandekx titgħaxxaq bil-gwaj tiegħu f’jum id-diżastru tiegħu,

U m’għandekx tmidd idek fuq ġidu f’jum id-diżastru tiegħu.

14 M’għandekx tieqaf f’salib it-toroq sabiex toqtol il-maħrubin tiegħu,

U lil dawk li jibqgħu ħajjin f’jum id-dwejjaq, tagħtihomx f’idejn l-għedewwa tagħhom.

15 Għax qrib hu l-jum li Ġeħova se jiħodha kontra l-popli kollha.

Kif għamilt, jagħmlulek.

Se tiġi ttrattat kif ittrattajt lil oħrajn.

16 Għax kif intom xrobtu fuq il-muntanja qaddisa tiegħi,

Hekk il-popli kollha se jibqgħu jixorbu l-ħin kollu.

Huma jixorbu u jlegilgu,

U se jsiru bħallikieku qatt m’eżistew.

17 Imma dawk li jaħarbu se jkunu fuq il-Muntanja Sijon,

U din tkun qaddisa;

U dar Ġakobb tieħu lura l-affarijiet li kienu tagħha.

18 Dar Ġakobb tkun bħal nar,

Dar Ġużeppi bħal fjamma,

U dar Għesaw bħal tiben,

Li għandha tinħaraq u tinqered minnhom.

Ħadd ma jibqaʼ ħaj f’dar Għesaw,

Għax Ġeħova nnifsu tkellem.

19 Huma jieħdu f’idejhom in-Negeb u r-reġjun muntanjuż t’Għesaw,

Is-Sefela u l-art tal-Filistin.

Huma jieħdu f’idejhom it-territorju t’Efrajm u t-territorju tas-Samarija,

U Benjamin jieħu f’idejh Gilegħad.

20 L-eżiljati taʼ din il-fortizza,*

Il-poplu t’Iżrael, jieħdu l-art tal-Kangħanin sa Sarefat.

U l-eżiljati taʼ Ġerusalemm, li kienu f’Sefarad, jieħdu f’idejhom il-bliet tan-Negeb.

21 U l-meħlusin jitilgħu fuq il-Muntanja Sijon

Sabiex jiġġudikaw ir-reġjun muntanjuż t’Għesaw,

U s-saltna ssir taʼ Ġeħova.”

Ifisser “Qaddej taʼ Ġeħova.”

Jew “il-Mulej Sovran Ġeħova.”

Jissejjaħ ukoll Għesaw iktar tard fil-kuntest.

Jew forsi “togħla ’l fuq.”

Jew forsi “Kemm se tkun kbira l-qerda?”

Milli jidher din kienet belt jew distrett f’Edom, fejn kienu jgħixu dawk li jiġu minn Teman.

Letteralment “fil-bieb.”

Jew “ir-rampa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja