LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 3-5
  • Fejn Se Tasal Din id-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Fejn Se Tasal Din id-Dinja?
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Materjal Simili
  • Profezija tal-Bibbja Li Inti Rajtha Mwettqa
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • “It-Tmiem Tad-Dinja” Huwa Qrib Ferm!
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Huwa Iktar Tard Milli Taħseb Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 3-5

Fejn Se Tasal Din id-​Dinja?

Problemi serji u ġrajjiet li jaħsduk saru l-​aħbarijiet taʼ kuljum madwar id-​dinja! Dan xi jfisser?

SIGURTÀ PERSUNALI: Bombi sploduti f’postijiet pubbliċi. Tiri sparati fuq għalliema u studenti ġo l-​iskejjel. Tfal maħtufa hekk kif il-​ġenituri dawru wiċċhom. Irġiel xjuħ kif ukoll nisa attakkati fid-​dawl tal-​jum.

IX-​XENA RELIĠJUŻA: Il-​knejjes jappoġġaw naħa jew oħra fil-​gwerra. Il-​kleru akkużat b’ġenoċidju. Qassisin jisfruttaw liż-​żgħar sesswalment; il-​knisja tgħatti kollox. L-​attendenza tonqos; il-​knejjes jinbiegħu.

L-​AMBJENT: Foresti jitqaċċtu għal skopijiet kummerċjali. Boskijiet jispiċċaw bla siġar sabiex il-​fqar ikollhom il-​ħatab. L-​ilma taʼ taħt l-​art imniġġes, mhux tajjeb għax-​xorb. Is-​sajd meqrud bl-​iskart industrijali u b’ċerti metodi moderni. Arja maħmuġa bit-​tniġġis.

L-​GĦAJXIEN TAL-​ĦAJJA: Id-​dħul għal kull ras fil-​pajjiżi Afrikani ’l isfel mid-​deżert tas-​Saħara ġie rrapportat li huwa madwar $480 (Lm160) fis-​sena. Ir-​regħba mill-​kbarat twassal għal falliment taʼ negozji, u b’hekk eluf taʼ nies jisfaw bla xogħol. Nies jitilfu dak li jkunu ilhom iġemmgħu tul ħajjithom minħabba frodi.

NUQQAS TAʼ IKEL: Madwar 800,000,000 ruħ madwar id-​dinja kuljum imorru jorqdu bil-​ġuħ.

GWERER: Fis-​seklu 20, iktar minn 100,000,000 ruħ tilfu ħajjithom fil-​gwerer. Hawn biżżejjed armi nukleari biex jeqirdu lill-​umanità għal ħafna drabi. Gwerer ċivili. It-​terroriżmu qed jolqot il-​globu kollu.

EPIDEMIJI U MARD IEĦOR: L-​influwenza Spanjola li bdiet fl-​1918 qatlet 21,000,000 ruħ. L-​AIDS issa saret “l-​iktar epidemija qerrieda u mifruxa fl-​istorja tal-​bniedem.” Il-​kankru u l-​mard tal-​qalb iġibu diqa mad-​dinja kollha.

Tħarisx lejn kull ġrajja fl-​aħbarijiet bħala ġrajja għaliha waħedha. Huma dawn il-​ġrajjiet taʼ darba? Jew huma parti minn ġabra globali taʼ ġrajjiet li għandhom sinifikat reali?

[Kaxxa/Stampa f’paġna 5]

Veru li Alla Jimpurtah?

Ħafna nies li jkunu mnikktin minħabba ġrajjiet li jixxokkjaw jew għax ikunu ġarrbu telfiet kbar jitħassbu għala Alla ma jindaħalx biex iwaqqaf affarijiet bħal dawn.

Alla tassew jimpurtah. Bħalissa hu jagħti gwida taʼ min joqgħod fuqha u serħan ġenwin. (Mattew 11:​28-​30; 2 Timotju 3:​16, 17) Hu pprovda l-​bażi biex itemm il-​vjolenza, il-​mard, u l-​mewt darba għal dejjem. Dak li pprovdielna juri li hu mhux minn poplu wieħed biss jinteressah imma min-​nies tal-​ġnus, it-​tribujiet, u l-​ilsna kollha.​—Atti 10:​34, 35.

Aħna kemm jimpurtana? Taf min hu l-​Ħallieq tas-​sema u l-​art? X’jismu? X’inhu l-​iskop tiegħu? Hu jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet fil-​Bibbja. Hemmhekk hu jgħidilna liema passi qed jieħu biex itemm il-​vjolenza, il-​mard, u l-​mewt. X’hemm bżonn min-​naħa tagħna biex nibbenefikaw minn dan? Irridu nitgħallmu dwaru u dwar l-​iskop tiegħu. Kif nistgħu nistennew li ngawdu mill-​provvedimenti tiegħu jekk ma jkollniex fiduċja fih? (Ġwanni 3:16; Ebrej 11:6) Hemm bżonn ukoll li nagħmlu dak li jirrikjedi minna. (1 Ġwanni 5:3) Int jimpurtak biżżejjed biex tagħmel dan?

Sabiex nifhmu għala Alla jippermetti l-​kundizzjonijiet li hawn bħalissa, irridu nifhmu kwistjoni vitali. Il-​Bibbja tispjega din x’inhi. F’paġna 15 taʼ din il-​pubblikazzjoni, tistaʼ taqra dwar din il-​kwistjoni.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja