LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 13 p. 16
  • Slaten Tajbin u Slaten Ħżiena

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Slaten Tajbin u Slaten Ħżiena
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Tgħallem mill-Iżbalji Tiegħu
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Ġona Jsir Jaf X’Inhi l-Ħniena taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Tgħallem Lezzjoni Dwar il-Ħniena
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Punti minn Ġona
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 13 p. 16
Sultan Israeli żagħżugħ

IT-​13-​IL TAQSIMA

Slaten Tajbin u Slaten Ħżiena

Israel jinqasam. Maż-​żmien, ħafna slaten jaħkmu fuq l-​Israelin, u l-​biċċa l-​kbira minnhom ma jibqgħux leali lejn Alla. Ġerusalemm tinqered mill-​Babiloniżi

PREĊIŻ bħalma kien bassar Ġeħova, Israel jinqasam wara li Salamun abbanduna l-​qima pura. Ibnu Reħobogħam, is-​suċċessur tiegħu, kien aħrax. L-​għaxar tribujiet taʼ Israel irreaġixxew għal dan billi rribellaw u fformaw is-​saltna taʼ Israel fit-​Tramuntana. Żewġ tribujiet baqgħu leali lejn is-​sultan fuq it-​tron taʼ David f’Ġerusalemm, u fformaw is-​saltna taʼ Ġuda fin-​Nofsinhar.

Iż-​żewġ saltniet kellhom storja mimlija inkwiet, primarjament tort tas-​slaten bla fidi u diżubbidjenti. Israel kellu iktar diffikultajiet minn Ġuda, għax mill-​bidu nett is-​slaten tiegħu inkuraġġew il-​qima falza. Minkejja l-​għemejjel setgħanin taʼ profeti bħal Elija u Eliżew—li t-​tnejn li huma rxoxtaw lill-​mejtin—Israel kien dejjem idur lura lejn it-​triq ħażina. Fl-​aħħar mill-​aħħar, Alla ħalla lill-​Assirja teqred lis-​saltna fit-​Tramuntana.

Ġuda dam ftit iktar minn seklu iżjed minn Israel, imma dan ukoll iffaċċja kastig minn Alla. Ftit kienu s-​slaten taʼ Ġuda li semgħu mit-​twissijiet tal-​profeti t’Alla u li pprovaw ireġġgħu l-​ġens lura lejn Ġeħova. Pereżempju, is-​Sultan Ġosija beda jnaddaf lil Ġuda mill-​qima falza u rrestawra t-​tempju taʼ Ġeħova. Meta nstabet kopja oriġinali tal-​Liġi t’Alla li kienet ngħatat lil Mosè, Ġosija tqanqal profondament, u għalhekk żied l-​isforzi tiegħu fil-​kampanja taʼ tibdil li kien qed imexxi.

Iżda, b’dispjaċir, is-​suċċessuri taʼ Ġosija ma segwewx l-​eżempju tajjeb taʼ dan is-​sultan. B’hekk, Ġeħova ħalla l-​ġens taʼ Babilonja jirbaħ lil Ġuda u jeqred lil Ġerusalemm u t-​tempju tagħha. Dawk li baqgħu ħajjin ittieħdu fl-​eżilju f’Babilonja. Alla bassar li l-​eżilju kellu jdum 70 sena. Ġuda baqgħet ħerba tul dak iż-​żmien kollu—sakemm, bħalma ġie mwiegħed, il-​ġens tħalla jerġaʼ lura lejn artu.

Madankollu, ħadd iktar mil-​linja taʼ David ma kellu jsaltan sakemm beda jaħkem il-​Ħellies imwiegħed, il-​Messija mbassar. Il-​biċċa l-​kbira mis-​slaten li kienu poġġew fuq it-​tron taʼ David f’Ġerusalemm urew b’dak li għamlu li l-​bnedmin imperfetti mhumiex kwalifikati biex jaħkmu. Il-​Messija biss kien se jkun tassew kwalifikat. Għalhekk, Ġeħova qal lill-​aħħar wieħed minn dawk is-​slaten taʼ dar David: “Inżaʼ l-​kuruna. . . . Ma tkun taʼ ħadd sakemm jiġi dak li għandu d-​dritt legali, u nagħtihielu.”—Eżekjel 21:26, 27.

—Ibbażat fuq l-​1 Slaten; t-​​2 Slaten; 2 Kronaki kapitli 10 sa 36; Ġeremija 25:8-​11.

  • Israel għala nqasam, u xi ġralhom iż-​żewġ saltniet?

  • Xi ġralha l-​linja taʼ slaten fil-​familja taʼ David, u għala?

  • Il-​ġrajja taʼ Ġona x’tgħallimna dwar Ġeħova? (Ara l-​kaxxa.)

ĠONA

Fiż-​żmien meta s-​saltna kienet maqsuma, Alla inkariga lil Ġona biex imur jipprietka messaġġ taʼ twissija lin-​nies li kienu jgħixu fil-​belt taʼ Ninwe, belt vjolenti u mbiegħda. Minflok, Ġona telaʼ fuq vapur li kien sejjer in-​naħa l-​oħra. Dan wassal għal miraklu—Alla ġiegħel lil ħuta kbira tiblaʼ lil Ġona. Fil-​ħuta Ġona talab lil Ġeħova, li mbagħad ġiegħel lil ħuta taqilgħu għal fuq art niexfa. Ġona mbagħad wettaq l-​inkarigu tiegħu.

Wara li Alla għallem lil Ġona din il-​lezzjoni fl-​ubbidjenza, inqalgħet problema oħra: Ġona pprietka lin-​Ninwin, imma xejn ma ħa pjaċir meta Alla ħenn għalihom u b’mogħdrija ħelishom mill-​kastig talli nidmu. Jekk taqra dan il-​ktieb interessanti se tara kif Alla uża miraklu ieħor biex jgħallem lil Ġona jagħder iktar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja