LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • kp pp. 9-11
  • Ħajtek f’Liema Direzzjoni Sejra?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħajtek f’Liema Direzzjoni Sejra?
  • Ibqaʼ Għassa!
  • Materjal Simili
  • Int Kif Twieġeb?
    Stenbaħ!—2008
  • Int Kif Twieġeb?
    Stenbaħ!—2010
  • Int Kif Twieġeb?
    Stenbaħ!—2009
  • Int Kif Twieġeb?
    Stenbaħ!—2008
Ibqaʼ Għassa!
kp pp. 9-11

Ħajtek f’Liema Direzzjoni Sejra?

• Ħafna nies tant huma mitlufa fl-​affarijiet taʼ kuljum li ftit li xejn jaħsbu dwar ’il fejn sejrin.

• Il-​Bibbja tgħarrafna dwar ġrajjiet mill-​isbaħ fil-​futur. Din twissi wkoll li ġejja taqliba globali fl-​istituzzjonijiet li għamel il-​bniedem. Sabiex aħna nibbenefikaw minn dak li tgħid il-​Bibbja u nevitaw diżastru, irridu nieħdu azzjoni deċiżiva b’urġenza.

• Hawn xi wħud li jafu dak li tgħid il-​Bibbja u jipprovaw japplikawh imma jħallu l-​ansjetajiet tal-​ħajja jfixklulhom triqithom.

• Int ferħan bid-​direzzjoni li qed tieħu ħajtek? Meta tippjana li tagħmel xi affarijiet, tikkunsidra kif dawn jistgħu jeffettwaw għal żmien twil il-​miri li għandek f’ħajtek?

[Kaxxa/Stampi f’paġna 9]

X’Inhu l-​Iktar Importanti Għalik?

Kemm tagħti importanza lil dawn li ġejjin? Agħtihom numru.

Ħafna minnhom għandhom post xieraq fil-​ħajja, imma meta tiġi biex tagħżel, x’jiġi l-​ewwel? it-​tieni? u nibqgħu sejrin.

․․․ Divertiment/rikreazzjoni

․․․ L-​impjieg jew il-​karriera tiegħi

․․․ Saħħti

․․․ Il-​kuntentizza persunali

․․․ Is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħi

․․․ l-​ġenituri tiegħi

․․․ Uliedi

․․․ Dar sabiħa, ħwejjeġ taʼ kwalità

․․․ Li nkun l-​aħjar wieħed f’dak kollu li nagħmel

․․․ Il-​qima lil Alla

[Kaxxa f’paġna 10, 11]

Qegħdin l-​Għażliet Tiegħek Jiħduk Fejn Verament Tixtieq Tmur?

IKKUNSIDRA DAWN IL-​MISTOQSIJIET

DIVERTIMENT/RIKREAZZJONI: Qiegħda r-​rikreazzjoni li nagħżel tirrifreskani? Fiha eċċitament li jistaʼ jipperikolali saħħti jew anki jimmankani għal għomri? Hija din xi forma taʼ “gost” li jinvolvi eċċitament għal forsi ftit sigħat imma li jistaʼ jwassal għal uġigħ taʼ qalb fit-​tul? Saħansitra jekk id-​divertiment li nagħżel huwa tajjeb, qiegħed jien inqattaʼ daqshekk ħin fih tant li qed joħnoq affarijiet iktar importanti?

L-​IMPJIEG JEW IL-​KARRIERA TIEGĦI: Qiegħed l-​impjieg iservi bħala mezz biex naqlaʼ l-​għajxien, jew qiegħed inkun skjav tiegħu? Qiegħed ix-​xogħol jitlob wisq minni tant li qed jgħarraqli saħħti? X’nippreferi l-​iktar, nagħmel ħin żejjed fuq ix-​xogħol jew inqattaʼ ħin mal-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ jew mat-​tfal? Jekk l-​imgħallem tiegħi jitlob minni xogħol li jniggiżli l-​kuxjenza jew inkella li spiss jiħodli ħin minn affarijiet spiritwali, se nagħmlu dak ix-​xogħol sabiex inkun nistaʼ nżomm l-​impjieg tiegħi?

SAĦĦTI: Ninjoraha jien, jew noqgħod attent il-​ħin kollu biex nipproteġiha? Tiddomina l-​konversazzjoni tiegħi? Il-​mod kif nieħu ħsieb saħħti juri li jimpurtani mill-​familja tiegħi?

IL-​KUNTENTIZZA PERSUNALI: Hija din l-​ewwel ħaġa li nikkunsidra? Inpoġġiha qabel il-​kuntentizza tas-​sieħeb, tas-​sieħba jew tat-​tfal tiegħi? Huwa l-​mod kif infittex li nkun kuntent fi qbil maʼ li nkun aduratur taʼ l-​Alla veru?

IS-​SIEĦEB JEW IS-​SIEĦBA TIEGĦI: Inħares lejh jew lejha bħala s-​sieħeb jew is-​sieħba sempliċement meta nkun komdu u jkun jaqbilli? Nittratta jien lis-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħi b’unur, bħala individwu li jixraqlu dinjità? It-​twemmin f’Alla jinfluwenza l-​mod kif inħares lejn is-​sieħeb jew is-​sieħba?

IL-​ĠENITURI TIEGĦI: Jekk għadni taħt l-​età, qed nobdi lill-​ġenituri tiegħi​—billi nweġibhom bir-​rispett, nagħmel il-​qadjiet li jitolbuni, nidħol id-​dar fi kwalunkwe ħin li jriduni huma, u nevita sħubijiet u attivitajiet li huma jwissuni kontrihom? Jekk jien adult, nismaʼ bir-​rispett mill-​ġenituri tiegħi, u nagħtihom għajnuna xierqa meta jkun hemm bżonn? Nimxi magħhom kif inħossni komdu, jew skond il-​parir mill-​Kelma t’Alla?

ULIEDI: Inħoss responsabbiltà biex ngħallem lil uliedi valuri morali xierqa, jew nistenna lill-​iskejjel biex jagħmlu dan? Inqattaʼ ħin maʼ wliedi, jew nistenna li l-​ġugarelli, it-​TV, jew xi kompjuter iżommhom okkupati? Niddixxiplina lil uliedi b’mod konsistenti meta jinjoraw it-​tfakkiriet minn Alla, jew nagħmel hekk biss meta niġi effettwat jien b’dak li jagħmlu?

DAR SABIĦA, ĦWEJJEĠ TAʼ KWALITÀ: X’jiddetermina l-​attenzjoni li nagħti lid-​dehra tiegħi u lill-​affarijiet li għandi​—l-​impressjoni li nixtieq inħalli fuq il-​ġirien? li jkun għall-​ġid tal-​familja tiegħi? il-​fatt li jien aduratur t’Alla?

LI NKUN L-​AĦJAR WIEĦED F’DAK KOLLU LI NAGĦMEL: Inħoss jien li huwa importanti li nagħmel l-​affarijiet sewwa? Nistinka jien biex inkun l-​aqwa wieħed? Niġi effettwat jekk ħaddieħor jagħmel xi ħaġa aħjar minni?

IL-​QIMA LIL ALLA: Li jkolli l-​approvazzjoni t’Alla huwa iktar importanti għalija mill-​approvazzjoni tas-​sieħeb jew sieħba, uliedi, il-​ġenituri tiegħi, jew l-​imgħallem tiegħi? Sabiex ngħix ħajja komda, lest jien li nitfaʼ s-​servizz lil Alla fit-​tieni post?

IKKUNSIDRA SEWWA L-​PARIR TAL-​BIBBJA

Alla liema post jokkupa fil-​ħajja tiegħek?

Koħèlet 12:13: “Ħobb lil Alla u ħares il-​kmandamenti tiegħu, għax f’dan jinġabar il-​bniedem kollu.”

STAQSI LILEK INNIFSEK: Ħajti turi li jien inħares lejn l-​affarijiet b’dan il-​mod? L-​ubbidjenza lejn il-​kmandamenti t’Alla teffettwa l-​mod kif nieħu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tad-​dar, tax-​xogħol, jew taʼ l-​iskola? Jew inkella huma l-​interessi l-​oħra li għandi jew il-​pressjonijiet tal-​ħajja li jeffettwaw jekk inwarrabx ħin għal Alla?

X’tip taʼ relazzjoni għandek m’Alla?

Proverbji 3:​5, 6: “Ittama fil-​Mulej b’qalbek kollha, u tafdax fl-​għaqal tiegħek. Fih aħseb f’kull ma tagħmel, u hu jwittilek triqatek.”

Mattew 4:​10: “Qim lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss agħti servizz sagru.”

STAQSI LILEK INNIFSEK: Huwa dan il-​mod kif inħossni dwar Alla? L-​attivitajiet tiegħi taʼ kuljum, kif ukoll il-​mod kif naġixxi f’sitwazzjonijiet diffiċli, juru fiduċja u devozzjoni bħal din?

Kemm huwa importanti għalik li taqra u tistudja l-​Bibbja?

Ġwanni 17:3: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”

STAQSI LILEK INNIFSEK: L-​importanza li nagħti lill-​qari tal-​Kelma t’Alla u li naħseb fil-​fond dwaru juru li jien verament nemmen dan?

Kemm hi importanti għalik l-​attendenza għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni Kristjana?

Ebrej 10:​24, 25: “Ħa nagħtu kas xulxin biex nitqanqlu għall-​imħabba u l-​għemejjel tajbin, u ma nabbandunawx il-​laqgħat tagħna flimkien, . . . u dan iktar u iktar hekk kif taraw joqrob il-​jum.”

Salm 122:1: “Fraħt meta qaluli: ‘Sejrin f’dar il-​Mulej!’”

STAQSI LILEK INNIFSEK: Il-​mod kif ngħix ħajti juri li jien grat għal din il-​gwida li tinsab fil-​Kelma t’Alla? Matul ix-​xahar li għadda, fallejt xi laqgħat Kristjani minħabba li ħallejt xi ħaġa oħra tiħodli l-​ħin tagħhom?

Titkellem biż-​żelu m’oħrajn dwar Alla u l-​iskop tiegħu?

Mattew 24:14: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda . . . ; u mbagħad jiġi t-​tmiem.”

Mattew 28:​19, 20: “Morru u agħmlu dixxipli min-​nies tal-​ġnus kollha, . . . u għallmuhom josservaw dak kollu li ordnajtilkom.”

Salm 96:​2: “Għannu lill-​Mulej, bierku ismu! Ħabbru minn jum għal ieħor is-​salvazzjoni tiegħu.”

STAQSI LILEK INNIFSEK: Din l-​attività għandha l-​post li jistħoqqilha fil-​ħajja tiegħi? Is-​sehem li għandi fiha jirrifletti kemm jien konvint dwar is-​serjetà taż-​żmien li qed ngħixu fih?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja