LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 26 p. 66-p. 67 para. 1
  • Tnax-il spija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tnax-il spija
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • It-12-il Spija
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ittama f’Jehovah b’Qalbek Kollha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 26 p. 66-p. 67 para. 1
Irġiel Iżraelin qed jitkixxfu l-art taʼ Kangħan

LEZZJONI 26

Tnax-il spija

L-​Iżraelin telqu minn ħdejn il-​Muntanja Sinaj u għaddew mid-​deżert tal-​Faran biex imorru f’post jismu Kades. Hemmhekk, Ġeħova qal lil Mosè: ‘Ibgħat 12-​il spija, wieħed minn kull tribù, biex jitkixxfu l-​art taʼ Kangħan, l-​art li se nagħti lill-​Iżraelin.’ Allura Mosè għażel 12-​il raġel u qalilhom: ‘Morru Kangħan, u araw jekk l-​art hijiex tajba biex niżirgħu u nkabbru l-​ħxejjex. Araw ukoll jekk in-​nies humiex b’saħħithom jew le, u jekk jgħixux fit-​tined jew fil-​bliet.’ Dawn it-​12-​il spija, inkluż Ġożwè u Kaleb, irħewlha lejn Kangħan.

L-Iżraelin qed igergru u jibżgħu

Wara 40 ġurnata, l-​ispiji ġew lura u ġabu magħhom tin, rummien, u għeneb. Huma rrakkontaw hekk lil Mosè: ‘L-​art hija tajba biex tagħti l-​ikel, imma n-​nies huma b’saħħithom u s-​swar tal-​bliet huma għoljin.’ Imbagħad Kaleb qal: ‘Żgur li nistgħu nirbħulhom. Ejja mmorru issa stess!’ Taf għala Kaleb qal hekk? Għax hu u Ġożwè kienu jafdaw f’Ġeħova. Imma l-​għaxar spiji l-​oħra qalu: ‘Le! In-​nies t’hemmhekk huma kbar ħafna, bħal ġganti! Ħdejhom konna nidhru qisna ġurati.’

L-​Iżraelin tilfu l-​kuraġġ, u beżgħu. Bdew igergru u jgħidu lil xulxin: ‘Għala għandna mmorru f’dan il-​pajjiż biex imbagħad joqtluna? Ejja nagħżlu mexxej ieħor u mmorru lura l-​Eġittu.’ Ġożwè u Kaleb qalulhom: ‘Tiħduhiex kontra Ġeħova, u tibżgħux. Ġeħova se jieħu ħsiebna.’ Imma l-​Iżraelin ma ridux jisimgħu. Anzi riedu joqtlu lil Ġożwè u lil Kaleb!

Ġeħova x’għamel? Hu qal lil Mosè: ‘Wara dak kollu li għamilt mal-​Iżraelin, huma xorta ma jridux jobduni. Għalhekk, se jibqgħu hawn fid-​deżert għal 40 sena, u hawn se jispiċċaw imutu. It-​tfal tagħhom biss flimkien maʼ Ġożwè u Kaleb se jgħixu fl-​art li jien wegħedt li nagħtihom.’

“Għalfejn qed tibżgħu, intom taʼ fidi żgħira?”—Mattew 8:26

Mistoqsijiet: X’ġara meta t-​12-​il spija ġew lura minn Kangħan? Ġożwè u Kaleb kif urew li kienu jafdaw f’Ġeħova?

Numri 13:1-33; 14:1-38; Dewteronomju 1:22-33; Salm 78:22; Ebrej 3:17-19

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja