LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • nwt 2 Ġwanni 1-13
  • It-​2 Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​2 Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
It-​2 Ġwanni

IT-TIENI ITTRA TAʼ ĠWANNI

1 Jien għandi ż-żmien* u qed nikteb lilek, is-sinjura magħżula,* u lit-tfal tiegħek, li jien vera nħobb. Mhux jien biss inħobbkom, imma anki dawk kollha li saru jafu bil-verità, 2 għax il-verità hi f’qalbna u se tibqaʼ hemm għal dejjem. 3 L-Alla l-Missier u Ibnu Ġesù Kristu juruna qalb tajba kbira, ħniena, u jgħinuna nkunu fil-paċi. Ukoll, huma jħobbuna u jgħallmuna l-verità.

4 Jien tgħidx kemm fraħt meta sirt naf li għandek xi tfal qed jgħixu fi qbil mal-verità, bħalma kkmandana Missierna. 5 Sinjura, għalhekk qed niktiblek, ħalli nitolbok biex inħobbu lil xulxin. Dan mhux kmandament ġdid, imma wieħed li ilna nafu bih mill-bidu. 6 L-imħabba tinvolvi li nobdu l-kmandamenti tiegħu. Dan hu l-kmandament li smajtu mill-bidu: Komplu ħobbu lil xulxin. 7 Ibqgħu uru l-imħabba, għax hawn ħafna li jqarrqu fid-dinja. Dawn ma jaċċettawx li Ġesù Kristu ġie fuq l-art bħala bniedem. Min jagħmel hekk hu l-qarrieq u l-antikrist.

8 Oqogħdu attenti li ma titilfux dak kollu li ħdimna għalih, ħalli tirċievu l-barkiet kollha li Alla pprepara għalikom. 9 Min ma jimxix mat-tagħlim tal-Kristu u jgħallem xi ħaġa oħra, mhux qaddej t’Alla. Imma min ikompli jimxi mat-tagħlim tal-Kristu, hu qaddej tal-Missier u dixxiplu tal-Iben. 10 Jekk xi ħadd jiġi għandkom u ma jgħallimx skont dak li għallem Kristu, taċċettawhx f’darkom u ssellmulux. 11 Għax min isellimlu jkun qed jappoġġa l-affarijiet ħżiena li qed jagħmel.

12 Għalkemm għandi ħafna affarijiet x’ngħidilkom, ma nixtieqx noqgħod nikteb dwar dan, imma nittama li niġi għandkom u nkellimkom wiċċ imb wiċċ, biex b’hekk tkunu ferħanin ħafna.

13 It-tfal t’oħtok il-magħżula jsellu għalik.

Jew “anzjan.”

“Is-sinjura magħżula” tistaʼ tirreferi għal mara jew għal kongregazzjoni Kristjana fl-ewwel seklu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja