LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 94 p. 220-p. 221 para. 1
  • Id-dixxipli jirċievu l-ispirtu qaddis

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Id-dixxipli jirċievu l-ispirtu qaddis
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Jistennew f’Ġerusalemm
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • ‘Fl-Isem tal-Ispirtu Qaddis’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Jehovah Hu l-Ħakem Tagħna!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Mijiet jarawh qabel Pentekoste
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 94 p. 220-p. 221 para. 1
Nies f’Ġerusalemm huma mbellhin li qed jisimgħu d-dixxipli taʼ Ġesù jkellmuhom bil-lingwi tagħhom stess

LEZZJONI 94

Id-dixxipli jirċievu l-ispirtu qaddis

Għaxart ijiem wara li Ġesù reġaʼ lura s-​sema, id-​dixxipli tiegħu rċivew l-​ispirtu qaddis. Kien Pentekoste tas-​sena 33 wara Kristu (WK). Ħafna nies kienu ġew f’Ġerusalemm minn ħafna pajjiżi biex jiċċelebraw il-​festa. Kien hemm madwar 120 dixxiplu taʼ Ġesù miġburin fil-​kamra taʼ fuq taʼ dar. F’daqqa waħda ġrat xi ħaġa tal-​għaġeb. Xi ħaġa bħal fjamma tan-​nar dehret fuq ir-​ras taʼ kull dixxiplu, u kollha bdew jitkellmu b’lingwi differenti. Kien hemm ħoss kbir bħal taʼ riħ qawwi li nstemaʼ mad-​dar kollha.

Nies minn pajjiżi oħra li kienu ġew Ġerusalemm semgħu l-​ħoss u marru jiġru lejn id-​dar biex jaraw x’kien qed jiġri. Huma baqgħu mbellhin xħin semgħu lid-​dixxipli jitkellmu b’dawn il-​lingwi. Għalhekk qalu: ‘Imma dawn in-​nies mill-​Galilija. Kif jafu jitkellmu bil-​lingwi tagħna?’

Imbagħad, Pietru u l-​appostli l-​oħra qagħdu bilwieqfa quddiem il-​folla. Pietru qal lin-​nies kif Ġesù kien ġie maqtul u li Ġeħova kien qajmu mill-​mewt. Qalilhom ukoll: ‘Issa Ġesù qiegħed fis-​sema fuq in-​naħa tal-​lemin t’Alla, u hu tana l-​ispirtu qaddis kif kien wiegħed li se jagħmel. Għalhekk rajtu u smajtu dawn il-​mirakli.’

Dan il-​kliem messilhom qalbhom u staqsew lil Pietru: “X’għandna nagħmlu?” Hu qalilhom: ‘Indmu minn dnubietkom u tgħammdu fl-​isem taʼ Ġesù. Imbagħad intom tirċievu r-​rigal tal-​ispirtu qaddis ukoll.’ F’dik il-​ġurnata, madwar 3,000 persuna tgħammdu. Minn dakinhar ’il quddiem, id-​dixxipli malajr bdew jiżdiedu f’Ġerusalemm. Bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis, l-​appostli fformaw iktar kongregazzjonijiet biex ikunu jistgħu jgħallmu lid-​dixxipli l-​affarijiet kollha li kien ikkmandahom Ġesù.

‘Jekk ixxandar pubblikament b’fommok li Ġesù hu Mulej, u teżerċita l-​fidi f’qalbek li Alla qajmu mill-​imwiet, int tiġi salvat.’—Rumani 10:9

Mistoqsijiet: X’ġara f’Pentekoste tas-​sena 33 WK? Għala tgħammdu dawk in-​nies kollha?

Atti 1:15; 2:1-42; 4:4; Ġwanni 15:26

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja