LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 10 p. 13
  • Salamun Jaħkem bl-Għerf

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Salamun Jaħkem bl-Għerf
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Iservi t’Eżempju Tajjeb Għalik jew taʼ Twissija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Tempju għal Ġeħova
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Is-Sultan Għaref Salamun
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Napprezzaw lil Ġesù—David Akbar u Salamun Akbar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 10 p. 13
Is-sultana ta’ Xeba tersaq lejn it-tron tas-Sultan Salamun

L-​10 TAQSIMA

Salamun Jaħkem bl-​Għerf

Ġeħova jagħti lis-​Sultan Salamun qalb għarfa; matul ir-​renju taʼ Salamun, l-​Israelin igawdu paċi u ġid abbundanti

KIF tkun il-​ħajja kieku ġens sħiħ u l-​ħakkiem tiegħu jsegwu lil Ġeħova bħala s-​Sovran tagħhom u jobdu l-​liġijiet Tiegħu? It-​tweġiba ntweriet matul ir-​renju taʼ 40 sena tas-​Sultan Salamun.

Qabel ma miet, David ħatar lil ibnu Salamun bħala s-​suċċessur tiegħu. F’ħolma, Alla stieden lil Salamun jgħidlu xi jrid. Salamun talab għall-​għerf u l-​għarfien biex jiġġudika lill-​poplu b’mod ġust u għaqli. Ġeħova ħa pjaċir b’dan u ta lil Salamun qalb għarfa u li tifhem. Ġeħova wiegħdu wkoll għana, glorja, u ħajja twila jekk jibqaʼ jobdih.

Salamun sar famuż għall-​ġudizzji li kien jagħmel bl-​għerf. F’każ minnhom, żewġ nisa kienu qed jiġġieldu dwar tarbija tifel, billi t-​tnejn li huma sostnew li kienu ommu. Salamun ordna li t-​tifel jiġi maqsum fi tnejn u li kull mara tingħata nofsu. L-​ewwel mara qablet, imma l-​omm vera mill-​ewwel talbet bil-​ħniena li t-​tifel jingħata lill-​mara l-​oħra. Salamun issa setaʼ jara ċar li l-​mara li wriet mogħdrija kienet l-​omm u taha t-​tifel. Israel kollu malajr semaʼ b’din id-​deċiżjoni ġudizzjarja, u n-​nies għarfu li l-​għerf t’Alla kien f’Salamun.

Waħda mill-​akbar affarijiet li wettaq Salamun kienet il-​bini tat-​tempju taʼ Ġeħova—bini grandjuż f’Ġerusalemm li kellu jservi bħala l-​post prinċipali għall-​qima f’Israel. Fl-​inawgurazzjoni tat-​tempju, Salamun talab: “Ara! Is-​smewwiet infushom, iva, is-​sema tas-​smewwiet, ma jesgħukx; kemm inqas, mela, din id-​dar li bnejt jien!”—1 Slaten 8:27.

Ir-​reputazzjoni taʼ Salamun inxterdet f’pajjiżi oħrajn, saħansitra sa Xeba, fl-​Arabja. Is-​sultana taʼ Xeba vvjaġġat biex tara l-​glorja u r-​rikkezzi taʼ Salamun u biex issir taf kemm kien għaref. Is-​sultana tant baqgħet impressjonata bl-​għerf taʼ Salamun u l-​ġid kbir taʼ Israel li faħħret lil Ġeħova talli poġġa sultan għaref bħal dan fuq it-​tron. Tabilħaqq, bil-​barka taʼ Ġeħova, il-​ħakma taʼ Salamun kienet l-​iktar waħda mimlija ġid u paċi fl-​istorja taʼ Israel tal-​qedem.

B’dispjaċir, Salamun ma baqax jaġixxi fi qbil mal-​għerf taʼ Ġeħova. Hu injora l-​kmand t’Alla u żżewweġ mijiet taʼ nisa, inkluż ħafna li kienu jqimu allat barranin. In-​nisa tiegħu bil-​mod il-​mod dawrulu qalbu ’l bogħod minn Ġeħova u beda jqim lill-​idoli. Ġeħova qal lil Salamun li parti mis-​saltna kienet se tiċċarrat minn idu u tittiħidlu. Alla qal li l-​familja tiegħu kienet se żżomm porzjon biss minħabba David, missier Salamun. Minkejja li Salamun ma baqax ubbidjenti, Ġeħova baqaʼ leali lejn il-​patt għal Saltna li għamel maʼ David.

—Ibbażat fuq l-​1 Slaten kapitli 1 sa 11; 2 Kronaki kapitli 1 sa 9; Dewteronomju 17:17.

  • Alla kif wieġeb it-​talba taʼ Salamun?

  • Salamun kif wera għerfu?

  • Salamun kif tbiegħed mit-​triqat taʼ Ġeħova, u b’liema riżultat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja