Qoxra taʼ Wara
Liema Ktieb Ieħor
• influwenza daqstant mill-aqwa arti, letteratura, u mużika, waqt li kellu wkoll impatt profond fuq il-liġi?
• baqaʼ jeżisti wara eluf taʼ snin taʼ kkopjar mill-ġdid bl-id tal-bniedem u madankollu twasslilna essenzjalment bħalma kien inkiteb?
• ispira daqstant nuqqas t’egoiżmu li xi wħud kienu lesti li jsofru tbatijiet u saħansitra jirriskjaw il-mewt sabiex jittraduċuh?
• ġie tradott f’iktar minn 2,100 lingwa, biex b’hekk sar disponibbli għal iktar minn 90 fil-mija tal-familja umana?
• isemmi veritajiet xjentifiċi li ma ġewx skoperti qabel ħafna sekli wara?
• fih prinċipji għal kull żmien li jistgħu jgħinu lil nies taʼ kull sfond razzjali, etniku, u nazzjonali biex itejbu l-mod taʼ ħajja tagħhom?
• fih tbassiriet preċiżi li seħħew, bħalma ġie pprovat minn fatti storiċi?
Ma jkunx vallapena li teżaminah ktieb bħal dan?