LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/09 p. 18
  • Iżomm Sod mal-Id il-Leminija t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iżomm Sod mal-Id il-Leminija t’Alla
  • Stenbaħ!—2009
  • Materjal Simili
  • Xi Skoprew f’Ġeżragħel?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Il-Ġeografija tal-Bibbja Hi Eżatta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Stenbaħ!—2009
g 10/09 p. 18

Iżomm Sod mal-​Id il-​Leminija t’Alla

◼ Jezreel fil-​Messiku twieled b’marda tal-​ġilda rari li bl-​Ingliż tissejjaħ congenital lamellar ichthyosis. B’din il-​marda ħafna minn ġismu għandu l-​ġilda qxur qxur u bil-​kallijiet. “Minħabba fiha, id-​dehra tiegħi timbottak,” jispjega Jezreel, “imma l-​marda ma titteħidx.”

Mindu kien għadu ċkejken, Jezreel ħa l-​kura f’diversi sptarijiet. Meta kellu sentejn, qegħduh f’ambjent sterili f’sezzjoni iżolata tal-​isptar biex jevita l-​infezzjonijiet. Madankollu, il-​kundizzjoni tal-​ġilda li kellu ma riedet titjieb b’xejn. Tawh ukoll kura psikjatrika biex ikampa mas-​sentimenti tiegħu meta kien iħossu mwarrab.

Nies li jemmnu li l-​marda taʼ Jezreel tittieħed, spiss jevitawh. Dan kien diffiċli għalih speċjalment meta kien għadu żgħir u kien ikun irid jilgħab mat-​tfal l-​oħrajn. Hu jiftakar, “Kienu jidħqu bija u jgħajruni bi kliem li kien iweġġagħni bħal Mumja u Estraterrestrijali.”

Mill-banda l-​oħra, it-​tbatija li ġarrab minħabba l-​marda tiegħu li tant hi ovvja, Jezreel kellu ħafna opportunitajiet biex jitkellem m’oħrajn dwar it-​tama tiegħu bbażata fuq il-​Bibbja. Spiss in-​nies jersqu fuqu u jistaqsuh jekk kienx inħaraq. Meta jgħidilhom le, jistaqsuh għala għandu din id-​dehra. Hu jispjegalhom dwar il-​marda tal-​ġilda tiegħu u jgħidilhom li għalissa ma titfejjaqx.

Imbagħad iżid, “Jien għandi l-​aqwa tama fid-​dinja għax Alla Ġeħova jwiegħed li dawk li jobdu l-​liġijiet tiegħu se jgħixu f’dinja ġdida mingħajr mard u wġigħ.” (Rivelazzjoni 21:3, 4) Minħabba li jiddiskuti l-​kundizzjoni tiegħu b’dan il-​mod, Jezreel irnexxielu jibda studji tal-​Bibbja maʼ xi nies, u kellu l-​ferħ li jara ħafna minnhom jibdew iqimu lil Alla miegħu.

Jezreel jgħid: “Jien grat li twilidt f’familja Kristjana, u li bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għandi ħbieb tal-​qalb. Ħadd minnhom ma jwarrabni minħabba kif nidher. Jien tgħammidt meta kelli 17-il sena, u f’dawn l-​aħħar 14-il sena kelli l-​privileġġ li naqdi lill-​Ħallieq tagħna b’ħafna modi.”

Jezreel iżomm f’moħħu l-​kliem inkuraġġanti taʼ Ġeħova li jinsab f’Isaija 41:10, 13, u li jgħid: “Tibżax, għax jien miegħek. . . . Jien inżommok sod tassew b’idi l-​leminija tas-​sewwa. Għax jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-​leminija u ngħidlek, ‘Tibżax. Jien stess ngħinek.’”

Il-fatt li jżomm sod l-​id il-​leminija taʼ Ġeħova jgħin lil Jezreel biex ma jkunx konxju żżejjed tiegħu nnifsu u jkampa mal-​problemi li toħloq din il-​marda. Flimkien maʼ miljuni oħrajn, hu qed jistenna t-​twettiq tal-​wegħdi grandjużi t’Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja