LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ypq mistoqsija 10 pp. 30-31
  • Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinni?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinni?
  • Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Materjal Simili
  • X’Inhu Tajjeb u Ħażin: Mistoqsija li Lkoll Nistaqsu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2024
  • Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja?
    Int kif tħares lejn il-Bibbja?
  • Iktar għajnuna għall-familja
    Stenbaħ!—2018
  • Iktar għajnuna għall-ġenituri
    Stenbaħ!—2019
Ara Iżjed
Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
ypq mistoqsija 10 pp. 30-31
Ġuvni bilqiegħda barra qed jaqra l-Bibbja

MISTOQSIJA 10

Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinni?

GĦALA HU IMPORTANTI

Il-​Bibbja tgħid li “l-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla.” (2 Timotju 3:16) Jekk hu veru, allura l-​Bibbja tistaʼ tagħtik id-​direzzjoni li għandek bżonn.

INT KIEKU X’TAGĦMEL?

Immaġina din ix-​xena: David qed isuq fi nħawi fejn xejn ma jidhru familjari. Is-​sinjali u t-​tabelli juru li mhuwiex fejn suppost qiegħed. David jinduna li ntilef. F’xi ħin waqt li kien qed isuq, qabad triq b’oħra.

Li kieku kont David, int x’kont tagħmel?

IEQAF U AĦSEB!

Għandek diversi għażliet:

  1. Tistaqsi biex jagħtuk direzzjoni.

  2. Tiċċekkja maʼ mappa, jew tuża GPS.

  3. Tibqaʼ ssuq u tittama li b’xi mod issib fejn trid tmur.

Ovvjament, iċ-​Ċ hi l-​inqas effettiva.

Il-​B hi aħjar mill-​ewwel waħda. Wara kollox, GPS jew mappa se tkun disponibbli matul il-​vjaġġ kollu u se tkun taʼ gwida għalik.

Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek b’mod simili!

L-​iktar ktieb li nbiegħ jistaʼ

  • jiggwidak meta jkollok il-​problemi fil-​ħajja

  • jgħinek issir taf lilek innifsek u ssir persuna aħjar

  • jurik kif jistaʼ jkollok l-​aqwa ħajja possibbli

TWEĠIBIET GĦALL-​MISTOQSIJIET IMPORTANTI TAL-​ĦAJJA

Minn meta nibdew nitkellmu, insaqsu mistoqsijiet.

  • Is-​sema għala hi blu?

  • L-​istilel minn xiex huma magħmulin?

Iktar tard nibdew nistaqsu mistoqsijiet dwar id-​dinja taʼ madwarna.

  • Għala jiġru affarijiet ħżiena?

  • In-​nies għala jmutu?

Xi ngħidu jekk it-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet minn dejjem kienu disponibbli fil-​Bibbja?

Ħafna nies jgħidu li l-​Bibbja hi mimlija ħrejjef u leġġendi, li mhix prattika għal żmienna, jew li hi diffiċli wisq biex tifhimha. Imma l-​Bibbja hi l-​problema, jew dak li semgħu n-​nies dwar il-​Bibbja l-​veru problema? Jistaʼ jkun li ġew informati ħażin?

Pereżempju, xi nies jaħsbu li l-​Bibbja tgħid li Alla jikkontrolla d-​dinja. Imma dan kif jistaʼ jkun? Id-​dinja nqalbet taʼ taħt fuq! Mimlija wġigħ u tbatija, mard u mewt, faqar u diżastri. Kif jistaʼ jkun li Alla taʼ mħabba jkun responsabbli għal dan kollu?

Tixtieq tkun taf it-​tweġiba? Dak li tgħid il-​Bibbja dwar min jikkontrolla d-​dinja jaf jissorprendik!

X’aktarx li nnotajt li l-​pariri li nsibu f’dan il-​browxer huma bbażati fuq il-​Bibbja. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova huma konvinti li l-​Bibbja hi sors taʼ gwida taʼ min joqgħod fuqu. Dan għax hi “mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi.” (2 Timotju 3:16, 17) Ikun taʼ benefiċċju għalik jekk teżamina dan il-​ktieb antik imma fl-​istess ħin modern.

SIR AF IKTAR

Għala għandek tistudja l-​Bibbja?

Ara l-​vidjow Għala għandek tistudja l-​Bibbja? minn fuq www.pr2711.com/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja