LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 4 p. 16-p. 17 para. 2
  • Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Aħwa li Żviluppaw Attitudnijiet Differenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Noffru Sagrifiċċji Aċċettabbli lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 4 p. 16-p. 17 para. 2
Kajjin jirrabja meta Abel ta l-offerta tiegħu lil Ġeħova

LEZZJONI 4

Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol

Wara li Adam u Eva tkeċċew mill-​ġnien tal-​Għeden, huma kellhom ħafna tfal. L-​ewwel tifel tagħhom, Kajjin, sar bidwi, u t-​tieni tifel, Abel, sar ragħaj.

Darba waħda, Kajjin u Abel taw offerti lil Ġeħova. Taf x’inhi offerta? Hi rigal speċjali. Ġeħova kien ferħan bl-​offerta taʼ Abel, imma ma kienx ferħan b’taʼ Kajjin. Minħabba f’hekk, Kajjin irrabja ħafna. Ġeħova wissa lil Kajjin li r-​rabja tiegħu setgħet twasslu biex jagħmel xi ħaġa ħażina. Imma Kajjin ma semax minnu.

Minflok, Kajjin qal lil Abel: ‘Ejja fl-​għalqa miegħi.’ Xħin kienu waħedhom fl-​għalqa, Kajjin attakka lil ħuh u qatlu. Ġeħova x’għamel dwar dan? Ġeħova kkastiga lil Kajjin billi bagħtu ’l bogħod mill-​familja tiegħu. Kajjin qatt ma kien se jitħalla jerġaʼ jiġi lura.

Kajjin jersaq qrib Abel fl-għalqa

X’nistgħu nitgħallmu minn dan? Aħna għandna mnejn nibdew inħossuna rrabjati jekk l-​affarijiet ma jmorrux kif naħsbu li għandhom imorru. Jekk inħossu r-​rabja tikber fina—jew jekk oħrajn jiftħulna għajnejna għax jinnotaw ir-​rabja tagħna—aħna għandna mill-​ewwel nikkontrollaw u nbiddlu l-​mod kif inħossuna qabel ma r-​rabja tikkontrolla lilna.

Talli Abel ħabb lil Ġeħova u għamel it-​tajjeb, Ġeħova qatt mhu se jinsieh. Alla se jirxoxta lil Abel meta Hu jagħmel l-​art ġenna.

“Mur l-​ewwel agħmel paċi maʼ ħuk, u mbagħad, meta tkun ġejt lura, offri l-​għotja tiegħek.”—Mattew 5:24

Mistoqsijiet: Min kienu l-​ewwel żewġt itfal taʼ Adam u Eva? Kajjin għala qatlu lil ħuh?

Ġenesi 4:1-12; Ebrej 11:4; 1 Ġwanni 3:11, 12

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja